EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0502

2013/502/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2005/7/KE li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru fir-rigward tal-preżentazzjoni alternattiva ta’ tali karkassi (notifikata bid-dokument C(2013) 6583)

ĠU L 273, 15.10.2013, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/502/oj

15.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2005/7/KE li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru fir-rigward tal-preżentazzjoni alternattiva ta’ tali karkassi

(notifikata bid-dokument C(2013) 6583)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(2013/502/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/7/KE (2), l-użu ta’ preżentazzjoni alternattiva tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru ġiet awtorizzata.

(2)

Ċipru talab lill-Kummissjoni biex jkollu l-awtorizzazzjoni li tjstipula preżentazzjoni ta’ karkassi ta’ majjali differenti mill-preżentazzjoni alternattiva awtorizzata fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/7/KE u differenti mill-preżentazzjoni definita fl-ewwel paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skont it-tieni paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jistipulaw preżentazzjoni ta’ karkassi tal-majjal differenti mill-preżentazzjoni standard definita fl-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt, meta l-prattika kummerċjali normali fit-territorju tagħhom tkun differenti mill-preżentazzjoni standard. Fit-talba tiegħu, Ċipru speċifika li fit-territorju tiegħu hija l-prassi kummerċjali li l-karkassi jistgħu jiġu ppreżentati bl-ilsien, il-kliewi, u s-sonza. Din il-preżentazzjoni li hija differenti mill-preżentazzjoni standard għandha għalhekk tiġi awtorizzata f’Ċipru.

(4)

Sabiex ikunu stabbiliti l-kwotazzjonijiet għall-karkassi tal-majjali fuq bażi komparabbli, din il-preżentazzjoni differenti għandha titqies billi f’dawn il-każijiet il-piż irreġistrat jiġi aġġustat b’relazzjoni għall-piż tal-preżentazzjoni standard.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2005/7/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/7/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Minkejja l-preżentazzjoni standard stabbilita fl-ewwel paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-karkassi tal-majjali f’Ċipru jistgħu jiġu ppreżentati mingħajr ma’ jitneħħew l-ilsien, il-kliewi u s-sonza, qabel ma jintiżnu u jiġu kklassifikati.

Fil-każ ta’ preżentazzjoni bħal din il-piż tal-karkassa sħuna rreġistrat għandu jkun aġġustat skont il-formola li ġejja:

Formula.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/7/KE tas-27 ta’ Diċembru 2004 li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal f’Ċipru (ĠU L 2, 5.1.2005, p. 19).


Top