Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1349

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1349/2011 tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli

ĠU L 338, 21.12.2011, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1237

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1349/oj

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1349/2011

tal-20 ta’ Diċembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 134 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 biex timmaniġġja l-importazzjonijiet, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tiddetermina l-prodotti li għalihom l-importazzjoni tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja Hija u tivvaluta l-ħtieġa ta’ sistema tal-liċenzji, il-Kummissjoni tqis l-istrumenti xierqa għall-ġestjoni tas-swieq u b’mod partikulari għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (2) fl-Artikolu 1 (2)(a)(i) tiegħu flimkien mal-Anness II, il-Parti I, il-Punt I tiegħu jipprovdi għall-obbligu ta’ liċenzja għall-importazzjoni tal-“banana, impurtata friska skont ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni” li taqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 0803 00 19.

(3)

Preżentament, il-monitoraġġ effettiv tal-importazzjoni jista’ jsir permezz ta’ mezzi oħra. Fl-interess tas-simplifikazzjoni u għall-fini biex jittaffa l-piż amministrattiv għall-Istati Membri u l-operaturi, għandu jitneħħa r-rekwiżit ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-banana. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità fir-rigward tal-banana li tkun tqiegħdet f’ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni (3) jillimita l-validità tal-liċenzji għas-sena tal-ħruġ. Għaldaqstant huwa xieraq li jitħeħħa l-obbligu biex jinkisbu liċenzji tal-importazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu b’hekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008, jitħassar il-Punt I “Banana (il-Parti XI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3.


Top