EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0402

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2012 tal- 10 ta’ Mejju 2012 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 124, 11.5.2012, p. 17–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/11/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/402/oj

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 402/2012

tal-10 ta’ Mejju 2012

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-bidu

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Notifika ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċedura anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Il-proċedura ngħatat bidu wara li tressaq ilment mill-International Association of Aluminium Radiator Manufacturers Limited Liability Consortium (AIRAL Scrl – “l-ilmentatur”), li tirrappreżenta proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tar-radjaturi tal-aluminju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u tad-dannu materjali li jirriżulta minnu, li kien ikkunsidrat biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċedura

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-ilmentatur, produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-produtturi fil-pajjiż analogu, l-importaturi, id-distributuri, u partijiet magħrufa oħrajn li huma kkonċernati, u r-rappreżentanti tar-RPĊ dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jispjegaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta’ bidu.

(4)

L-ilmentatur, il-produtturi l-oħra tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi u d-distributuri taw il-fehmiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(5)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi, l-importaturi u l-produtturi esportaturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni hux meħtieġ, u jekk iva, tagħżel kampjun, l-importaturi u l-produtturi esportaturi ntalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fin-notifika ta’ bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat (kif definit fit-taqsima 3 hawn taħt) matul il-perjodu minn Lulju 2010 sa Ġunju 2011.

(6)

Sabiex il-produtturi esportaturi jkunu jistgħu jressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għal trattament individwali (“TI”), jekk xtaqu jagħmlu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Kien biss grupp wieħed ta’ kumpaniji, Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd u Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd (is-“Sira Group”), li ppreżenta ruħu u talab TES. It-talbiet għal TI waslu mingħand Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. u Metal Group Co., Ltd.

(7)

Fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni u kif debitament spjegat fil-premessa 24 hawn taħt, tmien produtturi tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f'kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba' produtturi tal-Unjoni abbażi tal-volum tal-bejgħ/produzzjoni tagħhom, id-daqs u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni.

(8)

Kif spjegat fil-premessa 27 hawn taħt, kienu biss tliet importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu tnejn minn dawn l-importaturi ma kinux jimportaw/jixtru l-prodott ikkonċernat. Għalhekk, minħabba l-għadd limitat ta’ importaturi li kkoperaw, it-teħid ta’ kampjuni tqies li ma għadux aktar neċessarju.

(9)

Kif spjegat fil-premessa 28 hawn taħt, 18-il produttur esportatur fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f'kampjun. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-ikbar volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li hu magħruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħrajn kollha li ppreżentaw irwieħhom fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fin-notifika ta’ bidu, jiġifieri lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importaturi fl-Unjoni li kkooperaw u l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi, il-BEUC, fejn talbitha biex tibgħat il-kwestjonarju tal-utenti lill-kumpaniji assoċjati tagħha.

(11)

Waslu risposti mingħand iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ, mill-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u importatur wieħed mhux relatat. L-ebda wieħed mill-utenti ma wieġeb għall-kwestjonarju.

(12)

Barra minn hekk, waslet talba waħda għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku minn grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi relatati. Kieku kellu jitwettaq, l-eżami ta’ dawn it-talbiet fl-istadju provviżorju kien ikun tassattiv wisq. Id-deċiżjoni dwar jekk hux se jkun hemm eżami individwali għal dan il-grupp ta’ kumpaniji se tittieħed fl-istadju definittiv.

(13)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi fl-Unjoni

Armatura Krakow SA, 72, 30-418, il-Polonja;

Fondital S.p.A., via Cerreto 40, 25079 Vobarno, Brescia, l-Italja;

Global Srl, via Rondinera 51, 24060 Rogno, Bergamo, l-Italja;

Radiatori 2000 S.p.A., via Francesca 54/A, 24040 Ciserano, Bergamo, l-Italja

 

L-importaturi fl-Unjoni

Hydroland Chorobik Gawęda Malec Wojtycza Sp.j., Jawornik 658, 32-400 Myślenice, il-Polonja.

 

Il-produtturi esportaturi fir-RPĊ

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. (“Zhejiang Flyhigh”), Jinyun

Metal Group Co., Ltd., Wuyi

3.   Il-perjodu tal-investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni ta’ dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2008 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(15)

Il-prodott ikkonċernat huwa r-radjaturi tal-aluminju u l-elementi jew il-partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat attwalment ikklassifikat fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10, ex 7615 10 90, ex 7616 99 10 kif ukoll ex 7616 99 90.

(16)

Id-definizzjoni tal-prodott ġiet ikkontestata minn Sira Group abbażi ta’ differenza allegata bejn iż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni li huma użati biex jimmanifatturaw r-radjaturi. Fi ħdan is-Sira Group hemm żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, li wieħed minnhom uża t-teknika tal-produzzjoni tal-fundar bil-pressa (die-casting), filwaqt li t-tieni kumpanija użat il-metodu tal-estrużjoni. Is-Sira Group sostna li l-metodu tal-estrużjoni għandu jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat minħabba d-differenzi allegati fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi, il-materja prima, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ u minħabba li t-teknika tal-estrużjoni mhijiex komuni fl-UE u fir-RPĊ.

(17)

Parti Ċiniża oħra, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjonijiet u l-Esportazzjonijiet tal-Makkinarju u tal-Prodotti Elettroniċi (CCCME) talbet kjarifika ta’ din il-kwistjoni minħabba differenzi fl-ispejjeż u fil-prezzijiet ta’ radjaturi mmanifatturati permezz taż-żewġ tekniki tal-produzzjoni.

(18)

F'dan ir-rigward, għalkemm hemm differenzi żgħar huwa ċar li r-radjaturi prodotti biż-żewġ metodi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi. Ir-radjaturi prodotti biż-żewġ metodi huma sostitwibbli ferm. Dawn il-karatteristiċi bażiċi huma, primarjament, il-ħeffa, l-inerzja termali baxxa u t-trażmissjoni għolja tas-sħana. Id-differenzi fl-ispejjeż u fil-prezzijiet u l-fatt li t-teknika tal-estrużjoni tista' tinvoli l-użu ta’ liga tal-aluminju kemxejn differenti ma jbiddlux dawn il-karatteristiċi bażiċi. F'termini ta’ tqabbil tal-prezzijiet, id-differenzi kollha huma kif suppost fl-istruttura tas-sistema ta’ tqabbil tat-tip tal-prodott użata f'din l-investigazzjoni (“is-sistema PCN”) li tfisser li jsir biss tqabbil bejn prodotti simili.

(19)

Barra minn hekk, ir-radjaturi tal-aluminju għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed uniku, ikun xi jkun il-proċess tal-manifattura tagħhom, għaliex huma mibjugħa permezz tal-istess mezzi ta’ bejgħ u minħabba li l-perċezzjoni tagħhom mill-utenti aħħarija u l-konsumaturi hija li huma magħmula mill-aluminju (b'karatteristiċi magħrufa sew kif imsemmi hawn fuq) aktar milli xi differenzazzjoni bbażata fuq il-metodu ta’ produzzjoni. Fid-dawl ta’ dan t'hawn fuq, din il-pretensjoni hija għaldaqstant miċħuda.

(20)

Il-CCCME kkontestat ukoll il-fatt li r-radjaturi bil-pjanċa tal-azzar jew anke dawk bil-ħadid fondut mhumiex inklużi fil-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott. Madankollu, għalkemm dawn il-prodotti għandhom użu simili, huma għandhom karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi differenti peress li minflok il-materja prima bażika (liga tal-aluminju) hemm l-azzar jew il-ħadid li għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti, fir-rigward ta’ piż, inerzja termali u trażmissjoni. Għalhekk, din il-pretensjoni hija miċħuda.

(21)

Il-CCCME għamlet iktar kummenti rigward ir-referenzi fl-ilment għall-bejgħ permezz ta’ “proċessi ta’ sejħiet għall-offerti”. Dawn il-kummenti żvelaw li huwa preżunt li dan ikkonċerna l-akkwist pubbliku. Il-proċessi ta’ sejħiet għall-offerti li hemm referenza għalihom fl-ilment, madankollu, huma relatati mal-prattika normali ta’ negozju fejn xerrej tar-radjaturi tal-UE jsaqsi lil fornituri potenzjali biex jagħtu kwotazzjonijiet tal-prezzijiet qabel ma jordnaw. L-ebda waħda mill-importazzjonijiet Ċiniżi użati fil-kalkoli involuti fi proċess ta’ akkwist pubbliku.

(22)

Il-CCCME kkummentat ukoll fuq ir-referenzi fl-Ilment għal “radjaturi dekorattivi”, bil-filwaqt li ġie preżunt li tali radjaturi huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. Mill-ġdid, dawn il-kummenti kienu bbażati fuq nuqqas ta’ fehim peress li d-definizzjoni tal-prodott ma teskludix tali radjaturi. Għalhekk dawn il-kummenti ma tqisux.

2.   Il-prodott simili

(23)

L-investigazzjoni wriet li r-radjaturi tal-aluminju prodotti fir-RPĊ u esportati minn hemm u r-radjaturi tal-aluminju mmanifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użu bażiku u għaldaqstant huma meqjusa simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IT-TEĦID TA' KAMPJUNI

1.   It-teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(24)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli tal-produtturi tal-Unjoni, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fin-notifika ta’ bidu għad-determinazzjoni tad-dannu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(25)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ħabbret li għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun ikkonsista f'erba' kumpaniji, mit-tmien produtturi tal-Unjoni li kien magħruf minn qabel ma ngħata bidu għal din l-investigazzjoni li jipproduċu l-prodott simili, magħżula abbażi tal-volum tal-bejgħ tagħhom, id-daqs u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Huma rrappreżentaw 66 % tat-total stmat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PI. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fi żmien 15-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu. Waħda mill-partijiet interessati talbet biex jiġi meqjus ukoll għall-għażla tal-kampjun il-volum tal-produzzjoni. Ġie aċċettat li l-kampjun jinbidel skont dan. L-ebda parti interessata ma opponiet il-kampjun finali magħmul minn erba' kumpaniji.

2.   It-teħid ta’ kampjuni tal-importaturi mhux relatati

(26)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi involuti fil-proċedura, it-teħid ta’ kampjuni kien maħsub għall-importaturi fin-notifika ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(27)

Kienu biss tliet importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jikkooperaw. Peress li tnejn minn dawn l-importaturi ma rrappurtawx importazzjonijiet jew xiri tal-prodott ikkonċernat, it-teħid ta’ kampjuni ma baqax meqjus bħala meħtieġ.

3.   It-teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi

(28)

Total ta’ 18-il produttur esportatur fir-RPĊ pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż f'kampjun. Dawn il-kumpaniji esportaw madwar ħames miljun element (3) jew kemxejn inqas minn 50 % tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-UE fil-PI. Abbażi tal-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi li għandhom l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ u tal-esportazzjonijiet li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Iż-żewġ produtturi esportaturi, Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. u Metal Group Co., Ltd., irrappreżentaw madwar 62 % tal-volum tal-bejgħ mit-18-il produttur esportatur li pprovdew dejta għall-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni.

(29)

Grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi (is-Sira Group) ikkontesta l-esklużjoni tiegħu mill-kampjun fuq il-bażi li huwa mmanifattura ċertu tip ta’ radjatur (li juża l-metodu ta’ produzzjoni tal-estrużjoni) u li l-inklużjoni tiegħu fil-kampjun għandha mnejn, għaldaqstant, iżżid ir-rappreżentattività tal-kampjun. Madankollu, iż-żieda ta’ grupp ieħor ma kinetx meħtieġa peress li l-kampjun oriġinarjament għażel imma rrappreżenta aktar minn 60 % tal-esportazzjonijiet irrappurtati mill-kumpaniji li kkooperaw. Barra minn hekk, mhuwiex meħtieġ li l-kampjun ikopri t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat. Il-pretensjoni għall-inklużjoni tas-Sira Group kienet għalhekk miċħuda u l-kampjun oriġinali ġie kkonfermat.

D.   ID-DUMPING

1.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq u t-Trattament Individwali

1.1.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)

(30)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, f'investigazzjonijiet tal-anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi esportaturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(31)

Madankollu, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun talbu biss Trattament Individwali (“TI”). Għaldaqstant, il-kriterji tat-TES ma ġewx investigati.

1.2.   It-Trattament Individwali (TI)

(32)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi stabbilit dazju għall-pajjiż kollu, jekk hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-Artikolu, għajr f'dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu kapaċi juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u għall-faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

Fil-każ ta’ ditti li huma kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti;

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament;

Il-parti l-kbira tal-ishma jappartjenu lill-persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jidhru fil-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu fil-minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-interferenza tal-Istat;

Il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq; kif ukoll

L-interferenza mill-Istat mhix tali li tippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(33)

Iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun talbu TI. Dawn it-talbiet ġew eżaminati. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun issodisfaw l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(34)

Għaldaqstant, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ingħataw TI.

2.   Il-pajjiż analogu

(35)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES għandu jkun stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f'pajjiż analogu.

(36)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża lir-Russja bħala pajjiż analogu adegwat biex tistabbilixxi valur normali għar-RPĊ u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw fuq dan.

(37)

L-ebda kummenti ma waslu dwar ir-Russja bħala l-pajjiż analogu propost. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ssuġġeriet produtturi tal-prodott simili minn pajjiż analogu alternattiv minbarra dawk imsemmija fl-ilment matul l-investigazzjoni.

(38)

Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mir-Russja minkejja li l-produtturi Russi magħrufa kollha ġew ikkuntattjati ripetutament matul l-investigazzjoni u rċevew il-kwestjonarji tal-pajjiż analogu.

(39)

Il-Kummissjoni, permezz tar-riċerka tagħha, ippruvat tidentifika kull produttur addizzjonali fil-pajjiżi terzi.

(40)

Għaldaqstant, intbagħtu ittri u kwestjonarji lill-produtturi magħrufa kollha f'pajjiżi terzi oħrajn (jiġifieri t-Turkija, l-Iran, il-Kroazja, l-Indja, l-Afrika t'Isfel u l-Isvizzera). Madankollu, minkejja l-azzjoni ta’ segwitu, fl-aħħar mill-aħħar, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni.

(41)

Kif spjegat fil-premessi 38, 39 u 40 hawn fuq, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda pajjiż terz b'ekonomija tas-suq li seta' jintuża bħala pajjiż analogu f'din il-proċedura. Konsegwentament, fin-nuqqas ta’ tali pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, ġie konkluż b'mod provviżorju b'konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, li ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat valur normali għall-produtturi inklużi fil-kampjun abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew il-valur normali maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq jew il-prezz minn tali pajjiż terz lejn pajjiżi oħrajn, inkluża l-Unjoni, u li għaldaqstant kien neċessarju li jiġi ddeterminat il-valur normali fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra, f'dan il-każ abbażi tal-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili. Dan tqies li kien xieraq minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni kif imsemmi hawn fuq iżda anki minħabba d-daqs tas-suq tal-UE, l-eżistenza tal-importazzjonijiet u l-kompetizzjoni interna qawwija fis-suq tal-UE għal dan il-prodott.

3.   Il-Valur Normali

(42)

Peress li t-TES ma ġiex mitlub miż-żewġ kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha ġie ddeterminat, kif spjegat fil-premessa 41 hawn fuq, abbażi tal-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili. Wara l-għażla tal-prezzijiet li tħallsu jew li huma pagabbli fl-Unjoni, il-valur normali ġie kkalkulat abbażi tad-dejta vverifikata fl-istabbilimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun elenkati fil-premessa 13 hawn fuq.

(43)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ fl-UE tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv. Instab li l-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili mill-produtturi tal-Unjoni kien rappreżentattiv meta mqabbel mal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(44)

Sussegwentament, il-Kummissjoni vvalutat jekk dan il-bejgħ setax jitqies li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ fl-UE bi profitt lill-klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ fl-UE tqiesu bħala profittabbli fejn il-prezz tal-unità kien ugwali għall-ispiża tal-produzzjoni, jew ogħla minnha. Għaldaqstant ġiet stabbilita l-ispiża tal-produzzjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Din l-analiżi wriet li l-bejgħ fl-UE ta’ xi tipi ta’ prodotti kien profittabbli, jiġifieri l-prezz tal-bejgħ nett tal-unità kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni kkalkulata tal-unità.

(45)

Il-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott kien ibbażat fuq il-prezz attwali tal-bejgħ (kif joħroġ mill-fabbrika) għall-bejgħ profittabbli u fuq valur normali maħdum għall-bejgħ mhux profittabbli.

(46)

Il-valur normali ġie maħdum billi żdiedet l-ispiża tal-manifattura tal-industrija tal-UE, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) tagħha u l-profitt. Skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitt ta’ 4,43 % ġew stabbiliti abbażi tad-dejta attwali relatata mal-produzzjoni u l-bejgħ fl-andamanent normali tal-kummerċ tal-prodott simili tal-produttur tal-UE.

4.   Il-prezzijiet tal-esportazzjoni

(47)

Billi l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ingħataw TI u għamlu bejgħ mill-esportazzjoni lill-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew ibbażati fuq il-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

5.   It-tqabbil

(48)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Bil-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti adegwati għat-taxxi indiretti, għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-ippakkjar, tal-immaniġġar u tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b'evidenza vverifikata.

(49)

Għal wieħed mill-produtturi esportaturi kien ċar li l-kumpanija ma kinitx kklassifikat il-prodott ikkonċernat sew meta użat is-sistema kif mitlub mill-kwestjonarju. Waħda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienet relatata mal-prestazzjoni termali tar-radjaturi. Madankollu, il-kumpanija ma kellhiex biżżejjed evidenza biex tappoġġja l-prestazzjoni termali rrappurtata għall-mudelli esportati tagħha. Il-prestazzjoni termali attwalment rrappurtata ma kinitx korretta u ma tikkorrispondix għal speċifikazzjonijiet oħra, bħalma huma l-piż u d-dimensjonijiet. Għaldaqstant, kien meħtieġ li jintużaw biss l-ispeċifikazzjonijiet li jifdal għal skopijiet ta’ tqabbil.

(50)

Bl-użu tas-sistema PCN għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ prodott, kien hemm grad għoli ta’ tqabbil għal produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun. Madankollu, għall-produttur esportatur l-ieħor inkluż fil-kampjun intużat teknika simili peress li ma seta jiġi identifikat xejn li jaqbel b'mod dirett. Fejn intużat it-teknika simili, id-dettalji ġew żvelati lill-parti involuta.

6.   Il-marġini tad-dumping

(51)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien stabbilit abbażi tat-tqabbil tal-valur normali b'medja peżata mal-prezz ta’ esportazzjoni b'medja peżata espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas.

(52)

Il-medja peżata ta’ dawn iż-żewġ marġini tad-dumping kienet ikkalkulata għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw.

(53)

Minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ (anqas minn 50 %), huwa kkunsidrat xieraq li marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ għandu jkun ibbażat fuq l-aktar tranżazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għal xi klijent partikolari tal-esportaturi li kkooperaw.

(54)

Il-marġini provviżorji tad-dumping li ġew stabbiliti b'dan il-mod, espressi bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Tabella 1

Isem il-Kumpanija

L-Istatus

Il-marġni tad-dumping

Zhejiang Flyhigh

IT

23,0  %

Metal Group Co. Ltd.

IT

70,8  %

Kumpaniji oħra li kkoperaw

 

32,5  %

Marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu

 

76,6  %

E.   ID-DANNU

1.   Il-produzzjoni totali tal-Unjoni

(55)

L-informazzjoni disponibbli kollha rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat.

(56)

Ir-radjaturi tal-aluminju kienu mmanifatturati minn tmien produtturi fl-Unjoni matul il-PI. L-informazzjoni disponibbli kollha dwar il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tistabbilixxi l-produzzjoni tal-Unjoni totali matul il-PI.

(57)

Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni tal-Unjoni totali, fl-għadd tal-elementi, kienet stmata li hi madwar 64 miljun matul il-PI. Billi l-produtturi tal-Unjoni li jappoġġjaw l-ilment ammontaw għall-produzzjoni tal-Unjoni totali, huma jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem huma msejħa “l-industrija tal-Unjoni”.

2.   Il-konsum tal-Unjoni

(58)

L-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat ma setgħetx tintuża f'din l-investigazzjoni minħabba li l-kodiċijiet NM li jkopru r-radjaturi tal-aluminju jinkludu wkoll prodotti tal-aluminju oħrajn, bħalma huma r-radjaturi elettriċi.

(59)

Il-konsum tal-Unjoni ġie għalhekk stabbilit abbażi tad-dejta inkluża fl-ilment, li b'mod partikolari jikkonċerna l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni u l-importazzjonijiet magħmula mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Din id-dejta ġiet kontroverifikata mat-tweġibiet li waslu għall-kwestjonarji tat-teħid ta’ kampjuni u d-dejta miksuba u vverifikata fl-istabbilimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-produtturi esportaturi fir-RPĊ.

(60)

Fuq din il-bażi, instab li l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

 

2008

2009

2010

PI

Il-konsum tal-Unjoni (elementi)

46 000 000

40 500 000

39 000 000

44 246 066

Indiċi (2009 = 100)

114

100

96

109

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(61)

Il-konsum totali fis-suq tal-UE naqas bi 3,8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis b'madwar 12 %, b'konformità mal-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika, u wara l-kriżi l-konsum kompla naqas bi 3,7 %. Madankollu l-konsum irkupra mill-2010 sal-PI, meta żdied bi 13,5 %, imma ma laħaqx il-livell inizjali tal-2008. It-tabella ta’ hawn fuq turi wkoll li l-konsum żdied b'9 % fil-perjodu mill-2009 sal-PI.

3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(62)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mir-RPĊ żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 3

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (elementi)

6 000 000

7 000 000

8 000 000

10 616 576

Indiċi (2009 = 100)

86

100

114

152

Is-sehem mis-suq

13,0  %

17,3  %

20,5  %

24,0  %

Indiċi (2009 = 100)

75

100

119

139

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(63)

Minkejja l-evoluzzjoni tal-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'mod sinifikanti b'77 %, matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda kienet kontinwa u kienet l-akbar bejn l-2010 u l-PI (+ 33 %). Bl-istess mod, is-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi juri xejra ta’ żieda stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, bil-konsum li żdied minn 13 % fl-2008 għal 24 % matul il-PI. Din ix-xejra għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tnaqqis ġenerali bi 3,8 % fil-konsum matul l-istess perjodu.

3.1.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezz

Tabella 4

L-importazzjonijiet mir-RPĊ

2008

2009

2010

PI

Il-prezz medju f'EUR/elementi

4,06

3,25

4,07

4,02

Indiċi (2009 = 100)

125

100

125

123

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(64)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-prezz medju tal-importazzjoni mir-RPĊ naqas ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-ewwel pass, bejn l-2008 u l-2009, naqas b'mod sinifikanti b'20 %, imbagħad żdied b'25 % bejn l-2009 u l-2010. Fl-aħħar, lejn l-aħħar tal-perjodu kkunsidrat, reġa' naqas.

(65)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ baqgħu, b'mod konsistenti, inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fil-prezzijiet fl-2009 kkoinċida maż-żieda qawwija fis-sehem mis-suq Ċiniż minn 13 % għal 17,3 % tas-suq tal-Unjoni u t-twaqqigħ kostanti tal-prezz jispjega ż-żieda b'rata stabbli fis-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, b'mod partikolari bejn l-2009 u l-PI.

(66)

Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet tal-bejgħ b'medja peżata għal kull tip ta’ prodott tal-Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal livell kif joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet b'medja peżata korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti adegwati għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni.

(67)

Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwali tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-PI, wera marġni ta’ twaqqigħ b'medja peżata ta’ 6,1 % mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Kummenti preliminari

(68)

Kif imsemmi fil-premessi 24 u 25 hawn fuq, it-teħid ta’ kampjuni kien użat għall-eżami tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Ta' min ifakkar li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inkluż fil-kampjun ilu biss mill-2009 li beda jipproduċi r-radjaturi tal-aluminju. Sabiex ikun hemm analiżi konsistenti tax-xejra għall-perjodu kkunsidrat, ġie meqjus xieraq li l-2009 tintuża bħala s-sena referenzjarja għall-analiżi tad-dannu, jiġifieri l-indiċi 100. Għall-fini tal-kompletezza, ġie stabbilit ukoll indiċi għall-2008 abbażi tad-dejta disponibbli.

(69)

Id-dejta pprovduta u vverifikata mill-erba' produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun intużat sabiex tistabbilixxi mikroindikaturi, bħalma huma l-prezz tal-unità, l-ispiża tal-unità, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-abbiltà li żżid il-kapital u l-istokks L-indiċi għall-2008 ġie stabbilit abbażi tad-dejta disponibbli għat-tliet produtturi esportaturi eżistenti fl-2008 meta mqabbel mad-dejta tal-istess tliet produtturi fl-2009 (l-indiċi 100).

(70)

Id-dejta pprovduta għat-tmien produtturi tal-UE tar-radjaturi tal-aluminju ntużat biex tistabbilixxi makroindikaturi, bħalma huma l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-impjiegi. L-indiċi għall-2008 ġie stabbilit abbażi tad-dejta disponibbli għas-seba' produtturi eżistenti fl-2008 meta mqabbel mad-dejta disponibbli dwar l-istess seba' produtturi fl-2009 (l-indiċi 100).

(71)

Fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha stabbiliti, li huma msemmija f'dak l-Artikolu.

4.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

Tabella 5

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-produzzjoni (elementi)

 

55 533 555

60 057 377

64 100 484

Indiċi (2009 = 100)

116

100

108

115

Il-kapaċità tal-produzzjoni (elementi)

 

93 426 855

95 762 788

107 218 125

 

 

100

103

115

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

70  %

59  %

63  %

60  %

Indiċi (2009 = 100)

119

100

106

101

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(72)

L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, id-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu kkunsidrat.

(73)

It-tabella hawn fuq turi li l-produzzjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat. B'konformità mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni naqset sew fl-2009, u wara rkuprat fl-2010 u matul il-PI. Il-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli bejn l-2009 u l-PI minkejja żieda ta’ 9 % fil-konsum. Il-livell tal-produzzjoni huwa dipendenti wkoll fuq l-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li baqgħet sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

(74)

Minkejja t-tnaqqis limitat fil-konsum, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset minn 70 % fl-2008 għal 60 % matul il-PI. Din baqgħet relattivament stabbli fil-perjodu bejn l-2009 u l-PI.

4.3.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

Tabella 6

 

2008

2009

2010

PI

Il-volum tal-bejgħ (elementi)

40 000 000

33 500 000

31 000 000

33 629 490

Indiċi (2009 = 100)

119

100

93

100

Is-sehem mis-suq

87  %

82,7  %

79,5  %

76  %

Indiċi (2009 = 100)

105

100

96

92

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(75)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tiegħu naqas b'mod kontinwu minn 87 % fl-2008 għal 76 % matul il-PI. Fl-2009 il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 %, biex b'hekk tilef aktar minn erba' punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Fl-2010 il-volum tal-bejgħ kompla jonqos b'7 % u s-sehem mis-suq tiegħu naqas minn 82,7 % għal 79,5 %. Matul il-PI, f'kuntest ta’ żieda fil-konsum (+ 13,5 %), is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos għal 76 %. Għaldaqstant, l-industrija ma setgħetx tibbenefika miż-żieda fil-konsum u ma setgħetx tikseb mill-ġdid xi ftit mis-sehem mis-suq li kienet tilfet.

4.4.   It-tkabbir

(76)

Matul il-perjodu kkunsidrat irriżulta li l-konsum tal-Unjoni naqas kemxejn bi 3,8 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’ mod sinifikanti, bi 15,9 % u 12,6 % rispettivament, matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'mod sinifikanti b'76,9 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 11-il punt perċentwali matul l-istess perjodu.

4.5.   L-impjiegi

Tabella 7

 

2008

2009

2010

PI

L-għadd ta’ impjegati

 

1 598

1 642

1 641

Indiċi (2009 = 100)

102

100

103

103

Il-produttività (unità/impjegat)

Indiċi (2009 = 100)

114

100

105

112

Sors: Id-dejta mill-ilmenti u t-tweġibiet għall-kwestjonarju

(77)

L-għadd ta’ impjegati żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat, iżda dan imbagħad wassal għal tnaqqis fil-produttività. Madankollu, għandu jiġi nnutat li x-xejra 'l fuq fir-rigward tal-impjiegi hija biss minħabba l-fatt li waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, l-iżgħar waħda mill-kampjun, bdiet tipproduċi fl-2009. Li kieku ma kienx għalhekk, ix-xejra fl-impjiegi kienet tkun negattiva.

(78)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-Unjoni, meta mkejla bħala prestazzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, naqset kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat. Laħqet il-livell l-aktar baxx tagħha fl-2009, u wara dan bdiet tirkupra lejn il-PI, mingħajr ma laħqet il-livelli inizjali. Bejn l-2009 u l-PI, il-produttività żdiedet bi 12 %.

4.6.   Il-prezzijiet medji tal-unità fl-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni

Tabella 8

 

2008

2009

2010

PI

Il-prezz tal-unità fl-UE għal klijenti mhux relatati

(EUR għal kull element)

 

5,31

5,47

5,62

Indiċi (2009 = 100)

113

100

103

106

L-ispiża tal-unità EUR/Element

 

4,92

5,34

5,61

Indiċi (2009 = 100)

113

100

109

114

Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi inklużi fil-kampjun

(79)

Ix-xejra tal-prezzijiet tal-bejgħ medji turi tnaqqis sinifikanti b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, b'konformità maż-żieda fil-konsum u rkupru fis-suq il-prezzijiet irkupraw b'6 % imma ma laħqux il-livell tal-2008.

(80)

B'mod parallel, l-ispejjeż relattivi għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili naqsu kemxejn matul il-perjodu kkunsidrat imma dan ma kienx biżżejjed biex jippermetti lill-industrija tal-Unjoni biex tibqa' profittabbli fl-2010 u matul il-PI. Jekk fl-2009, it-tnaqqis ta’ 11,5 % fl-ispejjeż kien ugwali għal tnaqqis ta’ 11,5 % fil-prezzijiet tal-bejgħ, fl-2010 u matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda qawwija fl-ispejjeż u setgħet iżżid il-prezzijiet tagħha biss kemxejn, biex tkopri l-ispejjeż żejda. Dan irriżulta f'aktar telf fil-profittabilità u fis-sehem mis-suq peress li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu ogħla b'mod kostanti mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

4.7.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li żżid il-kapital

Tabella 9

 

2008

2009

2010

PI

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-UE (% tal-bejgħ nett)

7,4  %

7,5  %

2,4  %

0,2  %

Indiċi (2009 = 100)

99

100

32

2

Il-Fluss tal-Flus

 

27 712 871

14 228 145

843 570

Indiċi (2009 = 100)

112

100

51

3

L-Investimenti (EUR)

25 404 161

15 476 164

12 072 057

8 945 470

Indiċi (2009 = 100)

165

100

78

58

Ir-Redditu fuq l-Investimenti

36  %

49  %

21  %

2  %

Indiċi (2009 = 100)

73

100

43

4

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun.

(81)

Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi l-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili tfisser bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, u anki matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod drammatiku u bilkemm laħqet il-livell fejn ma jsirx telf.

(82)

Ix-xejra fil-fluss tal-flus, li hija l-abbiltà tal-industrija ta’ awtofinanzjament tal-attivitajiet tagħha, segwiet sa ċertu punt ix-xejra negattiva fil-profittabilità. L-aktar livell baxx inkiseb matul il-PI. Bl-istess mod, ir-redditu fuq l-investiment naqas minn 36 % fl-2008 għal 2 % fil-PI.

(83)

L-evoluzzjoni tal-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment matul il-perjodu kkunsidrat illimitaw l-abbilità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti fl-attivitajiet tagħha u dgħajfu l-iżvilupp tagħha. L-industrija tal-Unjoni rnexxielha tinvesti bil-qawwi fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat u timmodernizza l-makkinarji tagħha biex tipproduċi b'mod aktar effiċjenti, iżda wara l-investimenti naqsu b'rata stabbli b'64,7 % matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat.

4.8.   L-istokks

Tabella 10

 

2008

2009

2010

PI

L-istokk tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni Indiċi (2009 = 100)

137

100

131

299

Sors:

It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun.

(84)

Il-livell tal-istokk tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009 il-livell tal-istokk tal-għeluq naqas b'27 %; u wara, fl-2010 u matul il-PI, dan żdied bi 30,8 % u b'128,4 % rispettivament.

5.   Il-kobor tal-marġni tad-dumping attwali

(85)

Il-marġini tad-dumping huma speċifikati hawn fuq fit-taqsima dwar id-dumping. Il-marġini kollha stabbiliti huma ferm ogħla mil-livell de minimis. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, l-impatt fuq is-suq tal-UE tal-marġni attwali tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli.

6.   Il-konklużjoni dwar id-dannu

(86)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tad-dannu relatati mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar jew ma żviluppawx b'konformità mal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-osservazzjoni, b'mod partikolari, tapplika għall-perjodu mill-2009 sal-aħħar tal-PI.

(87)

Matul il-perjodu kkunsidrat, fil-kuntest tal-konsum li qed jonqos, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'rata stabbli u b'mod sinifikanti. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali naqas b'16 % u s-sehem mis-suq tiegħu niżel minn 87 % fl-2008 għal 76 % fil-PI. Anki meta l-konsum irkupra b'9 %, mill-2009 sal-PI, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos aktar. L-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tirkupra s-sehem mis-suq li kienet tilfet qabel fid-dawl tat-tkabbir sinifikanti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ fis-suq tal-UE. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi żdiedu b'rata stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u b'mod kostanti waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(88)

Barra minn hekk, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħalma huma l-fluss tal-flus u l-profittabilità kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abbiltà tal-industrija tal-Unjoni biex iżżid il-kapital u biex tinvesti naqset ukoll.

(89)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar 'il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

F.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(90)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ kkawżawx dannu lill-industrija tal-Unjoni sa tali grad li jista' jiġi kklassifikat bħala materjali. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex ikun żgurat li kwalunkwe dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

2.   L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(91)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 3,8 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ żdied b'mod drammatiku b'madwar 77 %, is-sehem mis-suq tagħhom ukoll żdied minn 13 % fl-2008 għal 24 % fil-PI. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 % u s-sehem mis-suq niżel minn 87 % fl-2008 għal 76 % fil-PI.

(92)

Matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, il-konsum tal-Unjoni żdied b'9 %, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni reġa' naqas, b'kuntrast ma’ żieda annwali fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi 52 % f'dak il-perjodu.

(93)

Fir-rigward tal-pressjoni fuq il-prezzijiet, għandu jiġi enfasizzat li fl-2009 l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'20 % u ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b'madwar 11,5 %. Fl-2010 u matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni ppruvat iżżid il-prezzijiet tagħha, minħabba ż-żieda fl-ispejjeż. Dan irriżulta f'aktar telf fis-sehem mis-suq, peress li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu b'mod kostanti ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Din is-sitwazzjoni wasslet, b'mod partikolari, għal deterjorament sinifikanti fil-profittabilità, fil-volum tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(94)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ naqsu fil-perjodu kkunsidrat. Anki jekk matul il-perjodu mill-2009 sal-PI, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu bi 23 %, xorta waħda baqgħu sinifikament aktar baxxi b'mod kostanti mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u, b'mod partikolari, matul il-PI, biex b'hekk inżamm il-prezz fis-suq tal-Unjoni.

(95)

Abbażi ta’ dan t'hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li ż-żieda kbira tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li b'mod kostanti qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kellha rwol determinanti fid-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, li huwa rifless, b'mod partikolari, fis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa tagħha, it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ u fis-sehem mis-suq, u fid-deterjorament tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi ta’ dannu.

3.   L-effett ta’ fatturi oħrajn

3.1.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(96)

Kif ikkjarifikat fil-premessa 58 hawn fuq, l-istatistika dwar l-importazzjoni tal-Eurostat ma setgħux jintużaw f'din l-investigazzjoni peress li l-kodiċijiet NM li jkopru r-radjaturi tal-aluminju u l-elementi u l-partijiet tagħhom jinkludu kull tip ta’ prodott tal-aluminju. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli oħra, ġie stabbilit abbażi tal-ilment, li apparti mir-RPĊ, m'hemm l-ebda pajjiż ieħor barra mill-Ewropa li pproduċa u esporta r-radjaturi tal-aluminju lejn l-UE matul il-perjodu kkunsidrat.

3.2.   Il-kriżi ekonomika

(97)

Il-kriżi ekonomika tispjega parzjalment il-kontrazzjoni tal-konsum tal-Unjoni, b'mod partikolari fl-2009 u fl-2010. Madankollu, ta’ min jinnota li f'sitwazzjoni ta’ tnaqqis fil-konsum fil-perjodu kkunsidrat u f'sitwazzjoni ta’ żieda fil-konsum fil-perjodu bejn l-2009 u l-PI, il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni kompla jiżdied fis-suq tal-Unjoni.

(98)

Hemm kuntrast bejn il-prestazzjonijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi u dawk tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li mill-2009 sal-PI, minkejja li l-konsum tal-Unjoni żdied b'konformità mal-irkupru ekonomiku ġenerali, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos. Anki jekk il-volum tal-produzzjoni kellu t-tendenza li jiżdied, kien hemm bilanċ favorevoli li kellu jitpoġġa fl-istokks.

(99)

F'kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet u żieda qawwija fl-importazzjoni tal-prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni seta' kellha xi ftit diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-ispejjeż fissi għal kull unità minħabba t-tnaqqis fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità li ġarrbet. Madankollu, l-investigazzjoni turi biċ-ċar li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ intensifikaw l-effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Anki matul l-irkupru ekonomiku ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tirkupra u tikseb mill-ġdid il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat.

(100)

Għaldaqstant, minkejja li l-kriżi ekonomika setgħet ikkontribwiet għall-prestazzjoni fqira tal-industrija tal-Unjoni, b'mod ġenerali, ma jistax jiġi kkunsidrat li din kellha impatt tant li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u s-sitwazzjoni ta’ dannu li sofriet dik l-industrija, b'mod partikolari, matul il-PI.

3.3.   L-iżvilupp tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(101)

L-investigazzjoni wriet li l-ispiża biex jiġu prodotti radjaturi tal-aluminju hija marbuta direttament mal-iżvilupp fil-prezz tal-aluminju, il-materja prima ewlenija użata biex tipproduċi dan il-prodott. Anke jekk, kif muri fit-Tabella 8 hawn fuq, l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod sinifikanti fl-2009, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bl-istess ritmu. Fl-2010 u matul il-PI, l-ispejjeż żdiedu aktar mill-prezzijiet tal-bejgħ u għalhekk ma ppermettewx li jkun hemm irkupru, b'mod partikolari fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni ġrat meta l-prezz tal-importazzjoni tal-prodotti importati mir-RPĊ kienu, b'mod kostanti, qegħdin iwaqqgħu il-prezz ta’ dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(102)

F'ekonomija tas-suq, wieħed jistenna li l-prezzijiet fis-suq jadattaw ruħhom regolarment sabiex jirriflettu l-iżvilupp fil-komponenti diversi tal-ispiża tal-produzzjoni. Madankollu dan ma seħħx. L-investigazzjoni kkonfermat li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, komplew ibaxxu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u għaldaqstant ma ħallewx lill-industrija tal-Unjoni żżomm is-sehem mis-suq tagħha u taġġusta l-prezzijiet biex tkopri l-ispejjeż tagħha u biex tikseb livell ta’ profitt raġonevoli, b'mod partikolari, matul il-PI.

(103)

Għaldaqstant, iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima ma kinitx tali li tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, matul il-PI.

3.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluża fil-kampjun

Tabella 11

 

2008

2009

2010

PI

Il-bejgħ mill-esportazzjonijiet tal-elementi

 

18 280 847

20 245 515

17 242 607

Indiċi (2009 = 100)

126

100

111

94

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE inklużi fil-kampjun.

(104)

L-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkostitwixxiet sehem importanti tan-negozju tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Is-swieq tal-esportazzjoni ewlenin tal-industrija tal-Unjoni kienu prinċipalment ir-Russja u pajjiżi Ewropej tal-Lvant oħra fejn il-prodotti mibjugħa kienu ta’ kwalità relattivament inferjuri u għalhekk kienu irħas meta mqabbla mar-radjaturi mibjugħa fis-suq tal-Unjoni.

(105)

It-tabella ta’ hawn fuq turi li l-fatturat tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas fil-perjodu kkunsidrat. Dan jista' jiġi spjegat parzjalment mill-fatt li, kif l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi, iż-żieda fil-volumi tal-esportazzjoni tar-radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ kienet preżenti wkoll f'dawk is-swieq tal-esportazzjoni.

(106)

Madankollu, huwa ċar li l-attività tal-esportazzjoni ppermettiet lill-industrija tal-Unjoni li tikseb ekonomiji ta’ skala u b'hekk tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni ġenerali. Għaldaqstant, jista' jiġi kkunsidrat b'mod raġonevoli li l-attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma tistax tkun kawża potenzjali tad-dannu materjali li hi sofriet, b'mod partikolari, matul il-PI. Kull impatt negattiv li t-tnaqqis fil-bejgħ mill-esportazzjoni seta' kellu fuq l-Industrija tal-Unjoni, ma jistax ikun tali li jkisser ir-rabta kawżali bejn dak id-dannu u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(107)

L-analiżi t'hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat u anki matul il-perjodu mill-2009 sal-PI. Instab li dawn l-importazzjonijiet, b'mod kostanti, waqqgħu l-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u, b'mod partikolari, matul il-PI.

(108)

Din iż-żieda fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ kienet kontinwa u seħħet fl-istess żmien meta kien hemm żvilupp negattiv fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Din is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-PI, meta l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikseb mill-ġdid is-sehem mis-suq tagħha li kienet tilfet u l-profittabilità u indikaturi finanzjarji oħra bħalma huma l-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti laћqu l-aktar livelli baxxi tagħhom.

(109)

L-analiżi tal-fatturi magħrufa l-oħra, inkluża l-kriżi ekonomika, uriet li kull impatt negattiv ta’ dawn il-fatturi ma jistax ikun tali li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(110)

Abbażi tal-analiżi msemmija hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ dannu tal-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Il-kummenti preliminari

(111)

B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar id-dumping ta’ dannu, kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li mhux fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi involuti kollha, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(112)

L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ dannu wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni se tkompli tmur għall-agħar.

(113)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji terġa' tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista' jkun mistenni wkoll li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għall-inqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt ulterjuri pożittiv fuq il-profittabilità tagħha u l-qagħda finanzjarja tagħha b'mod ġenerali.

(114)

Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, huwa mistenni aktar telf fis-sehem tas-suq u l-industrija tal-Unjoni tibqa' tagħmel it-telf. Dan ma jkunx sostenibbli fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien. Minħabba t-telf imġarrab u l-livell għoli ta’ investiment fil-produzzjoni fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, għandu jkun mistenni li xi produtturi tal-Unjoni mhumiex sejrin ikunu kapaċi jirkupraw l-investiment tagħhom, jekk ma jiġux imposti l-miżuri.

(115)

Għaldaqstant, ġie konkluż b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess tal-utenti u l-importaturi

(116)

Ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-utenti f'din l-investigazzjoni.

(117)

Fir-rigward tal-importaturi, kien importatur wieħed biss fil-Polonja li kkoopera f'din l-investigazzjoni billi wieġeb għall-kwestjonarju u aċċetta li ssir żjara ta’ verifika. Dan l-importatur ġarrab telfiet żgħar għall-prodott ikkonċernat matul il-PI. Madankollu, in-negozju tal-prodott ikkonċernat huwa relattivament żgħir fir-rigward tal-attivitajiet kollha tal-kumpanija. Għalhekk, l-impożizzjoni tal-miżuri x'aktarx li mhijiex se jkollha impatt gravi fuq il-profitti kollha tiegħu.

4.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(118)

Fid-dawl ta’ dak t'hawn fuq, ġie provviżorjament konkluż li abbażi tal-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna l-interess tal-Unjoni, m'hemm l-ebda raġuni sinifikanti kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ.

H.   PROPOSTA GĦALL-MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

1.   Il-livell ta’ tneħħija tad-dannu

(119)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji sabiex ma jiġix ikkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(120)

Bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġini tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex ikun eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, mingħajr ma jinqabżu l-marġini tad-dumping li nstabu.

(121)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ dannu, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f'kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-profitt li jista' jinkiseb fin-nuqqas tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, għandu jkun ibbażat fuq il-marġini tal-profitt medju qabel it-taxxa tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-sena 2008. Għaldaqstant, huwa kkunsidrat li marġini ta’ profitt ta’ 7,4 % ta’ fatturat jista' jitqies bħala minimu adegwat li l-industrija tal-Unjoni setgħet stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping ta’ dannu.

(122)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jikkawża l-ebda dannu għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu nkiseb bl-aġġustament tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mill-profitt/telf attwali magħmul matul il-PI u biż-żieda tal-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq.

(123)

Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz ta’ importazzjoni b'medja peżata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz li ma jikkawża l-ebda dannu tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF totali.

2.   Il-miżuri provviżorji

(124)

Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ fil-livell tal-marġini aktar baxxi tad-dumping u tad-dannu, skont ir-regola ta’ dazju anqas.

(125)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping ġew stabbiliti permezz ta’ tqabbil tal-marġini ta’ tneħħija tad-dannu u l-marġini tad-dumping. Konsegwentament, ir-rati tad-dazju anti-dumping proposti għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Il-marġni tad-dumping

Il-marġni tad-dannu

Id-dazju provviżorju

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd

23,0  %

12,6  %

12,6  %

Metal Group Co. Ltd.

70,8  %

56,2  %

56,2  %

Kumpaniji oħra li kkoperaw

32,5  %

21,2  %

21,2  %

Marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu

76,6  %

61,4  %

61,4  %

(126)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet tal-investigazzoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (bil-maqlub tad-dazju komuni għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(127)

Kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (4) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u dak milll-esportazzjonijiet li jkun assoċjat, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

I.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(128)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li identifikaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fin-notifika ta’ bidu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-fini ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping provviżorju qiegħed b'dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju u l-elementi jew il-partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM, ex 7615 10 10, ex 7615 10 90, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (il-kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615109010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd

12,6

B272

Metal Group Co. Ltd.

56,2

B273

Jinyun Shengda Industry Co., Ltd..

21,2

B274

Ningbo Ephriam Radiator Equipment Co.,Ltd

21,2

B275

Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd

21,2

B276

Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co. Ltd.

21,2

B277

Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd.

21,2

B278

Sira (Tianjin) Aluminium Products Co., Ltd

21,2

B279

Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co., Ltd.

21,2

B280

Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd

21,2

B281

Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd.

21,2

B282

Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co.,Ltd

21,2

B283

Zhejiang Botai Tools Co., Ltd

21,2

B284

Zhejiang East Industry Co., Ltd

21,2

B285

Zhejiang Guangying Machinery Co.,Ltd

21,2

B286

Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd.

21,2

B287

Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd.

21,2

B288

Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd

21,2

B289

Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd.

21,2

B290

Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd

21,2

B291

Il-kumpaniji l-oħra kollha

61,4

B999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-provvista ta’ titolu ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju doganali.

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u tal-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie addottat dan ir-Regolament, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għal smigħ mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 236, 12.8.2011, p. 18.

(3)  B'mod ġenerali, ir-radjatur tal-aluminju huwa ppreżentat f'firxa ta’ elementi identiċi u li jistgħu jiġu armati. L-elementi jistgħu jiġu armati b'mod vertikali jew orizzontali biex jiffurmaw radjatur prevalentament orizzontali jew radjatur prevalentament vertikali.

(4)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, 1049 Brussell, il-Belġju.


Top