Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0183

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2011 tat- 22 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ( “Direttiva Kwadru” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 53, 26.2.2011, p. 4–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32018R0858

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/183/oj

    26.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 53/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 183/2011

    tat-22 ta’ Frar 2011

    li jemenda l-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. B’mod partikolari tinkludi lista tal-atti regolatorji kollha li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi li l-vetturi jridu jissodisfaw sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura. Hija tinkludi wkoll il-mudelli differenti taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip.

    (2)

    Minħabba l-effetti tal-globalizzazzjoni fuq is-settur awtomobilistiku, id-domanda għal vetturi mibnija barra mill-Unjoni qiegħda tikber b’mod sinifikanti. L-Istati Membri stabbilixxew proċeduri amministrattivi u rekwiżiti tekniċi skont il-liġi nazzjonali għall-approvazzjoni ta’ vetturi importati minn pajjiżi terzi. Minħabba li l-proċeduri u r-rekwiżiti jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, din is-sitwazzjoni toħloq distorsjoni fil-funzjonament tas-suq intern. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti miżuri armonizzati xierqa.

    (3)

    Bħala l-ewwel pass fir-rigward ta’ vetturi prodotti f’serje kbar fi, jew għal, pajjiżi terzi għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet amministrattivi u tekniċi armonizzati rigward l-approvazzjonijiet individwali.

    (4)

    L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/46/KE jippermetti lill-Istati Membri li jirrinunzjaw għal ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva kif ukoll tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva għall-finijiet tal-approvazzjoni ta’ vetturi individwali. Madankollu, il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi li rinunzji tekniċi u amministrattivi simili japplikaw fl-Unjoni kollha. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jkun stabbilit liema dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jistgħu jiġu rinunzjati.

    (5)

    L-Artikolu 24 jippermetti lill-Istati Membri li jimponu rekwiżiti alternattivi għal-liġi Ewropea li għandhom l-għan li jiżguraw livell ta’ sikurezza stradali u protezzjoni ambjentali li huwa ekwivalenti sa fejn huwa prattikabbli għal-livell stabbilit fl-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2007/46/KE. Jekk wieħed jassumi li l-vetturi prodotti f’serje għall-pajjiżi terzi bil-għan li jintużaw fis-swieq domestiċi jinbnew b’konformità mal-leġiżlazzjoni teknika fis-seħħ fil-pajjiżi rispettivi tal-oriġini jew tad-destinazzjoni, huwa xieraq li jitqiesu tali rekwiżiti flimkien max-xogħol li għad irid jitlesta fil-“Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29)” taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra. L-informazzjoni xierqa u l-kompetenza esperta meħtieġa huma disponibbli biex jintwera li dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiżguraw livell ta’ sikurezza stradali u protezzjoni ambjentali li jkunu għallinqas ekwivalenti għal-livell ta’ sikurezza stradali u protezzjoni ambjentali meħtieġa fl-Unjoni. Għaldaqstant jixraq li jkunu kkunsidrati ekwivalenti għadd ta’ rekwiżiti fis-seħħ f’pajjiżi terzi għall-fini ta’ approvazzjoni individwali.

    (6)

    Il-mudelli taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni huma deskritti fl-Anness VI tad-Direttiva 2007/46/KE. Madankollu huma jikkonċernaw l-approvazzjonijiet mogħtija għal tip ta’ vettura u mhux l-approvazzjonijiet mogħtija għal vetturi individwali. Biex jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku ta’ dawk l-approvazzjonijiet individwali mogħtija skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva, huwa xieraq li jiġi pprovdut il-mudell li għandu jintuża għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali.

    (7)

    L-Istati Membri għandhom skemi nazzjonali ta’ approvazzjoni individwali stabbiliti fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għal vetturi prodotti f’serje kbar u li huma oriġinarjament maħsuba għar-reġistrazzjoni f’pajjiżi terzi. Dawk l-iskemi ta’ approvazzjoni jistgħu jkomplu japplikaw. Skont l-Artikolu 24(6) tad-Direttiva 2007/46/KE, il-validità tagħhom hija ristretta għat-territorju tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni u Stati Membri oħra jistgħu jirrifjutaw tali approvazzjonijiet.

    (8)

    Huwa xieraq għall-finijiet li jkun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-sistema tal-approvazzjoni li jkunu aġġornati l-annessi tad-Direttiva 2007/46/KE biex ikunu stabbiliti r-rekwiżiti tekniċi għall-vetturi li se jkunu approvati skont il-proċedura ta’ approvazzjoni individwali.

    (9)

    Għaldaqstant l-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/46/KE dwar approvazzjonijiet individwali, b’mod partikolari l-possibbiltà għall-Istati Membri li jagħtu approvazzjonijiet individwali kemm-il darba jimponu rekwiżiti alternattivi.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2012

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


    ANNESS

    1.

    L-Anness IV, Parti I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu “Appendiċi” huwa sostitwit bit-titolu “Appendiċi 1”;

    (b)

    tiżdied l-Appendiċi 2 li ġejja:

    ‘Appendiċi 2

    Ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 24 ta’ vetturi sħaħ li jidħlu fil-kategoriji M1 u N1, prodotti f’serje kbar fi jew għal pajjiżi terzi

    0.   GĦAN

    Vettura titqies ġdida jekk:

    (a)

    ma kienet qatt ġiet irreġistrata qabel jew

    (b)

    tkun ilha rreġistrata inqas minn sitt xhur fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni individwali.

    Vettura titqies li hi rreġistrata meta tkun kisbet awtorizzazzjoni amministrattiva permanenti, temporanja jew għal medda qasira ta’ żmien għad-dħul fis-servizz fit-traffiku tat-triq, li tinvolvi l-identifikazzjoni tagħha jew il-ħruġ ta’ numru tar-reġistrazzjoni (1).

    1.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

    1.1.   Kategorizzazzjoni tal-vettura

    Il-vetturi għandhom ikunu kkategorizzati skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness II.

    Għal dawn il-finijiet:

    (a)

    in-numru attwali tal-postijiet bilqiegħda għandu jitqies u

    (b)

    il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli għandha tkun il-massa massima ddikjarata mill-manifattur fil-pajjiż tal-oriġini u disponibbli fid-dokumentazzjoni uffiċjali tiegħu.

    Fejn mhuwiex possibbli li l-kategorija tal-vettura tkun iddeterminata faċilment minħabba d-disinn tal-karrozzerija, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

    1.2   Applikazzjoni għal approvazzjoni individwali

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni akkumpanjata mid-dokumentazzjoni kollha rilevanti meħtieġa għat-tħaddim tal-proċess ta’ approvazzjoni.

    Fejn id-dokumentazzjoni sottomessa tkun inkompleta, qarrieqa jew falsifikata, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi rifjutata.

    (b)

    Applikazzjoni waħda biss tista’ tiġi sottomessa għal vettura partikolari fi Stat Membru wieħed biss.

    B’vettura partikolari, wieħed għandu jifhem vettura fiżika, li n-numru tal-identifikazzjoni ta’ vettura tagħha huwa identifikat b’mod ċar.

    Għall-applikazzjoni ta’ dan il-punt, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ tirrikjedi li l-applikant jikkommetti ruħu bil-miktub li huwa se jissottometti applikazzjoni waħda biss fi Stat Membru wieħed.

    Madankollu, kwalunkwe applikant jista’ japplika għal approvazzjoni individwali fi Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ vettura li għandha karatteristiċi tekniċi identiċi jew simili għal dik li ngħatat approvazzjoni individwali.

    (c)

    Il-mudell tal-formola tal-applikazzjoni u t-tifsila tal-fajl għandhom ikunu stabbiliti mill-awtorità tal-approvazzjoni.

    Id-dettalji għandhom jikkonsistu biss f’għażla xierqa tal-informazzjoni inkluża fl-Anness I.

    (d)

    Ir-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu sodisfatti huma dawk stabbiliti fit-Taqsima 4 ta’ din l-Appendiċi.

    Dawn għandhom ikunu dawk applikabbli għal vetturi ġodda li jappartjenu għal tip ta’ vettura li attwalment qed ikun prodott, fir-rigward tad-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

    (e)

    Fir-rigward ta’ ċerti testijiet meħtieġa f’xi atti regolatorji elenkati f’dan l-Anness, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-istandards jew ir-regolamenti internazzjonali rikonoxxuti.

    Id-dikjarazzjoni msemmija tista’ tinħareġ biss mill-manifattur tal-vettura.

    ‘Dikjarazzjoni ta’ konformità’ għandha tfisser dikjarazzjoni maħruġa mill-uffiċċju jew mid-dipartiment fl-organizzazzjoni tal-manifattur li huwa awtorizzat mill-maniġment biex jorbot b’mod sħiħ lill-manifattur bir-responsabbiltà legali fir-rigward tad-disinn u l-bini ta’ vettura.

    L-atti regolatorji li għalihom tali dikjarazzjoni trid tingħata għandhom ikunu dawk imsemmija fit-Taqsima 4 ta’ din l-Appendiċi.

    Meta dikjarazzjoni toħloq inċertezza, l-applikant jista’ jkun meħtieġ jikseb prova konklużiva mingħand il-manifattur, inkluż rapport ta’ test, sabiex jikkorrobora d-dikjarazzjoni tal-manifattur.

    1.3.   Servizzi tekniċi fdati bl-approvazzjonijiet individwali

    (a)

    Is-servizzi tekniċi fdati bl-approvazzjonijiet individwali għandhom ikunu tal-kategorija A kif imsemmi fl-Artikolu 41(3).

    (b)

    B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(4), is-servizzi tekniċi għandhom jissodisfaw l-istandards li ġejjin:

    (i)

    EN ISO/IEC 17025: 2005 meta jwettqu t-testijiet huma stess;

    (ii)

    EN ISO/IEC 17020: 2004 meta huma jikkontrollaw il-konformità tal-vettura mar-rekwiżiti inklużi f’din l-Appendiċi.

    (c)

    Meta testijiet speċifiċi li jirrikjedu ħiliet speċifiċi jkunu jridu jitwettqu fuq talba tal-applikant, huma għandhom jitwettqu minn wieħed mis-servizzi tekniċi nnotifikati lill-Kummissjoni magħżul mill-applikant.

    Pereżempju, meta test ta’ impatt frontali jkun irid jitwettaq bi ftehim mal-applikant fi Stat Membru ‘A’, it-test jista’ jitwettaq minn servizz tekniku nnotifikat fi Stat Membru ‘B’.

    1.4.   Rapporti ta’ testijiet

    (a)

    Ir-rapporti tat-testijiet għandhom ikunu abbozzati b’konformità mat-Taqsima 5.10.2 tal-Istandard EN ISO/IEC 17025: 2005.

    (b)

    Huma għandhom ikunu abbozzati f’waħda mil-lingwi tal-Unjoni stabbilita mill-awtorità tal-approvazzjoni.

    Meta fl-applikazzjoni tal-punt 1.3(c) rapport ta’ test ikun ġie stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak fdat bl-approvazzjoni individwali, l-awtorità tal-approvazzjoni tista’ teħtieġ li l-applikant jissottometti traduzzjoni vera tar-rapport tat-test.

    (c)

    Għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-vettura ttestjata inkluża l-identifikazzjoni mingħajr ambigwità. Il-partijiet li jwettqu rwol sinifikanti fir-rigward tar-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu deskritti u n-numru tal-identifikazzjoni tagħhom għandu jiġi rrapportat.

    Eżempji tal-partijiet jinkludu s-silencers għall-kejl tal-istorbju u s-sistema ta’ ġestjoni tal-magna (ECU) għall-kejl tal-emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku.

    (d)

    Fuq talba tal-applikant, rapport ta’ test ipprovdut għal sistema relatata ma’ vettura partikolari jista’ jiġi ppreżentat ripetutament mill-istess applikant jew minn applikant ieħor għall-finijiet ta’ approvazjoni individwali ta’ vettura oħra.

    F’dan il-każ, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li l-karatteristiċi tekniċi tal-vettura jiġu spezzjonati bix-xieraq wara r-rapport tat-test.

    L-ispezzjoni tal-vettura u d-dokumentazzjoni li takkumpanja r-rapport tat-test għandha twassal għall-konklużjoni li l-vettura li għaliha tintalab approvazzjoni individwali għandha l-istess karatteristiċi bħall-vettura deskritta fir-rapport.

    (e)

    Jistgħu jiġu sottomessi biss kopji awtentikati ta’ rapport ta’ test.

    (f)

    Ir-rapporti tat-testijiet imsemmija fil-punt 1.4(d) ma jinkludux ir-rapporti magħmula biex il-vettura tingħata l-approvazzjoni individwali.

    1.5.   Hija parti mill-proċess ta’ approvazzjoni individwali li kull vettura ssirilha spezzjoni fiżika individwali mis-servizz tekniku.

    Ma hija permessal-ebda eżenzjoni minn dan il-prinċipju.

    1.6.   Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun aċċertat li l-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi speċifikati f’din l-Appendiċi u hija konformi mad-deskrizzjoni inkluża fl-applikazzjoni hija għandha tagħti l-approvazzjoni skont l-Artikolu 24.

    1.7.   Iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni għandu jitfassal skont il-Mudell D kif stabbilit fl-Anness VI.

    1.8.   L-awtorità tal-approvazzjoni għandha żżomm rekord tal-approvazzjonijiet kollha mogħtija skont l-Artikolu 24.

    2.   EŻENZJONIJIET

    2.1.   Minħabba n-natura speċifika tal-proċedura individwali, l-Artikoli li ġejjin ta’ din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet rispettivi fl-annessi rilevanti, għandhom jiġu rinunzjati:

    (a)

    L-Artikolu 12 relatat mal-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni;

    (b)

    L-Artikoli 8, 9, 13, 14 u 18 relatati mal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura.

    2.2.   Identifikazzjoni tat-tip ta’ vettura

    (a)

    Sa fejn hu possibbli, it-tip, il-varjant u l-verżjoni li tingħata fil-pajjiż tal-oriġini tagħha għandhom jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni.

    (b)

    Fejn mhuwiex possibbli li jkunu identifikati t-tip, il-varjant u l-verżjoni minħabba n-nuqqas ta’ dejta xierqa, jista’ jissemma l-isem kummerċjali tas-soltu tal-vettura.

    3.   REVIŻJONI TAR-REKWIŻITI TEKNIĊI

    Il-lista tar-rekwiżiti tekniċi inkluża fit-Taqsima 4 sejra tiġi riveduta regolarment biex jitqiesu r-riżultati tax-xogħol ta’ armonizzazzjoni li għad irid jitlesta fil-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (‘WP.29’) f’Ġinevra u l-iżviluppi leġiżlattivi fil-pajjiżi terzi.

    4.   IR-REKWIŻITI TEKNIĊI

    Noti ta’ spjegazzjoni relatati mal-Appendiċi 2

    1.

    Abbrevjazzjonijiet użati f’din l-Appendiċi:

    ‘OEM’: tagħmir oriġinali pprovdut mill-manifattur

    ‘FMVSS’: L-Istandard Federali tas-Sikurezza tal-Vetturi bil-Mutur tad-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti

    ‘JSRRV’: Regolamenti tas-Sikurezza tal-Ġappun għall-Vetturi tat-Triq

    ‘SAE’: Society of Automotive Engineers

    ‘CISPR’: Comité international spécial des perturbations radioélectriques.

    2.

    Rimarki

    (a)

    L-installazzjoni LPG jew CNG kompleta għandha tkun ikkontrollata abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti UNECE Nru 67 jew 110 jew 115 kif ikun jixraq.

    (b)

    Il-formula li għandha tintuża għall-evalwazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għandha tkun kif ġej:

     

    Magna petrol u gerboks manwali:

    CO2 = 0,047 m + 0,561 p + 56,621

     

    Magna petrol u gerboks awtomatika:

    CO2 = 0,102 m + 0,328 p + 9,481

     

    Magna petrol u ibrida elettrika:

    CO2 = 0,116 m – 57,147

     

    Magna dijżil u gerboks manwali:

    CO2 = 0,108 m – 11,371

     

    Magna dijżil u gerboks awtomatika:

    CO2 = 0,116 m – 6,432

    Fejn: CO2 hija l-massa kkombinata tal-emissjonijiet tad-CO2 f’g/km, ‘m’ hija l-massa tal-vettura lesta għas-sewqan f’kg u ‘p’ hija l-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna f’kW.

    Il-massa kkombinata tad-CO2 għandha tkun ikkalkulata b’post deċimali wieħed, imbagħad irranġata għad-dritt sal-eqreb numru sħiħ kif ġej:

    (a)

    jekk iċ-ċifra li ssegwi l-punt deċimali hija taħt il-5, it-total jiġi rranġat għad-dritt sal-eqreb numru sħiħ ‘l isfel;

    (b)

    jekk iċ-ċifra li ssegwi l-punt deċimali hija ekwivalenti għal 5 jew ‘il fuq minn 5, it-total jiġi rranġat għad-dritt sal-eqreb numru sħiħ ‘il fuq.

    (c)

    Il-formula li għandha tintuża għall-evalwazzjoni tal-konsum tal-fjuwil għandha tkun kif ġej:

    CFC = CO2 x k-1

    Fejn: CFC huwa l-konsum ikkombinat tal-fjuwil f’l/100 km, CO2 hija l-massa kkombinata tal-emissjonijiet tad-CO2 f’g/km wara li tkun ġiet irranġata għad-dritt sal-eqreb numru sħiħ skont ir-regola msemmija f’Rimarka (2 b), ‘k’ huwa koeffiċjent ekwivalenti għal:

     

    23,81 fil-każ ta’ magna petrol;

     

    26,49 fil-każ ta’ magna dijżil.

    Il-konsum ikkombinat tal-fjuwil għandu jkun ikkalkulat b’żewġ postijiet deċimali. Imbagħad irranġat għad-dritt sal-eqreb numru sħiħ kif ġej:

    (a)

    jekk il-figura li ssegwi l-ewwel deċimali hija taħt il-5, it-total jiġi rranġat għad-dritt sal-eqreb numru sħiħ ‘l isfel;

    (b)

    jekk il-figura li ssegwi l-ewwel deċimali hija ekwivalenti għal 5 jew ‘il fuq minn 5, it-total jiġi rranġat għad-dritt sal-eqreb numru sħiħ ‘il fuq.

    (d)

    Id-Direttiva 74/297/KEE tapplika għal vetturi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva 96/79/KE.

    (e)

    Il-konformità mad-Direttiva 96/79/KE teżenta l-vetturi mill-konformità mad-Direttiva 74/297/KEE.

    (f)

    Id-Direttiva 74/297/KEE tapplika għal vetturi N1 b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx 1,5 tunnellati metriċi.

    Part I:   Vetturi li jappartjenu għall-kategorija M1

    Oġġett

    Referenza tal-att regolatorju

    Rekwiżiti alternattivi

    1

    Direttiva 70/157/KEE

    (Livell tal-ħoss permissibbli)

    Test drive-by

    (a)

    Għandu jitwettaq test skont il-‘Metodu A’ imsemmi fl-Anness 3 tar-Regolament UNECE Nru 51.

    Il-limiti huma dawk speċifikati fit-Taqsima 2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 70/157/KEE. Għandu jkun permess deċibel wieħed iżjed mil-limiti permessi.

    (b)

    It-trekk tat-test għandu jikkonforma mal-Anness 8 tar-Regolament UNECE Nru 51. Trekk tat-test li jkollu speċifikazzjonijiet differenti jista’ jintuża bil-kundizzjoni li t-testijiet tal-korrelazzjoni jitwettqu mis-servizz tekniku. Għandu jkun applikat fattur ta’ korrezzjoni jekk ikun meħtieġ.

    (c)

    Is-sistemi tal-egżost li fihom materjali fibrużi ma hemmx għalfejn ikunu kkundizzjonati kif preskritt fl-Anness 5 tar-Regolament UNECE Nru 51.

    Test stazzjonarju

    Għandu jitwettaq test b'konformità mat-Taqsima 3.2 tal-Anness 3 tar-Regolament UNECE Nru 51.

    2

    Direttiva 70/220/KEE

    (Emissjonijiet)

    Emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku

    (a)

    Għandu jitwettaq test tat-tip I b’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 70/220/KEE bl-użu tal-fatturi tad-deterjorazzjoni msemmija fil-punt 5.3.6.2. Il-limiti li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk speċifikati fil-punt 5.3.1.4 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

    (b)

    Il-vettura ma għandhiex tkun meħtieġa turi 3 000 km kif mitlub fit-Taqsima 3.1.1 tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (c)

    Il-fjuwil li għandu jintuża għat-test għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza kif preskritt fl-Anness IX tad-Direttiva 70/220/KEE.

    (d)

    Id-dinamometru għandu jkun stabbilit b’konformità mar-rekwiżiti tekniċi tat-Taqsima 3.2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (e)

    It-test imsemmi fil-punt (a) ma għandux jitwettaq meta jkun jista’ jintwera li l-vettura hija konformi ma’ wieħed mir-Regolamenti ta’ Kalifornja msemmija fin-nota introduttorja għat-Taqsima 5 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

    Emissjonijiet evaporattivi

    Il-vetturi mgħammra b’magna li tieħu l-petrol irid ikollhom sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi (pereżempju kanister bil-faħam tal-kannol).

    Emissjonijiet tal-Kisi tal-krenk

    Għandha tkun meħtieġa l-preżenza ta’ strument għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-kisi tal-krenk.

    OBD

    Il-vettura għandu jkollha sistema OBD.

    L-interface-OBD għandu jkun kapaċi jikkomunika ma’ strumenti dijanjostiċi komuni użati għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi.

    2a

    Regolament (KE) Nru 715/2007

    (Emissjonijiet Euro 5 u 6 vetturi mhux ta’ strapazz/aċċess għall-informazzjoni)

    Emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku

    (a)

    Għandu jitwettaq test tat-tip I b’konformità mal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-fatturi tad-deterjorazzjoni stabbiliti fil-punt 1.4 fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. Il-limiti li jridu jiġu applikati huma dawk speċifikati fit-Tabella I u t-Tabella II fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

    (b)

    Il-vettura ma għandhiex tkun meħtieġa turi 3 000 km kif imsemmi fit-Taqsima 3.1.1 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 83.

    (c)

    Il-fjuwil li għandu jintuża għat-test għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza kif preskritt fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    (d)

    Id-dinamometru għandu jkun stabbilit b’konformità mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fit-Taqsima 3.2 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 83.

    (e)

    It-test imsemmi fil-punt (a) ma għandux jitwettaq meta jkun jista’ jintwera li l-vettura hija konformi ma’ wieħed mir-Regolamenti ta’ Kalifornja msemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    Emissjonijiet evaporattivi

    Għal magni li jieħdu l-petrol, għandha tkun meħtieġa l-preżenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi (pereżempju kanister bil-faħam tal-kannol).

    Emissjonijiet tal-Kisi tal-krenk

    Għandha tkun meħtieġa l-preżenza ta’ strument għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-kisi tal-krenk.

    OBD

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha sistema OBD.

    (b)

    L-interface-OBD għandu jkun kapaċi jikkomunika ma’ strumenti dijanjostiċi komuni użati għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi.

    Opaċità tad-duħħan

    (a)

    Il-vetturi mgħammra b’magna li tieħu d-dijżil għandhom jiġu ttestjati b’konformità mal-metodi tat-testijiet imsemmija fl-Appendiċi 2 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    (b)

    Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment għandu jitwaħħal fejn jidher u f’post aċċessibbli faċilment.

    L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    (b)

    Il-vettura ma għandhiex tkun meħtieġa turi 3 000 km kif mitlub fit-Taqsima 3.1.1 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 83.

    (c)

    Meta l-vettura tkun konformi mar-Regolamenti ta’ Kalifornja msemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 u għaldaqstant ma jkunx meħtieġ li jitwettaq test tal-emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil bil-formuli stabbiliti fin-noti ta’ spjegazzjoni (b) u (c).

    Aċċess għall-informazzjoni

    Id-dispożizzjonijiet rigward l-aċċess għall-informazzjoni ma għandhomx japplikaw.

    3

    Direttiva 70/221/KEE

    (Tankijiet tal-fjuwil - Tagħmir ta’ protezzjoni fuq wara)

    Tankijiet tal-fjuwil

    (a)

    It-tankijiet tal-fjuwil għandhom ikunu konformi mat-Taqsima 5 tal-Anness I tad-Direttiva 70/221/KEE bl-eċċezzjoni tal-punti 5.1, 5.2 u 5.12. B’mod partikolari huma għandhom jikkonformaw mal-punti 5.9 u 5.9.1 imma ma għandu jitwettaq l-ebda test tat-taqtir.

    (b)

    Tankijiet tal-LPG jew CNG għandhom ikunu approvati skont it-tip b’konformità mas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament UNECE Nru 67 jew ir-Regolament Nru 110 (a), rispettivament.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tankijiet tal-fjuwil magħmula minn materjal tal-plastik

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li t-tank tal-fjuwil ta’ vettura partikolari, [irid ikun speċifikat in-numru VIN tiegħu], huwa konformi ma’ mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    it-Taqsima 6.3 tad-Direttiva 70/221/KEE;

    FMVSS Nru 301 (‘Integrità tas-sistema tal-fjuwil’);

    l-Anness 5 tar-Regolament UNECE 34.

    Tagħmir ta’ protezzjoni fuq wara

    (a)

    Il-parti ta’ wara tal-vettura għandha tkun mibnija skont it-Taqsima 5 tal-Anness II tad-Direttiva 70/221/KEE.

    (b)

    Il-parti ta’ wara tal-vettura għandha tkun mibnija skont it-Taqsima 5 tal-Anness II tad-Direttiva 70/221/KEE.

    4

    Direttiva 70/222/KEE

    (Spazju għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ wara)

    L-ispazju, l-inklinazzjoni, l-angolu għall-viżibilità u l-pożizzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 70/222/KEE.

    5

    Direttiva 70/311/KEE

    (Sforz tekniku tal-istering)

    Sistemi mekkaniċi

    (a)

    Il-mekkaniżmu tal-istering għandu jinbena b’tali mod li jiċċentra ruħu. Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ din id-dispożizzjoni, għandu jitwettaq test b’konformità mal-punti 5.1.2 u 5.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 70/311/KEE.

    (b)

    Ħsara fit-tagħmir tal-power steering ma għandux iwassal għat-telfien komplet tal-kontroll tal-vettura.

    Sistema elettronika kumplessa ta’ kontroll tal-vettura (Tagħmir ‘Drive-by wire’)

    Sistema elettronika kumplessa ta’ kontroll għandha tkun permessa biss jekk tkun konformi mal-Anness 6 tar-Regolament UNECE Nru 79.

    6

    Direttiva 70/387/KEE

    (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

    (a)

    Il-lukketti u ċ-ċpiepet tal-bibien għandhom ikunu konformi mal-punti 3.2.1, 3.3.2 u 3.4.1 tal-Anness I tad-Direttiva 70/387/KEE.

    (b)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.4.1 ma għandhomx japplikaw meta tintwera l-konformità mal-punt 6.1.5.4 tar-Regolament UNECE Nru 11 Rev. 1 Emenda 2.

    7

    Direttiva 70/388/KEE

    (Twissija li tinstema’)

    Komponenti

    It-tagħmir tat-twissija li tinstema’ ma għandux għalfejn ikun approvat skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 70/388/KEE. Madankollu, għandu jsemma’ ħoss kontinwu kif meħtieġ fil-punt 1.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

    L-installazzjoni fuq vettura

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I tad-Direttiva 70/388/KEE.

    (b)

    Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun b’konformità mal-punt 2.1.4 ta’ dak l-Anness.

    8

    Direttiva 2003/97/KE

    (Tagħmir ta’ vista indiretta)

    Komponenti

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara preskritti fit-Taqsima 2 tal-Anness III tad-Direttiva 2003/97/KE.

    (b)

    Mhumiex meħtieġa li jkunu approvati skont it-tip b’konformità ma’ dik id-Direttiva.

    (c)

    Ir-raġġi tal-kurvatura tal-mirja ma għandhomx jikkawżaw distorsjoni sinifikanti tal-immaġni. Huwa fid-diskrezzjoni tas-servizz tekniku li r-raġġi tal-kurvatura tal-mirja jkunu kkontrollati b’konformità mal-metodu deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Ir-raġġi tal-kurvatura ma għandhomx ikunu inqas minn dawk meħtieġa mit-Taqsima 3.4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    L-installazzjoni fuq vettura

    Għandu jitwettaq kejl sabiex ikun żgurat li l-kamp viżiv ikun konformi mat-Taqsima 5 tal-Anness III tad-Direttiva 2003/97/KE jew mat-Taqsima 5 tal-Anness III tad-Direttiva 71/127/KEE.

    9

    Direttiva 71/320/KEE

    (Ibbrejkjar)

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    (a)

    Is-sistema tal-brejkijiet għandha tinbena b’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I tad-Direttiva 71/320/KEE.

    (b)

    Il-vetturi għandu jkollhom sistema elettronika ta’ brejkijiet antilock li taġixxi fuq ir-roti kollha.

    (c)

    Il-prestazzjoni tas-sistema tal-brejkijiet għandha tkun konformi mat-Taqsima 2 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    (d)

    Għal dawn il-finijiet, it-testijiet tat-triq għandhom jitwettqu fuq trekk b’wiċċ b’adeżjoni għolja. It-test fuq il-brejk tal-ipparkjar għandu jitwettaq fuq pendil ta’ 18 % (‘il fuq u ‘l isfel).

    Għandhom jitwettqu biss it-testijiet imsemmija hawn taħt. F’kull każ, il-kundizzjoni tal-vettura għadha tkun mgħobbija b’mod sħiħ.

    (e)

    It-test tat-triq imsemmi fil-punt (c) ta’ hawn fuq ma għandux jitwettaq meta l-applikant jista’ jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura hija konformi mar-Regolament UNECE Nru 13-H inkluż is-suppliment 5 jew mal-FMVSS Nru 135.

    Brejk tas-servizz

    (a)

    Għandu jitwettaq test tat-‘Tip 0’ kif preskritt fil-punti 1.2.2 u 1.2.3 tal-Anness II tad-Direttiva 71/320/KEE.

    (b)

    Barra minn hekk, għandu jitwettaq test tat-‘Tip I’ kif preskritt fil-punt 1.3 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    Brejk tal-ipparkjar

    Għandu jitwettaq test b’konformità mal-punt 2.1.3 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    10

    Direttiva 72/245/KEE

    (Interferenza tal-frekwenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika))

    Komponenti

    (a)

    Is-subassemblaġġi tal-elettriku/elettroniċi mhumiex meħtieġa li jkunu approvati skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 72/245/KEE.

    (b)

    Madankollu, tagħmir tal-elettriku/elettroniku, li ma kienx parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, u li jkun ser jitwaħħal għandu jkun konformi ma’ dik id-Direttiva.

    Emissjoni ta’ radjazzjonijiet elettromanjetiċi

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura hija konformi mad-Direttiva 72/245/KEE jew mal-istandards alternattivi li ġejjin:

    Radjazzjoni elettromanjetika broadband: CISPR 12 jew SAE J551-2;

    Radjazzjoni elettromanjetika narrowband: CISPR 12 (off-board) jew 25 (in-board) jew SAE J551-4 u SAE J1113-41.

    Testijiet tal-immunità

    It-test tal-immunità ma għandux jiġi applikat.

    11

    Direttiva 72/306/KEE

    (Duħħan tad-dijżil)

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mal-metodi deskritti fl-Anness III u IV tad-Direttiva 72/306/KEE.

    Il-valuri tal-limiti applikabbli huma dawk imsemmija fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

    (b)

    Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Anness I tad-Direttiva 72/306/KEE għandu jitwaħħal fejn jidher u f’post aċċessibbli faċilment.

    12

    Direttiva 74/60/KEE

    (Fitings interni)

    Arranġament intern

    (a)

    Fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-assorbiment tal-enerġija, il-vettura għandha titqies li hija konformi mad-Direttiva 74/60/KEE jekk ikollha mill-inqas żewġ airbags ta’ quddiem, waħda mdaħħla fl-istering u l-oħra fid-dashboard.

    (b)

    Meta vettura jkollha airbag ta’ quddiem waħda biss imdaħħla fl-istering, id-dashboard għandu jkun magħmul minn materjali li jassorbu l-enerġija.

    (c)

    Is-servizz tekniku għandu jikkontrolla li ma jkunx hemm xfar jaqtgħu fiż-żoni definiti fit-Taqsimiet 5.1 sa 5.7 tal-Anness I tad-Direttiva 74/60/KEE.

    Kontrolli tal-elettriku

    (a)

    Twieqi li jaħdmu bl-elettriku, sistemi tal-panils tas-soqfa u sistemi diviżorji għandhom jiġu ttestjati skont it-Taqsima 5.8 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

    Is-sensittività tas-sistemi tal-awtorivers imsemmija fil-punt 5.8.3 ta’ dak l-Anness tista’ tvarja mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5.8.3.1.1.

    (b)

    Twieqi tal-elettriku li ma jistgħux jingħalqu meta l-ignixin tkun mitfija għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistemi tal-awtorivers.

    13

    Direttiva 74/61/KEE

    (Tagħmir kontra s-serq u l-immobilizzatur)

    (a)

    Sabiex ikun evitat użu mhux awtorizzat, il-vettura għandu jkollha:

    tagħmir li jsakkar kif iddefinit fit-Taqsima 2.2 tal-Anness IV tad-Direttiva 74/61/KEE u

    immobilizzatur li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tat-Taqsima 3 tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva u r-rekwiżiti essenzjali tat-Taqsima 4, b’mod partikolari l-punt 4.1.1.

    (b)

    Jekk, fl-applikazzjoni tal-punt (a) ta’ hawn fuq, ikun irid jitwaħħal immobilizzatur, li ma kienx parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, dan għandu jkun ta’ tip approvat skont id-Direttiva 74/61/KEE jew ir-Regolament UNECE Nru 97 jew Nru 116.

    14

    Direttiva 74/297/KEE (d)

    (Stering protettiv)

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 74/297/KEE;

    FMVSS Nru 203 (‘Protezzjoni għas-sewwieq minn impatt mis-sistema tal-kontroll tal-istering’) inkluż FMVSS Nru 204 (‘Spostament lura tal-kontroll tal-istering’);

    l-Artikolu 11 tal-JSRRV.

    (b)

    Jista’ jitwettaq test skont l-Anness II tad-Direttiva 74/297/KEE fuq vettura tal-produzzjoni fuq talba tal-applikant.

    It-test għandu jitwettaq minn servizz tekniku Ewropew innotifikat li għandu kompetenza fih. Għandu jinħareġ rapport iddettaljat lill-applikant.

    15

    Direttiva 74/408/KEE

    (Is-saħħa tas-sits – ilqugħ għar-ras)

    Is-sits, l-ankraġġi tas-sits u s-sistemi ta’ aġġustament

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 74/408/KEE;

    FMVSS Nru 207 (‘Sistemi tas-sits’).

    Ilqugħ għar-ras

    (a)

    Meta d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq tkun ibbażata fuq FMVSS Nru 207, l-ilqugħ għar-ras għandhom jissodisfaw, barra minn hekk, ir-rekwiżiti essenzjali tat-Taqsima 3 tal-Anness II tad-Direttiva 74/408/KEE u dawk tat-Taqsima 5 tal-Appendiċi I tal-istess Anness.

    (b)

    Għandhom jitwettqu biss it-testijiet deskritti fil-punt 3.10 u t-Taqsimiet 5, 6 u 7 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    (c)

    Fil-każ l-ieħor, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], tikkonforma mal-FMVSS Nru 202a (‘Ilqugħ għar-ras’).

    16

    Direttiva 74/483/KEE

    (Partijiet esterni li jisporġu ‘l barra)

    (a)

    Il-wiċċ ta’ barra tal-karrozzerija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali inkużi fit-Taqsima 5 tal-Anness I tad-Direttiva 74/483/KEE.

    (b)

    Huwa fid-diskrezzjoni tas-servizz tekniku li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 6.1, 6.5, 6.6, 6.7, 6.8 u 6.11 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva jkunu kkontrollati.

    17

    Direttiva 75/443/KEE

    (Spidomiter – il-ger tar-rivers)

    Tagħmir tal-ispidomiter

    (a)

    Il-kwadrant (dial) għandu jkun konformi mal-punti 4.1 sa 4.2.3 tal-Anness II tad-Direttiva 75/443/KEE.

    (b)

    Meta s-servizz tekniku jkollu bażi raġonevoli biex jemmen li l-ispidomiter mhuwiex ikkalibrat bi preċiżjoni suffiċjenti, huwa jista’ jirrikjedi li jitwettqu t-testjiet preskritti fit-Taqsima 4.3.

    Il-ger tar-rivers

    Il-mekkaniżmu tal-ger għandu jinkludi ger tar-rivers.

    18

    Direttiva 76/114/KEE

    (Pjanċi statutorji)

    In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura li jkun fih minimu ta’ tmien karattri u massimu ta’ 17. Numru ta’ identifikazzjoni ta’ vettura li jkun fih 17-il karattru għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Istandards ISO 3779: 1983 u 3780: 1983.

    (b)

    In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għandu jkun f’pożizzjoni li tkun viżibbli u aċċessibbli b’mod ċar b’tali mod li ma jistax jinqered jew jiddeterjora.

    (c)

    Fejn l-ebda numru ta’ identifikazzjoni ta’ vettura ma kien stampat fix-xażi jew fil-karrozzerija meta din ġiet immanifatturata, l-Istat Membru jista’ jirrikjedi li jsirilha wieħed bl-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tiegħu. F’tali każ, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tissorvelja l-operazzjoni.

    Pjanċi statutorji

    Il-vettura għandu jkollha pjanċa ta’ identifikazzjoni mwaħħla mill-manifattur tal-vettura.

    L-ebda pjanċa addizzjonali ma tista’ tintalab wara li tingħata l-approvazzjoni.

    19

    Direttiva 76/115/KEE

    (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 76/115/KEE;

    FMVSS Nru 210 (‘Ankraġġi tal-assemblaġġi taċ-ċinturini ta’ sikurezza’);

    l-Artikolu 22-3 tal-JSRRV.

    20

    Direttiva 76/756/KEE

    (L-installazzjoni tad-dawl u ta’ tagħmir tas-sinjalazzjoni)

    (a)

    L-installazzjoni tad-dawl għandha tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament UNECE Nru 48 bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Annessi 5 u 6 tar-Regolament 48.

    (b)

    L-ebda eżenzjoni ma għandha tkun permessa fir-rigward tan-numru, il-karatteristiċi essenzjali tad-disinn, il-konnessjonijiet tal-elettriku, u l-kulur tad-dawl mitfugħ jew rifless lura tad-dawl u tat-tagħmir tas-sinjalazzjoni msemmija fl-Entrati 21 sa 26 u fl-Entrati 28 sa 30.

    (c)

    Id-dawl u t-tagħmir tas-sinjalazzjoni li ma kienx parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, li fl-applikazzjoni ta’ dak ta’ hawn fuq ikun irid jitwaħħal, għandu jkollu l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ‘KE’.

    (d)

    Fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass huma permessi biss flimkien mal-installazzjoni ta’ tagħmir tat-tindif tal-fanali ta’ quddiem u tagħmir awtomatiku li jillivella l-fanali ta’ quddiem meta jkun xieraq.

    (e)

    Il-lampi ta’ quddiem bid-dipped beams għandhom ikunu adattati għad-direzzjoni tat-traffiku legalment fis-seħħ fil-pajjiż fejn il-vettura tingħata l-approvazzjoni.

    21

    Direttiva 76/757/KEE

    (Rifletturi ta’ wara)

    Meta jkun meħtieġ, fuq wara għandhom jiżdiedu żewġ rifletturi ta’ wara addizzjonali li jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni ‘KE’, li l-pożizzjoni tagħhom għandha tkun konformi mar-Regolament UNECE Nru 48.

    22

    Direttiva 76/758/KEE

    (Fanali end-outline, tal-pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), tal-pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), tal-waqfien, tal-markatur tal-ġenb, tal-użu ta’ matul il-jum)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    23

    Direttiva 76/759/KEE

    (Indikaturi tad-direzzjoni)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    24

    Direttiva 76/760/KEE

    (Lampi tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    25

    Direttiva 76/761/KEE

    (Fanali ta’ quddiem (inklużi l-bozoz))

    (a)

    L-illuminazzjoni prodotta mir-raġġ għas-sewqan tal-fanali ta’ quddiem li jkollha l-vettura għandha tkun ikkontrollata skont it-Taqsima 6 tar-Regolament UNECE Nru 112 li tikkonċerna l-fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ għas-sewqan asimetriku. It-tolleranzi inklużi fl-Anness 5 ta’ dak ir-Regolament jistgħu jissemmew għal dak l-għan.

    (b)

    L-istess deċiżjoni għandha tapplika mutatis mutandis għar-raġġ għas-sewqan tal-fanali ta’ quddiem koperti mir-Regolament UNECE Nru 98 jew Nru 123.

    26

    Direttiva 76/762/KEE

    (Fanali ta’ quddiem taċ-ċpar)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal jekk ikunu hemm għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    27

    Direttiva 77/389/KEE

    (Ganċijiet tal-irmonk)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw.

    28

    Direttiva 77/538/KEE

    (Fanali ta’ wara taċ-ċpar)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    29

    Direttiva 77/539/KEE

    (Fanali tar-rivers)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal jekk ikunu hemm għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    30

    Direttiva 77/540/KEE

    (Fanali tal-ipparkjar)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal jekk ikunu hemm għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    31

    Direttiva 77/541/KEE

    (Ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta’ trażżin)

    Komponenti

    (a)

    Iċ-ċinturini tas-sikurezza mhumiex meħtieġa li jkunu approvati skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 77/541/KEE.

    (b)

    Madankollu, kull ċinturin tas-sikurezza għandu jkollu tabella ta’ identifikazzjoni.

    (c)

    L-indikazzjonijiet fuq it-tabella għandhom ikunu konsistenti mad-deċiżjoni li tikkonċerna l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza (ara l-Entrata 19).

    Ir-rekwiżiti tal-installazzjoni

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha ċ-ċinturini tas-sikurezza skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XV tad-Direttiva 77/541/KEE.

    (b)

    Meta għadd ta’ ċinturini tas-sikurezza li ma kinux parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, ikunu jridu jitwaħħlu skont il-punt (a) ta’ hawn fuq, huma jridu jkunu ta’ tip approvat b’konformità mad-Direttiva 77/541/KEE jew ir-Regolament UNECE Nru 16.

    32

    Direttiva 77/649/KEE

    (Vista ta’ quddiem)

    (a)

    Ma għandu jkun permess ebda ostaklu fid-dawra ta’ 180° tal-vista ta’ quddiem tas-sewwieq kif iddefinit fil-punt 5.1.3 tal-Anness I tad-Direttiva 77/649/KEE.

    (b)

    B’deroga mill-punt (a) ta’ hawn fuq, il-‘pilastri A’ u t-tagħmir elenkat fil-punt 5.1.3 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx jitqiesu bħala ostaklu.

    (c)

    L-għadd tal-‘pilastri A’ ma għandux ikun iktar minn 2.

    33

    Direttiva 78/316/KEE

    (Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi)

    (a)

    Is-simboli, inkluż il-kulur tat-tell-tales korrispondenti tagħhom li l-preżenza tagħhom hija obbligatorja abbażi tal-Anness II tad-Direttiva 78/316/KEE, għandhom ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva.

    (b)

    Meta dan ma jkunx il-każ, is-servizz tekniku għandu jivverifika li s-simboli, tell-tales u l-indikaturi li għandha l-vettura jipprovdu lis-sewwieq b’informazzjoni komprensiva rigward it-tħaddim tal-kontrolli msemmija.

    34

    Direttiva 78/317/KEE

    (De frost/Demist)

    Il-vettura għandha tkun mgħammra b’tagħmir adattat tad-defrosting u demisting tal-windskrin.

    Kwalunkwe tagħmir tad-defrosting tal-windskrin li huwa konformi mill-inqas mal-punt 5.1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 78/317/KEE għandu jitqies bħala ‘adegwat’.

    Kwalunkwe tagħmir tad-demisting tal-windskrin li huwa konformi mill-inqas mal-punt 5.2.1 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva għandu jitqies bħala ‘adegwat’.

    35

    Direttiva 78/318/KEE

    (Ħasil/Imsiħ)

    Il-vettura għandha tkun mgħammra b’tagħmir xieraq tal-ħasil tal-windskrin u tal-imsiħ tal-windskrin.

    Kwalunkwe tagħmir tal-ħasil u tal-imsiħ tal-windskrin li huwa konformi mill-inqas mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5.1.3 tal-Anness I tad-Direttiva 78/318/KEE għandu jitqies bħala ‘adegwat’.

    36

    Direttiva 2001/56/KE

    (Sistemi ta’ tisħin)

    (a)

    Il-kompartiment tal-passiġġieri għandu jkollu sistema ta’ tisħin.

    (b)

    Ħijters tal-kombustjoni u l-installazzjoni tagħhom għandhom ikunu konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/56/KE. Barra minn hekk, ħijters ta’ kombustjoni tal-LPG u sistemi tat-tisħin tal-LPG għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dik id-Direttiva.

    (c)

    Sistemi ta’ tisħin addizzjonali li ma kinux parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, u jkunu jridu jitwaħħlu għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva.

    37

    Direttiva 78/549/KEE

    (Protezzjoni tar-roti)

    (a)

    Il-vettura għandha tkun iddisinjata biex tipproteġi utenti oħra tat-triq kontra l-ġebel, it-tajn, is-silġ u l-ilma li jittajru ‘l fuq u biex jitnaqqsu l-perikli dovuti għall-kuntatt mar-roti jduru.

    (b)

    Is-servizz tekniku jista’ jikkontrolla li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tekniċi essenzjali stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 78/549/KEE.

    (c)

    Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw.

    38

    Direttiva 78/932/KEE

    (Ilqugħ għar-ras)

    Ir-rekwiżiti tad-Direttiva 78/932/KEE ma għandhomx japplikaw.

    39

    Direttiva 80/1268/KEE

    (Emissjonijiet tas-CO2/il-konsum tal-fjuwil)

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mat-Taqsima 5 tal-Anness I għad-Direttiva 80/1268/KEE.

    (b)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5.1.1 ta’ dak l-Anness ma għandhomx japplikaw.

    (c)

    Meta ma jitwettaqx test rigward l-emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Entrata 2, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu kkalkulati bil-formula stabbilita fin-noti ta’ spjegazzjoni (b) u (c).

    40

    Direttiva 80/1269/KEE

    (Qawwa tal-magna)

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mingħand il-manifattur li tiddikjara l-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna f’kW flimkien mas-sistema korrispondenti f’rivoluzzjonijiet kull minuta.

    (b)

    Inkella tista’ tissemma l-kurvatura tal-produzzjoni tal-enerġija mill-magna li tipprovdi l-istess informazzjoni.

    41

    Direttiva 2005/55/KE

    (Emissjonijiet (Euro 4 u 5) Vetturi tal-istrapazz (heavy duty) – OBDs – Opaċità tad-duħħan)

    Emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku

    (a)

    Għandu jitwettaq test skont it-Taqsima 6.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE permezz tal-fatturi tad-deterjorazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6 tal-Anness II tad-Direttiva 2005/78/KE.

    (b)

    Il-limiti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Tabella 1 jew fit-Tabella 2 fl-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE.

    OBD

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha sistema OBD.

    (b)

    L-interface-OBD għandu jkun kapaċi jikkomunika ma’ strumenti dijanjostiċi komuni użati għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi.

    Opaċità tad-duħħan

    (a)

    Il-vetturi mgħammra b’magna li tieħu d-dijżil għandhom jiġu ttestjati b’konformità mal-metodu tat-testijiet imsemmi fl-Anness VI tad-Direttiva 2005/55/KE.

    (b)

    Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment għandu jitwaħħal fejn jidher u f’post aċċessibbli faċilment.

    44

    Direttiva 92/21/KEE

    (Mases u dimensjonijiet)

    (a)

    Għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tat-Taqsima 3 tal-Anness II tad-Direttiva 92/21/KEE.

    (b)

    Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a), il-mases li għandhom jitqiesu huma:

    il-massa meta lesta għas-sewqan iddefinita fil-punt 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE kif imkejla mis-servizz tekniku u

    il-mases mgħobbija ddikjarati mill-manifattur tal-vettura jew murija fil-pjanċa tal-manifattur inklużi l-istikers jew l-informazzjoni disponibbli fil-manwal tas-sid. Dawk il-mases għandhom jitqiesu bħala l-mases massimi mgħobbija teknikament permissibbli.

    (c)

    Ma għandha tkun permessa l-ebda eżenzjoni fir-rigward tad-dimensjonijiet massimi permissibbli.

    45

    Direttiva 92/22/KEE

    (Ħġieġ tas-sikurezza)

    Komponenti

    (a)

    Il-ħġieġ għandu jkun ħġieġ tas-sikurezza tempered jew illaminat.

    (b)

    It-twaħħil ta’ ħġieġ tal-plastik għandu jkun permess biss f’postijiet li jkunu jinsabu wara l-pilastru ‘B’.

    (c)

    Il-ħġieġ ma għandux għalfejn ikun approvat skont id-Direttiva 92/22/KEE.

    L-installazzjoni

    (a)

    Għandhom japplikaw il-preskrizzjonijiet tal-installazzjoni stabbiliti fl-Anness 21 tar-Regolament UNECE Nru 43.

    (b)

    L-ebda saff ikkulurit li jnaqqas it-trażmissjoni regolari tad-dawl taħt il-minimu meħtieġ ma għandu jkun permess fuq il-windskrin u fuq il-ħġieġ li jkun jinsab ‘il quddiem mill-pilastru ‘B’.

    46

    Direttiva 92/23/KEE

    (Tajers)

    Komponenti

    It-tajers għandu jkollhom marka ta’ approvazzjoni tat-tip ‘KE’ inkluż is-simbolu ‘s’ (għall-ħoss).

    L-installazzjoni

    (a)

    Id-dimensjonijiet, l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija u l-kategorija tal-veloċità tat-tajers għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV tad-Direttiva 92/23/KEE.

    (b)

    Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità tat-tajers għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura.

    Il-preżenza ta’ limitatur tal-veloċità ma għandhiex teżenta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit.

    (c)

    Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt (b) ta’ hawn fuq, il-veloċità massima tal-vettura għandha tkun iddikjarata mill-manifattur tal-vettura. Madankollu, is-servizz tekniku jista’ jevalwa l-veloċità massima tad-disinn tal-vettura permezz tal-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna, in-numru massimu ta’ rivoluzzjonijiet kull minuta u d-dejta rigward il-katina kinematika.

    50

    Direttiva 94/20/KE

    (Tagħmir tal-igganċjar)

    Unitajiet tekniċi separati

    (a)

    Tagħmir OEM tal-igganċjar maħsub għall-irmonkar ta’ trejler li l-massa massima tiegħu ma taqbiżx 1 500 kg ma għandux għalfejn ikun approvat skont it-tip taħt id-Direttiva 94/20/KE.

    Tagħmir tal-igganċjar jitqies bħala tagħmir OEM meta jkun deskritt fil-manwal tas-sid jew f’dokument ta’ appoġġ ekwivalenti pprovdut lix-xerrej mill-manifattur tal-vettura.

    Meta dan it-tagħmir tal-igganċjar ikun approvat mal-vettura, għandu jkun inkluż test adattat fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni li jiddikjara li s-sid huwa responsabbli biex jiżgura l-kompatibilità mat-tagħmir tal-igganċjar li jkun hemm mat-trejler.

    (b)

    Kull tagħmir tal-igganċjar ieħor minbarra dak imsemmi fil-punt (a) ta’ hawn fuq kif ukoll dak it-tagħmir tal-igganċjar li ma jkunx parti mill-vettura meta din tkun ġiet immanifatturata, u jrid jitwaħħal għandu jkun approvat skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 94/20/KE.

    Installazzjoni fuq il-vettura

    Is-servizz tekniku għandu jikkontrolla li l-installazzjoni tat-tagħmir tal-igganċjar huwa konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 94/20/KE.

    53

    Direttiva 96/79/KE

    (Impatt frontali) (e)

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 96/79/KE;

    FMVSS Nru 208 (‘Protezzjoni tal-okkupant minn ħabta’);

    l-Artikolu 18 tal-JSRRV.

    (b)

    Jista’ jitwettaq test skont l-Anness II tad-Direttiva 96/79/KE fuq vettura tal-produzzjoni fuq talba tal-applikant.

    It-test għandu jitwettaq minn servizz tekniku Ewropew innotifikat li għandu kompetenza fih. Għandu jinħareġ rapport iddettaljat lill-applikant.

    54

    Direttiva 96/27/KE

    (Impatt mill-ġenb)

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 96/27/KE;

    FMVSS Nru 214 (‘Protezzjoni minn impatt mill-ġenb’);

    l-Artikolu 18 tal-JSRRV.

    (b)

    Jista’ jitwettaq test skont it-Taqsima 3 tal-Anness II tad-Direttiva 96/27/KE fuq vettura tal-produzzjoni fuq talba tal-applikant.

    It-test għandu jitwettaq minn servizz tekniku Ewropew innotifikat li għandu kompetenza fih. Għandu jinħareġ rapport iddettaljat lill-applikant.

    58

    Ir-Regolament (KE) Nru 78/2009

    (Protezzjoni ta’ persuni mexjin)

    Assistenza tal-brejk

    Il-vetturi għandu jkollhom sistema elettronika ta’ brejkijiet antilock li taġixxi fuq ir-roti kollha.

    Protezzjoni tal-persuni mexjin

    Ir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

    Sistemi ta’ protezzjoni frontali

    Madankollu, is-sistemi ta’ protezzjoni frontali installati fil-vettura għandhom ikunu approvati skont it-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 u l-installazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

    59

    Direttiva 2005/64/KE

    (Ir-Riċiklaġġibbiltà)

    Ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw.

    61

    Direttiva 2006/40/KE

    (Sistema ta’ arja kkundizzjonata)

    Ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw.


    Part II:   Il-vetturi li jappartjenu għall-kategorija N1

    Oġġett

    Referenza tal-att regolatorju

    Rekwiżiti alternattivi

    1

    Direttiva 70/157/KEE

    (Livell tal-ħoss permissibbli)

    Test drive-by

    (a)

    Għandu jitwettaq test skont il-‘Metodu A’ imsemmi fl-Anness 3 tar-Regolament UNECE Nru 51.

    Il-limiti huma dawk speċifikati fit-Taqsima 2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 70/157/KEE. Għandu jkun permess deċibel wieħed iżjed mil-limiti permessi.

    (b)

    It-trekk tat-test għandu jikkonforma mal-Anness 8 tar-Regolament UNECE Nru 51. Trekk tat-test li jkollu speċifikazzjonijiet differenti jista’ jintuża bil-kundizzjoni li t-testijiet talkorrelazzjoni jitwettqu mis-servizz tekniku. Għandu jkun applikat fattur ta’ korrezzjoni jekk ikun meħtieġ.

    (c)

    Is-sistemi tal-egżost li fihom materjali fibrużi ma hemmx għalfejn ikunu kkundizzjonati kif preskritt fl-Anness 5 tar-Regolament UNECE Nru 51.

    Test stazzjonarju

    Għandu jitwettaq test b’konformità mat-Taqsima 3.2 tal-Anness 3 tar-Regolament UNECE Nru 51.

    2

    Direttiva 70/220/KEE

    (Emissjonijiet)

    Emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku

    (a)

    Għandu jitwettaq test tat-tip I b’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 70/220/KEE bl-użu tal-fatturi tad-deterjorazzjoni msemmija fil-punt 5.3.6.2. Il-limiti li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk speċifikati fil-punt 5.3.1.4 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

    (b)

    Il-vettura ma għandhiex tkun meħtieġa turi 3 000 km kif mitlub fit-Taqsima 3.1.1 tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (c)

    Il-fjuwil li għandu jintuża għat-test għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza kif preskritt fl-Anness IX tad-Direttiva 70/220/KEE.

    (d)

    Id-dinamometru għandu jkun stabbilit b’konformità mar-rekwiżiti tekniċi tat-Taqsima 3.2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

    (e)

    It-test imsemmi fil-punt (a) ma għandux jitwettaq meta jista’ jintwera li l-vettura hija konformi ma’ wieħed mir-Regolamenti ta’ Kalifornja msemmija fin-nota introduttorja għat-Taqsima 5 tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

    Emissjonijiet evaporattivi

    Il-vetturi mgħammra b’magna li tieħu l-petrol irid ikollhom sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi (pereżempju kanister bil-faħam tal-kannol).

    Emissjonijiet tal-Kisi tal-krenk

    Għandha tkun meħtieġa l-preżenza ta’ strument għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-kisi tal-krenk.

    OBD

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha sistema OBD.

    (b)

    L-interface-OBD għandu jkun kapaċi jikkomunika ma’ strumenti dijanjostiċi komuni użati għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi.

    2a

    Regolament (KE) Nru 715/2007

    Emissjonijiet (Euro 5 u 6) vetturi mhux ta’ strapazz/aċċess għall-informazzjoni

    Emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku

    (a)

    Għandu jitwettaq test tat-tip I b’konformità mal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 692/2008 bl-użu tal-fatturi tad-deterjorazzjoni stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. Il-limiti li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk speċifikati fit-Tabella I u fit-Tabella II fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

    (b)

    Il-vettura ma għandhiex tkun meħtieġa turi 3 000 km kif imsemmi fit-Taqsima 3.1.1 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 83.

    (c)

    Il-fjuwil li għandu jintuża għat-test għandu jkun il-fjuwil ta’ referenza kif preskritt fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    (d)

    Id-dinamometru għandu jkun stabbilit b’konformità mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fit-Taqsima 3.2 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 83.

    (e)

    It-test imsemmi fil-punt (a) ma għandux jitwettaq meta jkun jista’ jintwera li l-vettura hija konformi mar-Regolamenti ta’ Kalifornja msemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008.

    Emissjonijiet evaporattivi

    Għal magni li jieħdu l-petrol, għandha tkun meħtieġa l-preżenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet evaporattivi (pereżempju kanister bil-faħam tal-kannol).

    Emissjonijiet tal-Kisi tal-krenk

    Għandha tkun meħtieġa l-preżenza ta’ strument għar-riċiklaġġ tal-gassijiet tal-kisi tal-krenk.

    OBD

    Il-vettura għandu jkollha sistema OBD.

    L-interface-OBD għandu jkun kapaċi jikkomunika ma’ strumenti dijanjostiċi komuni użati għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi.

    Opaċità tad-duħħan

    (a)

    Il-vetturi mgħammra b’magna li tieħu d-dijżil għandhom jiġu ttestjati b’konformità mal-metodu tat-testijiet imsemmi fl-Appendiċi 2 tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    (b)

    Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment għandu jitwaħħal fejn jidher u f’post aċċessibbli faċilment.

    L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mal-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008.

    (b)

    Il-vettura ma għandhiex tkun meħtieġa turi 3 000 km kif mitlub fit-Taqsima 3.1.1 tal-Anness 4 tar-Regolament UNECE Nru 83.

    (c)

    Meta l-vettura tkun konformi mar-Regolamenti ta’ Kalifornja msemmija fit-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u għaldaqstant ma jkunx meħtieġ li jitwettaq test tal-emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku,l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil bil-formuli stabbiliti fin-noti ta’ spjegazzjoni (b) u (c).

    Aċċess għall-informazzjoni

    Id-dispożizzjonijiet rigward l-aċċess għall-informazzjoni ma għandhomx japplikaw.

    3

    Direttiva 70/221/KEE

    (Tankijiet tal-fjuwil - Tagħmir ta’ protezzjoni fuq wara)

    Tankijiet tal-fjuwil

    (a)

    It-tankijiet tal-fjuwil għandhom ikunu konformi mat-Taqsima 5 tal-Anness I tad-Direttiva 70/221/KEE bl-eċċezzjoni tal-punt 5.1, 5.2 u 5.12. B’mod partikolari huma għandhom jikkonformaw mal-punti 5.9 u 5.9.1 imma ma għandu jitwettaq l-ebda test tat-taqtir.

    (b)

    Tankijiet tal-LPG jew CNG għandhom ikunu approvati skont it-tip b’konformità mas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament UNECE Nru 67 jew ir-Regolament Nru 110 (a), rispettivament.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tankijiet tal-fjuwil magħmula minn materjal tal-plastik

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li t-tank tal-fjuwil ta’ vettura partikolari, [irid ikun speċifikat in-numru VIN tiegħu], huwa konformi ma’ mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    it-Taqsima 6.3 tad-Direttiva 70/221/KEE;

    FMVSS Nru 301 (‘Integrità tas-sistema tal-fjuwil’);

    l-Anness 5 tar-Regolament UNECE 34.

    Tagħmir ta’ protezzjoni fuq wara

    (a)

    l-parti ta’ wara tal-vettura għandha tkun mibnija skont it-Taqsima 5 tal-Anness II tad-Direttiva 70/221/KEE.

    (b)

    Għal dawn il-finijiet, huwa biżżejjed li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 5.2.

    (c)

    Jekk, fl-applikazzjoni ta’ dan ta’ hawn fuq, ikun irid jitwaħħal tagħmir ta’ protezzjoni fuq wara li ma kienx parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, dan għandu jikkonforma mal-punti 5.3 u 5.4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    4

    Direttiva 70/222/KEE

    (Spazju għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ wara)

    L-ispazju, l-inklinazzjoni, l-angolu għall-viżibilità u l-pożizzjoni tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 70/222/KEE.

    5

    Direttiva 70/311/KEE

    (Sforz tekniku tal-istering)

    Sistemi mekkaniċi

    (a)

    Il-mekkaniżmu tal-istering għandu jinbena b’tali mod li jiċċentra ruħu. Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ din id-dispożizzjoni, għandu jitwettaq test b’konformità mal-punti 5.1.2 u 5.2.1 tal-Anness I tad-Direttiva 70/311/KEE.

    (b)

    Ħsara fit-tagħmir tal-power steering ma għandux iwassal għat-telfien komplet tal-kontroll tal-vettura.

    Sistema elettronika kumplessa ta’ kontroll tal-vettura (Tagħmir ‘Drive-by wire’)

    Sistema elettronika kumplessa ta’ kontroll għandha tkun permessa biss jekk tkun konformi mal-Anness 6 tar-Regolament UNECE Nru 79.

    6

    Direttiva 70/387/KEE

    (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

    (a)

    Il-lukketti u ċ-ċpiepet tal-bibien għandhom ikunu konformi mal-punti 3.2.1, 3.3.2 u 3.4.1 tal-Anness I tad-Direttiva 70/387/KEE.

    (b)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3.4.1 ma għandhomx japplikaw meta tintwera l-konformità mal-punt 6.1.5.4 tar-Regolament UNECE Nru 11 Rev. 1 Emenda 2.

    7

    Direttiva 70/388/KEE

    (Twissija li tinstema’)

    Komponenti

    It-tagħmir tat-twissija li tinstema’ ma għandux għalfejn ikun approvat skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 70/388/KEE. Madankollu, għandu jsemma’ ħoss kontinwu kif meħtieġ fil-punt 1.1 tal-Anness I tad-Direttiva 70/388/KEE.

    L-installazzjoni fuq vettura

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I tad-Direttiva 70/388/KEE.

    (b)

    Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun b’konformità mal-punt 2.1.4 ta’ dak l-Anness.

    8

    Direttiva 2003/97/KE

    (Tagħmir ta’ vista indiretta)

    Komponenti

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha l-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara preskritti fit-Taqsima 2 tal-Anness III ad-Direttiva 2003/97/KE.

    (b)

    Mhumiex meħtieġa li jkunu approvati skont it-tip b’konformità ma’ dik id-Direttiva.

    (c)

    Ir-raġġi tal-kurvatura tal-mirja ma għandhomx jikkawżaw distorsjoni sinifikanti tal-immaġni. Huwa fid-diskrezzjoni tas-servizz tekniku li r-raġġi tal-kurvatura tal-mirja jkunu kkontrollati b’konformità mal-metodu deskritt fl-Appendiċi 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2003/97/KE. Ir-raġġi tal-kurvatura ma għandhomx ikunu inqas minn dawk meħtieġa mit-Taqsima 3.4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    L-installazzjoni fuq vettura

    Għandu jitwettaq kejl sabiex ikun żgurat li l-kamp viżiv huwa konformi mat-Taqsima 5 tal-Anness III tad-Direttiva 2003/97/KE jew mat-Taqsima 5 tal-Anness III tad-Direttiva 71/127/KEE.

    9

    Direttiva 71/320/KEE

    (Ibbrejkjar)

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    (a)

    Is-sistema tal-brejkijiet għandha tinbena b’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I tad-Direttiva 71/320/KEE.

    (b)

    Il-vetturi għandu jkollhom sistema elettronika ta’ brejkijiet antilock li taġixxi fuq ir-roti kollha.

    (c)

    Il-prestazzjoni tas-sistema tal-brejkijiet għandha tkun konformi mat-Taqsima 2 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    (d)

    Għal dawn il-finijiet, it-testijiet tat-triq għandhom jitwettqu fuq trekk b’wiċċ b’adeżjoni għolja. It-test fuq il-brejk tal-ipparkjar għandu jitwettaq fuq pendil ta’ 18 % (‘il fuq u ‘l isfel).

    Għandhom jitwettqu biss it-testijiet imsemmija hawn taħt. F’kull każ, il-kundizzjoni tal-vettura għadha tkun mgħobbija b’mod sħiħ.

    (e)

    It-test tat-triq imsemmi fil-punt (c) ta’ hawn fuq ma għandux jitwettaq meta l-applikant jista’ jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura hija konformi mar-Regolament UNECE Nru 13-H inkluż is-suppliment 5 jew mal-FMVSS Nru 135.

    Brejk tas-servizz

    (a)

    Għandu jitwettaq test tat-‘Tip 0’ kif preskritt fil-punti 1.2.2 u 1.2.3 tal-Anness II tad-Direttiva 71/320/KEE.

    (b)

    Barra minn hekk, għandu jitwettaq test tat-‘Tip I’ kif preskritt fil-punt 1.3 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    Brejk tal-ipparkjar

    Għandu jitwettaq test b’konformità mal-punt 2.1.3 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    10

    Direttiva 72/245/KEE

    (Interferenza tal-frekwenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika))

    Komponenti

    (a)

    Is-subassemblaġġi tal-elettriku/elettroniċi mhumiex meħtieġa li jkunu approvati skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 72/245/KEE.

    (b)

    Madankollu, tagħmir tal-elettriku/elettroniku, li ma kienx parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, u li jkun ser jitwaħħal għandu jkun konformi ma’ dik id-Direttiva.

    Emissjoni ta’ radjazzjonijiet elettromanjetiċi

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura hija konformi mad-Direttiva 72/245/KEE jew mal-istandards alternattivi li ġejjin:

    Radjazzjoni elettromanjetika broadband: CISPR 12 jew SAE J551-2;

    Radjazzjoni elettromanjetika narrowband: CISPR 12 (off-board) jew 25 (in-board) jew SAE J551-4 u SAE J1113-41.

    Testijiet tal-immunità

    It-test tal-immunità ma għandux jiġi applikat.

    11

    Direttiva 72/306/KEE

    (Duħħan tad-dijżil)

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mal-metodi deskritti fl-Anness III u IV tad-Direttiva 72/306/KEE.

    Il-valuri tal-limiti applikabbli huma dawk imsemmija fl-Anness V tad-Direttiva 72/306/KEE.

    (b)

    Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Anness I tad-Direttiva 72/306/KEE għandu jitwaħħal fejn jidher u f’post aċċessibbli faċilment.

    13

    Direttiva 74/61/KEE

    (Tagħmir kontra s-serq u l-immobilizzatur)

    (a)

    Biex ikun evitat użu mhux awtorizzat, il-vettura għandu jkollha tagħmir li jsakkar kif iddefinit fit-Taqsima 2.2 tal-Anness IV tad-Direttiva 74/61/KEE.

    (b)

    Jekk ikun hemm immobilizzatur, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tat-Taqsima 3 tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva u r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fit-Taqsima 4, b’mod partikolari l-punt 4.1.1.

    14

    Direttiva 74/297/KEE

    (f) (Stering protettiv)

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 74/297/KEE;

    FMVSS Nru 203 (‘Protezzjoni għas-sewwieq minn impatt mis-sistema tal-kontroll tal-istering’) inkluż FMVSS Nru 204 (‘Spostament lura tal-kontroll tal-istering’);

    l-Artikolu 11 tal-JSRRV.

    (b)

    Jista’ jitwettaq test skont l-Anness II tad-Direttiva 74/297/KEE fuq vettura tal-produzzjoni fuq talba tal-applikant. It-test għandu jitwettaq minn servizz tekniku Ewropew innotifikat li għandu kompetenza fih. Għandu jinħareġ rapport iddettaljat lill-applikant.

    15

    Direttiva 74/408/KEE

    (Is-saħħa tas-sits – ilqugħ għar-ras)

    Is-sits, l-ankraġġi tas-sits u s-sistemi ta’ aġġustament

    Is-sits u s-sistemi aġġustabbli tagħhom għandhom ikunu konformi mal-Anness IV tad-Direttiva 74/408/KEE.

    Ilqugħ għar-ras

    (a)

    L-ilqugħ għar-ras għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tat-Taqsima 3 tal-Anness II tad-Direttiva 74/408/KEE u dawk tat-Taqsima 5 tal-Appendiċi I ta’ dak l-Anness.

    (b)

    Għandhom jitwettqu biss it-testijiet deskritti fil-punt 3.10 u t-Taqsimiet 5, 6 u 7 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    17

    Direttiva 75/443/KEE

    (Spidomiter – il-ger tar-rivers)

    Tagħmir tal-ispidomiter

    (a)

    Il-kwadrant (dial) għandu jkun konformi mal-punti 4.1 sa 4.2.3 tal-Anness II tad-Direttiva 75/443/KEE.

    (b)

    Meta s-servizz tekniku jkollu bażi raġonevoli biex jemmen li l-ispidometru mhuwiex ikkalibrat bi preċiżjoni suffiċjenti, huwa jista’ jirrikjedi li jitwettqu t-testjiet preskritti fit-Taqsima 4.3.

    Il-ger tar-rivers

    Il-mekkaniżmu tal-ger għandu jinkludi ger tar-rivers.

    18

    Direttiva 76/114/KEE

    (Pjanċi statutorji)

    In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura li jkun fih minimu ta’ tmien karattri u massimu ta’ 17. Numru ta’ identifikazzjoni ta’ vettura li jkun fih 17-il karattru għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Istandards ISO 3779: 1983 u 3780: 1983

    (b)

    In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għandu jkun f’pożizzjoni li tkun viżibbli u aċċessibbli b’mod ċar b’tali mod li ma jistax jinqered jew jiddeterjora.

    (c)

    Fejn l-ebda numru ta’ identifikazzjoni ta’ vettura ma kien stampat fix-xażi jew fil-karrozzerija meta din ġiet immanifatturata, l-Istat Membru jista’ jirrikjedi li jsirilha wieħed bl-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tiegħu. F’tali każ, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha tissorvelja l-operazzjoni.

    Pjanċi statutorji

    Il-vettura għandu jkollha pjanċa ta’ identifikazzjoni mwaħħla mill-manifattur tal-vettura.

    L-ebda pjanċa addizzjonali ma tista’ tintalab wara li tingħata l-approvazzjoni.

    19

    Direttiva 76/115/KEE

    (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 76/115/KEE;

    FMVSS Nru 210 (‘Ankraġġi tal-assemblaġġi taċ-ċinturini ta’ sikurezza’);

    l-Artikolu 22-3 tal-JSRRV.

    20

    Direttiva 76/756/KEE

    (L-installazzjoni tad-dawl u ta’ tagħmir tas-sinjalazzjoni)

    (a)

    L-installazzjoni tad-dawl għandha tissodisfa r-rekwiżiti essenzjali tas-serje ta’ emendi 03 tar-Regolament UNECE Nru 48 bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Annessi 5 u 6 tar-Regolament 48.

    (b)

    L-ebda eżenzjoni ma għandha tkun permessa fir-rigward tan-numru, il-karatteristiċi essenzjali tad-disinn, il-konnessjonijiet tal-elettriku, u l-kulur tad-dawl mitfugħ jew ir-rifless lura tad-dawl u tat-tagħmir tas-sinjalazzjoni msemmija fl-Entrati 21 sa 26 u fl-Entrati 28 sa 30.

    (c)

    Id-dawl u t-tagħmir tas-sinjalazzjoni li ma kienx parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, u fl-applikazzjoni ta’ dak ta’ hawn fuq ikun irid jitwaħħal, għandu jkollu l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ‘KE’.

    (d)

    Fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li jaħdmu bl-emissjoni tal-gass huma permessi biss flimkien mal-installazzjoni ta’ tagħmir tat-tindif tal-fanali ta’ quddiem u tagħmir awtomatiku li jillivella l-fanali ta’ quddiem meta jkun xieraq.

    (e)

    Il-lampi ta’ quddiem bid-dipped beams għandhom ikunu adattati għad-direzzjoni tat-traffiku legalment fis-seħħ fil-pajjiż fejn il-vettura tingħata l-approvazzjoni.

    21

    Direttiva 76/757/KEE

    (Rifletturi ta’ wara)

    Meta jkun meħtieġ, fuq wara għandhom jiżdiedu żewġ rifletturi ta’ wara addizzjonali li jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni ‘KE’, li l-pożizzjoni tagħhom għandha tkun konformi mar-Regolament UNECE Nru 48.

    22

    Direttiva 76/758/KEE

    (Fanali end-outline, tal-pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), tal-pożizzjoni ta’ wara (tal-ġenb), tal-waqfien, tal-markatur tal-ġenb, tal-użu ta’ matul il-jum)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    23

    Direttiva 76/759/KEE

    (Indikaturi tad-direzzjoni)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    24

    Direttiva 76/760/KEE

    (Lampi tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    25

    Direttiva 76/761/KEE

    (Fanali ta’ quddiem (inklużi l-bozoz))

    (a)

    L-illuminazzjoni prodotta mir-raġġ għas-sewqan tal-fanali ta’ quddiem li jkollha l-vettura għandha tkun ikkontrollata skont it-Taqsima 6 tar-Regolament UNECE Nru 112 li tikkonċerna l-fanali ta’ quddiem li jitfgħu raġġ għas-sewqan asimetriku. It-tolleranzi inklużi fl-Anness 5 ta’ dak ir-Regolament jistgħu jissemmew għal dak l-għan.

    (b)

    L-istess deċiżjoni għandha tapplika mutatis mutandis għar-raġġ għas-sewqan tal-fanali ta’ quddiem koperti mir-Regolament UNECE Nru 98 jew Nru 123.

    26

    Direttiva 76/762/KEE

    (Fanali ta’ quddiem taċ-ċpar)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx jiġu applikati. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal jekk ikunu hemm għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    27

    Direttiva 77/389/KEE

    (Ganċijiet tal-irmonk)

    Ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw.

    28

    Direttiva 77/538/KEE

    (Fanali ta’ wara taċ-ċpar)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    29

    Direttiva 77/539/KEE

    (Fanali tar-rivers)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal jekk ikunu hemm għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    30

    Direttiva 77/540/KEE

    (Fanali tal-ipparkjar)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw. Madankollu, it-tħaddim korrett tad-dwal jekk ikunu hemm għandu jkun ikkontrollat mis-servizz tekniku.

    31

    Direttiva 77/541/KEE

    (Ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta’ trażżin)

    Komponenti

    (a)

    Iċ-ċinturini tas-sikurezza mhumiex meħtieġa li jkunu approvati skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 77/541/KEE.

    (b)

    Madankollu, kull ċinturin tas-sikurezza għandu jkollu tabella ta’ identifikazzjoni.

    (c)

    L-indikazzjonijiet fuq it-tabella għandhom ikunu konsistenti mad-deċiżjoni li tikkonċerna l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza (ara l-Entrata 19).

    Ir-rekwiżiti tal-installazzjoni

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha ċ-ċinturini tas-sikurezza skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XV tad-Direttiva 77/541/KEE.

    (b)

    Meta għadd ta’ ċinturini tas-sikurezza li ma kinux parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, ikunu jridu jitwaħħlu skont il-punt (a) ta’ hawn fuq, huma jridu jkunu ta’ tip approvat b’konformità mad-Direttiva 77/541/KEE jew ir-Regolament UNECE Nru 16.

    33

    Direttiva 78/316/KEE

    (Identifikazzjoni tal-kontrolli, tell-tales u l-indikaturi)

    (a)

    Is-simboli, inkluż il-kulur tat-tell-tales korrispondenti tagħhom li l-preżenza tagħhom hija obbligatorja abbażi tal-Anness II tad-Direttiva 78/316/KEE, għandhom ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

    (b)

    Meta dan ma jkunx il-każ, is-servizz tekniku għandu jivverifika li s-simboli, tell-tales u l-indikaturi li għandha l-vettura jipprovdu lis-sewwieq b’informazzjoni komprensiva rigward it-tħaddim tal-kontrolli msemmija.

    34

    Direttiva 78/317/KEE

    Defrost/Demist

    Il-vettura għandha tkun mgħammra b’tagħmir adattat tad-defrosting u demisting tal-windskrin.

    35

    Direttiva 78/318/KEE

    Ħasil/Imsiħ

    Il-vettura għandha tkun mgħammra b’tagħmir xieraq tal-ħasil tal-windskrin u tal-imsiħ tal-windskrin.

    36

    Direttiva 2001/56/KE

    (Sistemi ta’ tisħin)

    (a)

    Il-kompartiment tal-passiġġieri għandu jkollu sistema ta’ tisħin.

    (b)

    Ħijters tal-kombustjoni u l-installazzjoni tagħhom għandhom ikunu konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/56/KE. Barra minn hekk, ħijters ta’ kombustjoni tal-LPG u sistemi tat-tisħin tal-LPG għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII ta’ dik id-Direttiva.

    (c)

    Sistemi ta’ tisħin addizzjonali li ma kinux parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, u jkunu jridu jitwaħħlu għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dik id-Direttiva.

    39

    Direttiva 80/1268/KEE

    (Emissjonijiet tas-CO2/il-konsum tal-fjuwil)

    (a)

    Għandu jitwettaq test b’konformità mat-Taqsima 5 tal-Anness I għad-Direttiva 80/1268/KEE.

    (b)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5.1.1 ta’ dak l-Anness ma għandhomx japplikaw.

    (c)

    Meta ma jitwettaqx test rigward l-emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Entrata 2, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu kkalkulati bil-formula stabbilita fin-noti ta’ spjegazzjoni (b) u (c).

    40

    Direttiva 80/1269/KEE

    (Qawwa tal-magna)

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mingħand il-manifattur li tiddikjara l-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna f’kW flimkien mas-sistema korrispondenti f’rivoluzzjonijiet kull minuta.

    (b)

    Inkella tista’ tissemma l-kurvatura tal-produzzjoni tal-enerġija mill-magna li tipprovdi l-istess informazzjoni.

    41

    Direttiva 2005/55/KE

    (Emissjonijiet (Euro 4 u 5) Vetturi tal-istrapazz (heavy duty) – OBDs – Opaċità tad-duħħan)

    Emissjonijiet tat-tubu tal-iskariku

    (a)

    Għandu jitwettaq test skont it-Taqsima 6.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE permezz tal-fatturi tad-deterjorazzjoni stabbiliti fil-punt 3.6 tal-Anness II tad-Direttiva 2005/78/KE.

    (b)

    Il-limiti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Tabella 1 jew fit-Tabella 2 fl-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE.

    OBD

    (a)

    Il-vettura għandu jkollha sistema OBD.

    (b)

    L-interface-OBD għandu jkun kapaċi jikkomunika ma’ strumenti dijanjostiċi komuni użati għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi.

    Opaċità tad-duħħan

    (a)

    Il-vetturi mgħammra b’magna li tieħu d-dijżil għandhom jiġu ttestjati b’konformità mal-metodu tat-testijiet imsemmi fl-Anness VI tad-Direttiva 2005/55/KE.

    (b)

    Il-valur ikkoreġut tal-koeffiċjent tal-assorbiment għandu jitwaħħal fejn jidher u f’post aċċessibbli faċilment.

    45

    Direttiva 92/22/KEE

    (Ħġieġ tas-sikurezza)

    Komponenti

    (a)

    Il-ħġieġ għandu jkun ħġieġ tas-sikurezza tempered jew illaminat.

    (b)

    It-twaħħil ta’ ħġieġ tal-plastik għandu jkun permess biss f’postijiet li jkunu jinsabu wara l-pilastru ‘B’.

    (c)

    Il-ħġieġ ma għandux għalfejn ikun approvat skont id-Direttiva 92/22/KEE.

    L-installazzjoni

    (a)

    Għandhom japplikaw il-preskrizzjonijiet tal-installazzjoni stabbiliti fl-Anness 21 tar-Regolament UNECE Nru 43.

    (b)

    L-ebda saff ikkulurit li jnaqqas it-trażmissjoni regolari tad-dawl taħt il-minimu meħtieġ ma għandu jkun permess fuq il-windskrin u fuq il-ħġieġ li jkun jinsab ‘il quddiem mill-pilastru ‘B’.

    46

    Direttiva 92/23/KEE

    (Tajers)

    Komponenti

    It-tajers għandu jkollhom marka ta’ approvazzjoni tat-tip ‘KE’ inkluż is-simbolu ‘s’ (għall-ħoss).

    L-installazzjoni

    (a)

    Id-dimensjonijiet, l-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija u l-kategorija tal-veloċità tat-tajers għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV tad-Direttiva 92/23/KEE.

    (b)

    Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità tat-tajers għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura.

    (c)

    Il-preżenza ta’ limitatur tal-veloċità ma għandhiex teżenta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit.

    (d)

    Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt (b) ta’ hawn fuq, il-veloċità massima tal-vettura għandha tkun iddikjarata mill-manifattur tal-vettura. Madankollu, is-servizz tekniku jista’ jevalwa l-veloċità massima tad-disinn tal-vettura permezz tal-produzzjoni massima tal-enerġija mill-magna, in-numru massimu ta’ rivoluzzjonijiet kull minuta u d-dejta rigward il-katina kinematika.

    48

    Direttiva 97/27/KE

    (Mases u dimensjonijiet)

    (a)

    Ir-rekwiżiti essenzjali tal-Anness I tad-Direttiva 97/27/KE għandhom jiġu sodisfatti.

    Madankollu, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 7.8.3, 7.9 u 7.10 ta’ dak l-Anness ma għandhomx japplikaw.

    (b)

    Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt (a) ta’ hawn fuq, il-mases li għandhom jitqiesu huma:

    il-massa meta lesta għas-sewqan iddefinita fil-punt 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE kif imkejla mis-servizz tekniku u

    il-mases massimi mgħobbija ddikjarati mill-manifattur tal-vettura jew murija fil-pjanċa tal-manifattur inklużi l-istikers jew informazzjoni disponibbli fil-manwal tas-sid. Dawk il-mases għandhom jitqiesu bħala l-mases massimi mgħobbija teknikament permissibbli.

    (c)

    Ma għandhomx ikunu permessi bidliet tekniċi mwettqa mill-applikant – bħall-bdil tat-tajers b’tajers bl-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija aktar baxx – sabiex titnaqqas il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura għal 3.5 tunnellati metriċi jew inqas sabiex il-vettura tkun tista’ tingħata approvazzjoni individwali.

    (d)

    Ma għandha tkun permessal-ebda eżenzjoni fir-rigward tad-dimensjonijiet massimi permissibbli.

    49

    Direttiva 92/114/KEE

    (Projezzjoniiet esterni tal-kabini)

    (a)

    B’konformità mat-Taqsima 6 tal-Anness I tad-Direttiva 92/114/KEE, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness I tad-Direttiva 74/483/KEE.

    (b)

    Huwa fid-diskrezzjoni tas-servizz tekniku li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.1, 6.5, 6.6, 6.7, 6.8 u 6.11 tal-Anness I tad-Direttiva 74/483/KEE.

    50

    Direttiva 94/20/KE

    (Tagħmir tal-igganċjar)

    Unitajiet tekniċi separati

    (a)

    It-tagħmir tal-igganċjar OEM maħsub għall-irmonkar ta’ trejler li l-massa massima tiegħu ma taqbiżx 1 500 kg ma għandux għalfejn ikun approvat skont it-tip taħt id-Direttiva 94/20/KE.

    (b)

    Tagħmir tal-igganċjar jitqies bħala tagħmir OEM meta jkun deskritt fil-manwal tas-sid jew f’dokument ta’ appoġġ ekwivalenti pprovdut lix-xerrej mill-manifattur tal-vettura.

    (c)

    Meta dan it-tagħmir tal-igganċjar ikun approvat mal-vettura, għandu jkun inkluż test adattat fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni li jiddikjara li s-sid huwa responsabbli biex jiżgura l-kompatibbiltà mat-tagħmir tal-igganċjar li jkun hemm mat-trejler.

    (d)

    Kull tagħmir tal-igganċjar minbarra dawk imsemmija fil-punt (a) ta’ hawn fuq kif ukoll it-tagħmir tal-igganċjar li ma kienx parti mill-vettura meta din ġiet immanifatturata, u jkun irid jitwaħħal għandu jkunu approvat skont it-tip b’konformità mad-Direttiva 94/20/KE.

    L-installazzjoni fuq il-vettura

    Is-servizz tekniku għandu jikkontrolla li l-installazzjoni tat-tagħmir tal-igganċjar huwa konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 94/20/KE.

    54

    Direttiva 96/27/KE

    (Impatt mill-ġenb)

    (a)

    L-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni mill-manifattur li tistabbilixxi li l-vettura partikolari, [li n-numru VIN tagħha jrid ikun speċifikat], hija konformi ma’ mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

    id-Direttiva 96/27/KE;

    FMVSS Nru 214 (‘Protezzjoni minn impatt mill-ġenb’);

    l-Artikolu 18 tal-JSRRV.

    (b)

    Jista’ jitwettaq test skont it-Taqsima 3 tal-Anness II tad-Direttiva 96/27/KE fuq vettura tal-produzzjoni fuq talba tal-applikant.

    (c)

    It-test għandu jitwettaq minn servizz tekniku Ewropew innotifikat li hu kompetenti għalih. Għandu jinħareġ rapport iddettaljat lill-applikant.

    56

    Direttiva 98/91/KE

    Vetturi maħsuba għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża

    Il-vetturi li jkunu maħsuba għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 94/55/KE.

    58

    Ir-Regolament (KE) Nru 78/2009

    (Protezzjoni ta’ persuni mexjin)

    Assistenza tal-brejk

    Il-vetturi għandu jkollhom sistema elettronika ta’ brejkijiet antilock li taġixxi fuq ir-roti kollha.

    Protezzjoni ta’ persuni mexjin

    Sal-24 ta’ Frar 2018, ir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-vetturi li l-massa massima tagħhom ma taqbiżx l-2 500 kg u sal-24 ta’ Awwissu 2019 għal-vetturi li l-massa massima tagħhom taqbeż l-2 500 kg.

    Sistemi ta’ protezzjoni frontali

    Madankollu, is-sistemi ta’ protezzjoni frontali installati fil-vettura għandhom ikunu approvati skont it-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 u l-installazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament.

    59

    Direttiva 2005/64/KE

    (Ir-Riċiklaġġibbiltà)

    Ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva ma għandhomx japplikaw.

    61

    Direttiva 2006/40/KE

    (Sistema ta’ arja kkundizzjonata)

    Ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw.

    (1)  Vettura titqies li hi rreġistrata meta tkun kisbet awtorizzazzjoni amministrattiva permanenti, temporanja jew għal medda qasira ta’ żmien għad-dħul fis-servizz fit-traffiku tat-triq, li tinvolvi l-identifikazzjoni tagħha jew il-ħruġ ta’ numru tar-reġistrazzjoni’"

    2.

    L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

    (a)

    l-ewwel sentenza tal-intestatura ta’ Mudell B hija sostitwita b’dan li ġej:

    MUDELL B

    (Biex jintuża għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistema)’

    (b)

    għandu jiżdied il-Mudell D li ġej:

    ‘MUDELL D

    (biex jintuża għall-approvazzjoni individwali armonizzat ta’ vettura skont l-Artikolu 24)

    Daqs massimu: A4 (210 × 297 mm)

    ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI INDIVIDWALI TAL-KE TA’ VETTURA

    Image

    Isem, indirizz, numru tal-telefown u indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità tal-approvazzjoni individwali

    Komunikazzjoni rigward l-approvazzjoni individwali ta’ vettura skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/46/KE

    Taqsima 1

    Jien, is-sottoskritt [… …isem u kariga] b’dan niċċertifika li l-vettura:

    0.1.   Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):…

    It-Tip:

    Il-Varjant:

    Il-Verżjoni:

    0.2.1.   L-isem kummerċjali:…

    0.4.   Il-kategorija tal-vettura (2): …

    0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur:…

    0.6.   Il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-pjanċi statutorji:…

    Il-post tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura:…

    0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli):

    0.10.   In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura:

    sottomessa għall-approvazzjoni nhar il-

    […… data tal-applikazzjoni]

    minn

    […… L-isem u l-indirizz tal-applikant]

    qiegħda tingħata l-approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/46/KE. B’xhieda ta’ dan, hija ġiet allokata n-numru ta’ approvazzjoni li ġej: …

    Il-vettura hija konformi mal-Appendiċi 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE. Hija tista’ tiġi rreġistrata b’mod permanenti mingħajr approvazzjoni ulterjuri fl-Istati Membri li għandhom it-traffiku (3) fuq in-naħa tal-lemin/xellug u li jużaw l-unitajiet metriċi/imperjali (3) għall-ispidomiter.

    (Post) (Data)

    (Firma (4))

    (Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni)

    […]

    […]

    […]

    Dokumenti mehmużin

    Żewġ ritratti (5) tal-vettura (riżoluzzjoni minima 640 × 480 pixel, ~7 × 10 cm)

    Taqsima 2

    Karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni

    1.   L-għadd tal-fusien: …u r-roti: …

    1.1.   L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien b’roti doppji: …

    3.   Fusien mgħammra (powered axes) (l-għadd, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni): …

    Dimensjonijiet ewlenin

    4.   Tul ta’ bejn ir-roti (1): … mm

    4.1.   L-ispazju bejn żewġ fusien: 1-2: … mm 2-3: … mm 3-4: … mm

    5.   It-tul: … mm

    6.   Il-wisa’: … mm

    7.   L-għoli: … mm

    Mases

    13.   Il-massa ta’ vettura lesta għas-sewqan: …kg (2)

    16.   Il-mases massimi teknikament permissibbli

    16.1.   Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli: …kg

    16.2.   Il-massa teknikament permissibbli fuq kull fus: 1. … kg 2. … kg 3. … kg eċċ.

    16.4.   Il-massa massima teknikament permissibbli tal-kombinazzjoni: … kg

    18.   Il-massa massima tal-irmunkar teknikament permissibbli fil-każ ta’:

    18.1.   Trejler bi drawbar: … kg

    18.2.   Semitrejler: … kg

    18.3.   Trejler tal-fus ċentrali: …kg

    18.4.   Trejler mingħajr brejkijiet: … kg

    19.   Il-massa vertikali statika massima teknikament permissibbli fil-punt tal-igganċjar: … kg

    L-impjant tal-enerġija

    20.   Il-manifattur tal-magna: …

    21.   Il-kodiċi tal-magna kif immarkata fuq il-magna: …

    22.   Il-prinċipju ta’ kif taħdem: …

    23.   Elettriku biss: iva/le (5)

    23.1.   Vettura ibrida [elettrika]: iva/le (5)

    24.   In-numru taċ-ċilindri u kif inhuma mqassma:…

    25.   Il-kapaċità tal-magna: …cm3

    26.   Il-fjuwil: Dijżil/petrol/LPG/NG – Bijometanu/Etanol/Bijodijżil/Idroġenu (5)

    26.1.   Monofjuwil/Bifjuwil/Flex fuel (5)

    27.   Qawwa netta massima (3): … kW f’ … min-1 jew saħħa massima kontinwa mogħtija (mutur tal-elettriku) … kW (5)

    Veloċità massima

    29.   Veloċità massima: … km/h

    Fusijiet u sospensjoni

    30.   Trekk tal-fus(ijiet): 1. … mm 2. … mm 3. … mm

    35.   Kombinazzjoni tajer/rota: …

    Karrozzerija

    38.   Kodiċi tal-karrozzerija (4): …

    40.   Kulur tal-vettura (5): …

    41.   In-numru u l-konfigurazzjoni tal-bibien: …

    42.   In-numru ta’ postijiet bilqiegħda (inkluż tas-sewwieq) (6): …

    42.1.   Sit(s) maħsub(a) biex jintuża(w) biss meta l-vettura tkun wieqfa: …

    42.3.   In-numru ta’ postijiet aċċessibbli għall-utenti tas-siġġijiet tar-roti: …

    Tagħmir tal-igganċjar

    44.   In-numru ta’ approvazzjoni jew il-marka ta’ approvazzjoni ta’ tagħmir tal-igganċjar (jekk imwaħħal): …

    Prestazzjoni ambjentali

    46.   Il-livell tal-ħoss

    Wieqfa: …dB(A) fil-veloċità tal-magna: …min-1

    Drive-by: … dB(A)

    47.   Il-livell tal-emissjonijiet mill-egżost (7): Euro …

    Leġiżlazzjoni oħra: …

    49.   L-emissjonijiet tad-CO2/il-konsum tal-fjuwil/il-konsum tal-enerġija elettrika (8):

    1.

    kull tip ta’ trasport b’magna għajr vetturi tal-elettriku biss

     

    L-emissjonijiet tad-CO2

    Il-konsum tal-fjuwil

    Ikkombinati:

    … g/km

    … l/100 km/m3/100 km (1)

    Iddifferenzjati, ikkombinati

    … g/km

    … l/100 km

    2.

    vetturi tal-elettriku biss u vetturi tal-elettriku ibridi OVC

    Il-konsum tal-enerġija elettrika (iddifferenzjati, ikkombinati (5)) … Wh/km

    52.   Rimarki

    53.   Informazzjoni addizzjonali (kilometraġġ (6), …)

    Noti ta’ spjegazzjoni relatati mal-mudell D tal-Anness VI


    (2)  Kif iddefinit fl-Anness II A

    (3)  Ħassar fejn ma japplikax.

    (4)  Jew rappreżentazzjoni viżwali ta’ “firma elettronika avvanzata” skont id-Direttiva 1999/93/KE, inkluża d-dejta għall-verifika.

    (5)  Waħda ¾ quddiem, waħda ¾ wara

    (1)  Din l-entrata għandha timtela biss meta l-vettura jkollha żewġ fusijiet.

    (2)  Din il-massa hija l-massa attwali tal-vettura fil-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 2.6 tal-Anness I.

    (5)  Ħassar fejn ma japplikax

    (3)  Għall-vetturi tal-elettriku ibridi, indika ż-żewġ outputs tal-elettriku.

    (4)  Għandhom jintużaw il-kodiċijiet deskritti fit-Taqsima C tal-Anness II.

    (5)  Indika biss il-kulur(i) bażiku/ċi: abjad, isfar, oranġjo, aħmar, vjola, blu, aħdar, griż, kannella jew iswed.

    (6)  Esklużi s-sits indikati sabiex jintużaw biss meta l-vettura tkun wieqfa u n-numru ta’ postijiet għas-siġġijiet bir-roti.

    (7)  Żid in-numru fil-livell tal-Euro u, jekk jixraq, il-karattru li jikkorrespondi għad-dispożizzjonijiet użati għall-approvazzjoni tat-tip.

    (8)  Irrepeti għall-fjuwils differenti li jistgħu jintużaw.’

    (6)  Kif iddefinit fl-Anness II A


    Top