Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0500

    2013/500/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tat-talba biex tiġi estiża d-deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni lir-Repubblika tal-Moldova

    ĠU L 273, 15.10.2013, p. 31–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/500/oj

    15.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 273/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Ottubru 2013

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tat-talba biex tiġi estiża d-deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni lir-Repubblika tal-Moldova

    (2013/500/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu IX tal-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-‘Ftehim WTO’) jistipula l-proċeduri għall-għoti ta’ derogi li jikkonċernaw il-Ftehimiet Kummerċjali Multilaterali fl-Annessi 1A, 1B jew 1C għall-Ftehim WTO u l-annessi tagħhom.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 (1) ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 581/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), biex jiġu estiżi l-preferenzi kummerċjali awtonomi mogħtija lir-Repubblika tal-Moldova (‘Moldova’) sal-31 ta’ Diċembru 2015 u biex jiġu aġġustati l-kwoti tar-rati tariffarji għal ċerti prodotti agrikoli. Ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 jipprovdi aċċess liberu għas-suq tal-Unjoni għall-prodotti kollha li joriġinaw fil-Moldova, ħlief għal ċerti prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Il-prodotti elenkati f’dak l-Anness I jibbenefikaw minn konċessjonijiet limitati fil-forma ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali fil-limitu tal-kwoti tariffarji jew ta’ tnaqqis tad-dazji doganali. Estensjonijiet ulterjuri tal-ambitu tal-preferenzi stipulati fir-(KE) Nru 55/2008 jistgħu jiġu adottati biex tiġi liberalizzata l-importazzjoni tal-inbid mill-Moldova.

    (3)

    Fin-nuqqas ta’ deroga mill-obbligi tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I u l-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, sa fejn hu neċessarju, ikun meħtieġ li t-trattament ipprovdut minn dawn il-preferenzi kummerċjali awtonomi jiġi estiż għall-Membri l-oħra kollha tad-WTO.

    (4)

    Huwa fl-interess tal-Unjoni li titlob l-estensjoni tad-deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi mogħtija mill-Unjoni lill-Moldova skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim WTO sabiex l-Unjoni tkun tista’ tapplika trattament mingħajr dazju jew preferenzjali għal prodotti li joriġinaw fil-Moldova, inkluż ċerti prodotti agrikoli li għalihom jingħataw konċessjonijiet limitati kif definit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, mingħajr ma jkun hemm l-obbligu li l-istess trattament mingħajr dazju jew preferenzjali jingħata lil prodotti simili ta’ kull Membru ieħor tad-WTO sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    (5)

    L-Unjoni ser tippreżenta tali talba lid-WTO.

    (6)

    Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO rigward it-talba,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija li titlob estensjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2015, tad-deroga tad-WTO fuq il-preferenzi kummerċjali awtonomi mogħtija mill-Unjoni lill-Moldova għal prodotti li joriġinaw fil-Moldova, inkluż ċerti prodotti agrikoli li għalihom jingħataw konċessjonijiet limitati, kif stipulat fl-Anness.

    Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BERNATONIS


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 581/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 165, 24.6.2011, p. 5).


    ANNESS

    PRODOTTI SOTTOMESSI GĦAL LIMITI KWANTITATTIVI JEW LIMITU TAL-PREZZ

    1.   Prodotti soġġetti għall-kwoti tariffarji annwali ħielsa mid-dazju

    Nru tal-Ordni

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    2013 (1)

    2014 (1)

    2015 (1)

    09.0504

    0201 sa 0204

    Laħam frisk, imkessaħ u friżat ta’ annimali bovini, majjal domestiċ u nagħaġ u mogħoż

    4 000  (2)

    4 000  (2)

    4 000  (2)

    09.0505

    ex 0207

    Laħam u ġewwieni li jittiekel tat-tjur taħt it-titolu 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat, minbarra fwied xaħmi taħt iis-subtitolu 0207 34

    500  (2)

    500  (2)

    500  (2)

    09.0506

    ex 0210

    Laħam u ġewwieni li jittiekel tal-majjali u annimali bovini, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat dqiq u smida li jittieklu mil-laħam jew mill-fdalijiet tal-laħam jew ġewwieni tal-laħam tal-majjal domestiku jew annimali bovini

    500  (2)

    500  (2)

    500  (2)

    09.4210

    0401 sa 0406

    Prodotti tal-ħalib

    1 500  (2)

    1 500  (2)

    1 500  (2)

    09.0507

    0407 00

    Bajd tal-għasafar, fil-qoxra

    120  (3)

    120  (3)

    120  (3)

    09.0508

    ex 0408

    Bajd tal-għasafar, mhux fil-qoxra u isfar tal-bajd, minbarra dak mhux tajjeb għall-konsum uman

    300  (2)

    300  (2)

    300  (2)

    09.0509

    1001 90 91

    1001 90 99

    Spelt ieħor (minbarra dak għaż-żrigħ), qamħ komuni u meslin

    55 000  (2)

    60 000  (2)

    65 000  (2)

    09.0510

    1003 00 90

    Xgħir

    50 000  (2)

    55 000  (2)

    60 000  (2)

    09.0511

    1005 90

    Qamħirrun

    45 000  (2)

    50 000  (2)

    55 000  (2)

    09.0512

    1601 00 91

    u

    1601 00 99

    Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

    600  (2)

    600  (2)

    600  (2)

    ex 1602

    Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew ippreservati:

    ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, mhux imsajjar,

    tal-ħnieżer domestiċi,

    ta’ bhejjem tal-ifrat, mhux imsajjar

    09.0513

    1701 99 10

    Zokkor Abjad

    34 000  (2)

    34 000  (2)

    34 000  (2)


    2.   Prodotti li għalihom il-komponent ad valorem tad-dazju tal-importazzjoni huwa eżentat

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    0702

    Tadam, frisk jew imkessaħ

    0703 20

    Tewm, frisk jew imkessaħ

    0707

    Ħjar u ħjar żgħir, frisk jew imkessaħ

    0709 90 70

    Qarabali, frisk jew imkessaħ

    0709 90 80

    Qaqoċċ (Cynara cardunculus)

    0806

    Għeneb, frisk jew niexef

    0808 10

    Tuffieħ, frisk

    0808 20

    Lanġas u sfarġel

    0809 10

    Berquq

    0809 20

    Ċirasa

    0809 30

    Ħawħ, inkluż nuċiprisk

    0809 40

    Għanbaqar u pruna salvaġġa


    (1)  Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

    (2)  Tunnellati (piż nett),

    (3)  miljun unità


    Top