This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0310
Commission Regulation (EU) No 310/2011 of 28 March 2011 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for aldicarb, bromopropylate, chlorfenvinphos, endosulfan, EPTC, ethion, fenthion, fomesafen, methabenzthiazuron, methidathion, simazine, tetradifon and triforine in or on certain products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 310/2011 tat- 28 ta' Marzu 2011 li jemenda l-Annessi II u III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu ta' aldikarb, bromopropilat, klorfenvinfos, endosulfan, EPTC, etjon, fentjon, fomesafen, metabenztjażuron, metidatjon, simażina, tetradifon u triforina f’ċerti prodotti jew fuqhom Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 310/2011 tat- 28 ta' Marzu 2011 li jemenda l-Annessi II u III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu ta' aldikarb, bromopropilat, klorfenvinfos, endosulfan, EPTC, etjon, fentjon, fomesafen, metabenztjażuron, metidatjon, simażina, tetradifon u triforina f’ċerti prodotti jew fuqhom Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 86, 1.4.2011, p. 1–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
1.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 310/2011
tat-28 ta' Marzu 2011
li jemenda l-Annessi II u III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu ta' aldikarb, bromopropilat, klorfenvinfos, endosulfan, EPTC, etjon, fentjon, fomesafen, metabenztjażuron, metidatjon, simażina, tetradifon u triforina f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-aldikarb, il-bromopropilat, il-klorfenvinfos, l-endosulfan, l-EPTC, l-etjon, il-fentjon, il-metidatjon, is-simażina u t-triforina l-livelli massimi ta' residwi (MRLs) huma stipulati fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-fomesafen, il-metabenztjażuron u t-tetradifon l-MRLs kienu stipulati fil-Parti A tal-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
In-noninklużjoni tal-aldikarb fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) hija stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/199/KE (3) u ċerti Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jagħtu perjodu ta' konċessjoni li jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. In-noninklużjoni tal-bromopropilat, il-klorfenvinfos, l-EPTC, l-etjon, il-fomesafen, it-tetradifon u t-triforina hija stipulata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002/KE (4) u ċerti Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jagħtu perjodu ta' konċessjoni li jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. In-noninklużjoni tal-endosulfan fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE hija stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE (5) u ċerti Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jagħtu perjodu ta' konċessjoni li jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. In-noninklużjoni tal-fentjon fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE hija stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/140/KE (6) u ċerti Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jagħtu perjodu ta' konċessjoni li jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. In-noninklużjoni tal-metabenztjażuron fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE hija stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/302/KE (7) u ċerti Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jagħtu perjodu ta' konċessjoni li jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009. In-noninklużjoni tal-metidatjon fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE hija stipulata fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/129/KE (8) u ċerti Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jagħtu perjodu ta' konċessjoni li jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. In-noninklużjoni tas-simażina fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE hija stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/247/KE (9) u ċerti Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jagħtu perjodu ta' konċessjoni li jiskadi mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. |
(3) |
Billi l-perjodi ta' konċessjoni skadew, huwa xieraq li l-MRLs ta' dawk is-sustanzi jitbaxxew għal-livell rilevanti ta' determinazzjoni analitika (LOD). Dan ma għandux japplika għal CXLs ibbażati fuq l-użu f'pajjiżi terzi, sakemm dawk is-CXLs ikunu aċċettabbli fir-rigward tas-sigurtà tal-konsumatur. Ma għandux japplika wkoll f'każijiet fejn l-MRLs ikunu ġew stabbiliti speċifikament bħala tolleranzi tal-importazzjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, biex tagħti opinjoni dwar is-CXLs ibbażati fuq l-użu fil-pajjiżi terzi għall-bromopropilat, il-metidatjon u t-triforina, filwaqt li teżamina b'mod partikulari r-riskji għall-konsumatur, u fejn rilevanti, għall-annimali. L-Awtorità tat opinjonijiet motivati dwar dawk is-sustanzi u bagħtithom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tal-31 ta' Mejju 2010 (10) rigward il-bromopropilat l-Awtorità kkonkludiet li s-CXLs eżistenti għall-frott taċ-ċitru, il-frott taż-żerriegħa u l-għeneb ma jistgħux jitqiesu bħala aċċettabbli fir-rigward tal-esponiment tal-konsumatur. Għalhekk l-MRLs attwali għal dawn l-għelejjel għandhom jitbaxxew għal-LOD rilevanti. |
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tal-31 ta' Mejju 2010 (11) rigward il-metidatjon, l-Awtorità kkonkludiet li d-dejta disponibbli ma tappoġġjax l-MRLs eżistenti fir-rigward tal-frott taċ-ċitru, iċ-ċiras, il-ħawħ, l-għanbaqar, iż-żebbuġ, il-basal, it-tadam, il-ħjar, il-kaboċċi tar-ras, il-piżelli nexfin, iż-żerriegħa tar-rapa. iż-żerriegħa tal-ġirasol, il-qamħirrum, it-te, il-frott taż-żerriegħa u l-ananas. Fir-rigward tal-frott taż-żerriegħa u l-ananas, madankollu, l-Awtorità pproponiet MRLs ġodda bbażati fuq id-dejta disponibbli. Fir-rigward tal-piżelli bil-miżwed u l-ħops, l-Awtorità kkonkludiet li l-MRLs eżistenti ma għadhomx jintużaw u ma għadhomx meħtieġa għall-kummerċ internazzjonali. Għalhekk l-MRLs eżistenti għal dawn l-għelejjel kollha għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(7) |
Fl-opinjoni tagħha tal-31 ta' Mejju 2010 (12) rigward it-triforina l-Awtorità kkonkludiet li d-dejta disponibbli ma tappoġġjax l-MRLs eżistenti għall-frott taż-żerriegħa, il-frott bl-għadma, il-passolina, ir-ribes, il-pjanti tal-familja Cucurbitaceae (bil-qoxra tittiekel), ix-xgħir, il-ħafur, is-segala, il-qamħ u l-ħops. Għalhekk l-MRLs eżistenti għal dawn l-għelejjel għandhom jitbaxxew għal-LOD rilevanti. |
(8) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi, rigward il-ħtieġa li ċerti LODs jiġu adattati. Fir-rigward tal-bromopropilat, l-EPTC, il-fentjon, il-metabenztjażuron, is-simażina, it-tetradifon u t-triforina, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jippermetti t-twaqqif ta' LODs iktar baxxi. Barra minn hekk, dawk il-laboratorji taw parir li jiżdied l-LOD għall-aldikarb fil-lewż tas-siġar u l-ħxejjex bil-basla, għall-klorfenvinfos fil-lewż tas-siġar, fil-ħxejjex bil-basla, fiż-żrieragħ taż-żejt u l-frott taż-żejt, għall-endosulfan fil-ħxejjex bil-basla, għall-etjon fil-lewż tas-siġar, il-ħxejjex bil-basla, it-te, il-kafè, l-infużjonijiet erbali u l-kakaw, il-ħops u l-ħwawar, għall-fentjon fil-lewż tas-siġar u l-ħxejjex bil-basla, għall-fomesafen fil-lewż tas-siġar, il-ħxejjex bil-basla, iż-żrieragħ taż-żejt u l-frott taż-żejt, it-te, il-kafè, l-infużjonijiet erbali u l-kakaw, il-ħops u l-ħwawar u għall-metidatjon fil-ħxejjex bil-basla, iż-żrieragħ taż-żejt u l-frott taż-żejt. |
(9) |
Skont l-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u l-parir tekniku ta' dawk il-laboratorji u b'kunsiderazzjoni għall-fatturi rilevanti għas-suġġett inkwistjoni, il-modifikazzjonijiet xierqa għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
L-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati. |
(11) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma l-MRLs modifikati jsiru applikabbli biex il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw żmien biex iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
(12) |
Għalhekk, l-Annessi II u III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(13) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, ir-Regolament jipprovdi arranġament tranżizzjonali għal prodotti li jkunu ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom il-mudell tal-Awtorità għall-valutazzjoni tar-riskju akut u kroniku juri li ġie ppreservat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fir-rigward tas-sustanzi attivi u l-prodotti elenkati fil-lista li ġejja, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament, għandu jibqa’ japplika għal prodotti manifatturati legalment qabel il-21 ta' Ottubru 2011.
(a) aldikarb: ċereali;
(b) bromopropilat: sfarġli, ġeli, inbid, żbib, ġjus tat-tadam, tadam ippreservat, fażola, infużjonijiet erbali (fjuri);
(c) klorfenvinfos: faqqiegħ ikkoltivat;
(d) endosulfan: tadam ippreservat, inbid, żbib, ġjus tal-lanġas, ġjus tat-tadam, ġjus tal-għeneb, infużjonijiet erbali (fjuri, weraq, għeruq);
(e) EPTC: biċċiet irqaq tal-patata, patata moqlija, qamħirrum, żerriegħa tal-ġirasol, legumi;
(f) etjon: ġjus tal-ażarol, ġjus taċ-ċerimoja u ġjus tal-gwava, għads, rimi tal-pjanta tal-bambù, ħwawar imnixxfa (salvja, rosmarin, sagħtar, ħabaq, weraq tar-rand u stragun);
(g) fentjon: żejt taż-żebbuġa;
(h) fomesafen: fażola u piżelli (bil-miżwed u mingħajru, żrieragħ tal-ħaxix imnixxfa), fażola tas-sojja;
(i) metabenztjażuron: il-ħxejjex kollha;
(j) metidatjon: il-frott u l-ħaxix kollu barra l-frott taċ-ċitru; piżelli mnixxfa, qamħirrum, sorgu, żerriegħa tal-ġirasol u żerriegħa tar-rapa;
(k) simażina: il-frott u l-ħxejjex kollha, iż-żrieragħ tal-ħaxix imnixxfa, iż-żrieragħ taż-żejt u l-frott taż-żejt, iċ-ċereali;
(l) tetradifon: inbid, żbib, żerriegħa tal-ħaxix imnixxfa;
(m) triforina: il-frott u l-ħxejjex kollha barra l-frott taż-żerriegħa;
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta' Ottubru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 76, 22.3.2003, p. 21.
(4) ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3.
(5) ĠU L 317, 3.12.2005, p. 25.
(6) ĠU L 46, 17.2.2004, p. 32.
(7) ĠU L 112, 26.4.2006, p. 15.
(8) ĠU L 37, 10.2.2004, p. 27.
(9) ĠU L 78, 16.3.2004, p. 50.
(10) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Valutazzjoni tas-sigurtà tal-konsumatur ta' ċerti MRLs tal-UE stabbiliti għall-bromopropilat. EFSA Journal 2010; 8(6):1640. [26 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1640.
(11) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Valutazzjoni tas-sigurtà tal-konsumatur tal-MRLs tal-UE stabbiliti għall-metidatjon. EFSA Journal 2010; 8(6):1639. [49 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1639.
(12) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Valutazzjoni tal-limiti massimi ta' residwi għat-triforina stabbiliti mill-Kummissjoni Codex Alimentarius. EFSA Journal 2010; 8(6):1638. [22 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1638.
ANNESS
L-Annessi II u III mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonni għall-aldikarb, il-bromopropilat, il-klorfenvinfos, l-endosulfan, l-EPTC, l-etjon, il-fentjon, il-metidatjon, is-simażina u t-triforina jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għall-fomesafen, il-metabenztjażuron u t-tetradifon għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(3) |
Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonni għall-aldikarb, il-bromopropilat, il-klorfenvinfos, l-endosulfan, l-EPTC, l-etjon, il-fentjon, il-metidatjon, is-simażina u t-triforina għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)
|
(1) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(**) Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.
(F) = Soluble tax-xaħam”
(2) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(***) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika”
(3) Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li l-MRLs japplikaw għalihom, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(****) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(F) = Soluble tax-xaħam”