Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0862

    2011/862/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2011 u li temenda d-Deċiżjoni 2010/712/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi approvati b’dik id-Deċiżjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9478)

    ĠU L 338, 21.12.2011, p. 64–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/862/oj

    21.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 338/64


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Diċembru 2011

    li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2011 u li temenda d-Deċiżjoni 2010/712/UE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi approvati b’dik id-Deċiżjoni

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9478)

    (2011/862/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 27(5) u (6) u 28(2)tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u ż-żoonożi.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (2) tistipula li biex jiġu approvati skont il-miżuri stipulati fl-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni għandhom jissodisfaw tal-anqas il-kriterji mniżżla fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/712/UE tat-23 ta’ Novembru 2010 li tapprova programmi annwali u pluriennali u l-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2011 u s-snin ta’ wara (3) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

    (4)

    Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri dwar l-infiq li sar għal dawk il-programmi. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni kollha tagħhom għall-2011, filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

    (5)

    Ċerti Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja attwali, jeħtieġ li jingħata appoġġ addizzjonali biex jiġu kkumpensati s-sidien tal-annimali maqtulin u miżuri oħra ffinanzjati f’livell ta’ 50 % biex jiġi żgurat li jitkomplew il-programmi veterinarji kofinanzjati mill-UE, sabiex tinżamm it-tendenza pożittiva fir-rigward tal-mard differenti.

    (6)

    Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għal livell ogħla ta’ finanzjament, filwaqt li qieset is-sitwazzjoni veterinarja u d-disponibbiltà tal-fondi mis-sena finanzjarja attwali, u qieset li huwa xieraq li l-miżuri eliġibbli li jiġu ffinanzjati f’livell ta’ 50 %, jingħataw appoġġ ikbar billi jiġi mmodifikat il-livell ta’ finanzjament għal 60 %.

    (7)

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal numru ta’ programmi nazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq li jiġu riallokati l-fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk li jipprevedu li se jaqbżuha. Ir-riallokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aktar tagħrif reċenti dwar in-nefqa reali mġarrba mill-Istati Membri kkonċernati.

    (8)

    Barra minn hekk, il-Portugall ippreżenta programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi tal-bovini, il-Latvja ppreżentat programm emendat għall-kontroll tas-salmonellożi, ir-Rumanija u s-Slovakkja ppreżentaw programmi emendati għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer, id-Danimarka ppreżentat programm ta’ stħarriġ emendat għall-influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar selvaġġi, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, u r-Renju Unit ippreżentaw programmi emendati għall-Enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE), l-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) u l-iskrapie u r-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja ppreżentaw programmi emendati għall-qerda tar-rabja.

    (9)

    Il-Kummissjoni vvalutat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu li huma konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/341/KE. Il-programmi emendati għandhom għalhekk jiġu approvati.

    (10)

    Id-Deċiżjoni 2010/712/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Approvazzjoni tal-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi tal-bovini ppreżentat mill-Portugall

    Il-programm emendat għall-qerda tal-bruċellożi tal-bovini ppreżentat mill-Portugall fit-12 ta’ April 2011 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

    Artikolu 2

    Approvazzjoni tal-programmi emendati għas-Salmonellożi (zoonotic salmonella) f’qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f’qatgħat tad-dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Belġju u mil-Latvja

    Il-programmi emendati li ġejjin għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f’qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u brojler ta’ Gallus gallus u f’qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) huma b’dan approvati għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

    (a)

    il-programm ippreżentat mill-Belġju fis-26 ta’ Lulju 2011;

    (b)

    il-programm ippreżentat mil-Latvja fit-8 ta’ Marzu 2011.

    Artikolu 3

    Approvazzjoni tal-programm emendat għall-programmi tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentati mir-Rumanija u s-Slovakkja

    Il-programmi emendati li ġejjin għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

    (a)

    il-programm ippreżentat mir-Rumanija fis-7 ta’ Ottubru 2011;

    (b)

    il-programm ippreżentat mis-Slovakkja fil-21 ta’ Novembru 2011.

    Artikolu 4

    Approvazzjoni tal-programm ta’ stħarriġ emendat għall-influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar selvaġġi ppreżentat mid-Danimarka

    Il-programm emendat ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar selvaġġi ppreżentat mid-Danimarka fl-4 ta’ Marzu 2011 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

    Artikolu 5

    Approvazzjoni ta’ programmi emendati għall-Enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE), l-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) u l-iskrapie, ippreżentati minn ċerti Stati Membri

    Il-programmi emendati li ġejjin għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSE), u għall-qerda tal-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini (BSE) u tal-iskrapie huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

    (a)

    il-programm ippreżentat mill-Belġju fil-15 ta’ Ġunju 2011;

    (b)

    il-programm ippreżentat mir-Repubblika Ċeka fis-17 ta’ Ġunju 2011;

    (c)

    il-programm ippreżentat mid-Danimarka fit-8 ta’ Ġunju 2011;

    (d)

    il-programm ippreżentat mill-Ġermanja fl-14 ta’ Ġunju 2011;

    (e)

    il-programm ippreżentat mill-Estonja fis-27 ta’ Ġunju 2011;

    (f)

    il-programm ippreżentat mill-Irlanda fid-29 ta’ Ġunju 2011;

    (g)

    il-programm ippreżentat minn Spanja fl-1 ta’ Lulju 2011;

    (h)

    il-programm ippreżentat minn Franza fit-13 ta’ Lulju 2011;

    (i)

    il-programm ippreżentat mill-Italja fit-22 ta’ Ġunju 2011;

    (j)

    il-programm ippreżentat minn Ċipru fit-30 ta’ Ġunju 2011;

    (k)

    il-programm ippreżentat mil-Latvja fit-28 ta’ Ġunju 2011;

    (l)

    il-programm ippreżentat mil-Lussemburgu fl-24 ta’ Ġunju 2011;

    (m)

    il-programm ippreżentat mill-Ungerija fid-29 ta’ Ġunju 2011;

    (n)

    il-programm ippreżentat mill-Pajjiżi l-Baxxi fit-30 ta’ Ġunju 2011;

    (o)

    il-programm ippreżentat mill-Awstrija fid-29 ta’ Ġunju 2011;

    (p)

    il-programm ippreżentat mill-Polonja fit-28 ta’ Ġunju 2011;

    (q)

    il-programm ippreżentat mill-Portugall fid-29 ta’ Ġunju 2011.

    (r)

    il-programm ippreżentat mis-Slovenja fit-8 ta’ Ġunju 2011;

    (s)

    il-programm ippreżentat mis-Slovakkja fit-30 ta’ Ġunju 2011;

    (t)

    il-programm ppreżentat mill-Finlandja fit-22 ta’ Ġunju 2011;

    (u)

    il-programm ippreżentat mill-Isvezja fl-20 ta’ Ġunju 2011;

    (v)

    il-programm ippreżentat mir-Renju Unit fit-28 ta’ Ġunju 2011.

    Artikolu 6

    Approvazzjoni tal-programmi emendati għar-rabja ppreżentati mir-Rumanija u mill-Finlandja

    Il-programmi emendati li ġejjin għall-qerda tar-rabja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011:

    (a)

    il-programm ippreżentat mir-Rumanija fit-23 ta’ Settembru 2011;

    (b)

    il-programm ppreżentat mill-Finlandja fil-15 ta’ Settembru 2011.

    Artikolu 7

    Approvazzjoni tal-programm multiannwali għar-rabja emendat ippreżentat mis-Slovenja

    Il-programm multiannwali emendat għall-qerda tar-rabja ppreżentat mis-Slovenja fis-16 ta’ Settembru 2011 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    Artikolu 8

    Emendi għad-Deċiżjoni 2010/712/UE

    Id-Deċiżjoni 2010/712/UE hija emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 4 600 000 għal Spanja;

    (ii)

    EUR 3 000 000 għall-Italja;

    (iii)

    EUR 90 000 għal Ċipru;

    (iv)

    EUR 1 040 000 għall-Portugall;

    (v)

    EUR 1 350 000 għar-Renju Unit.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(a)

    :

    għal test rose bengal

    :

    EUR 0,24 għal kull test;

    (b)

    :

    għal test SAT

    :

    EUR 0,24 għal kull test;

    (c)

    :

    għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

    :

    EUR 0,48 għal kull test;

    (d)

    :

    għal test ELISA

    :

    EUR 1,2 għal kull test”.

    2.

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 16 000 000 għall-Irlanda;

    (ii)

    EUR 18 500 000 għal Spanja;

    (iii)

    EUR 5 500 000 għall-Italja;

    (iv)

    EUR 1 440 000 għall-Portugall;

    (v)

    EUR 26 500 000 għar-Renju Unit.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) u (b) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

    “(a)

    :

    għal test għat-tuberkulożi

    :

    EUR 2,4 għal kull test;

    (b)

    :

    għal test gamma-interferon

    :

    EUR 6 għal kull test”.

    3.

    L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 160 000 għall-Greċja;

    (ii)

    EUR 9 200 000 għal Spanja;

    (iii)

    EUR 4 200 000 għall-Italja;

    (iv)

    EUR 85 000 għal Ċipru;

    (v)

    EUR 2 260 000 għall-Portugall.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) u (b) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

    “(a)

    :

    għal test rose bengal

    :

    EUR 0,24 għal kull test;

    (b)

    :

    għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

    :

    EUR 0.48 għal kull test”.

    4.

    L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 420 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 10 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 1 700 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv)

    EUR 0 għad-Danimarka;

    (v)

    EUR 400 000 għall-Ġermanja;

    (vi)

    EUR 10 000 għall-Estonja;

    (vii)

    EUR 10 000 għall-Irlanda;

    (viii)

    EUR 100 000 għall-Greċja;

    (ix)

    EUR 5 200 000 għall-Spanja;

    (x)

    EUR 3 000 000 għal Franza;

    (xi)

    EUR 300 000 għall-Italja;

    (xii)

    EUR 20 000 għal-Latvja;

    (xiii)

    EUR 5 000 għal-Litwanja;

    (xiv)

    EUR 60 000 għall-Ungerija;

    (xv)

    EUR 10 000 għal Malta;

    (xvi)

    EUR 50 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

    (xvii)

    EUR 160 000 għall-Awstrija;

    (xviii)

    EUR 50 000 għall-Polonja;

    (xix)

    EUR 1 650 000 għall-Portugall;

    (xx)

    EUR 100 000 għar-Rumanija;

    (xxi)

    EUR 50 000 għas-Slovenja;

    (xxii)

    EUR 60 000 għas-Slovakkja;

    (xxiii)

    EUR 20 000 għall-Finlandja;

    (xxiv)

    EUR 20 000 għall-Isvezja.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (f) huma sostitwiti b’li ġej:

    “(a)

    :

    għal test ELISA

    :

    EUR 3 għal kull test;

    (b)

    :

    għal test PCR

    :

    EUR 12 għal kull test;

    (c)

    :

    għax-xiri ta’ tilqim monovalenti

    :

    EUR 0,36 għal kull doża;

    (d)

    :

    għax-xiri ta’ tilqim bivalenti

    :

    EUR 0,54 għal kull doża;

    (e)

    :

    għall-amministrazzjoni ta’ tilqim għall-annimali bovini

    :

    EUR 1,80 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati;

    (f)

    :

    għall-amministrazzjoni ta’ tilqim għall-annimali ovini jew kaprini

    :

    EUR 0,90 għal kull annimal ovin jew kaprin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati;”

    5.

    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 1 200 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 25 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 2 100 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv)

    EUR 340 000 għad-Danimarka;

    (v)

    EUR 1 000 000 għall-Ġermanja;

    (vi)

    EUR 40 000 għall-Estonja;

    (vii)

    EUR 120 000 għall-Irlanda;

    (viii)

    ta’ EUR 1 000 000 għall-Greċja;

    (ix)

    EUR 1 300 000 għal Spanja;

    (x)

    EUR 660 000 għal Franza;

    (xi)

    EUR 1 700 000 għall-Italja;

    (xii)

    EUR 150 000 għal Ċipru;

    (xiii)

    EUR 1 650 000 għal-Latvja;

    (xiv)

    EUR 20 000 għal-Lussemburgu;

    (xv)

    EUR 2 400 000 għall-Ungerija;

    (xvi)

    EUR 150 000 għal Malta;

    (xvii)

    EUR 3 900 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xviii)

    EUR 1 200 000 għall-Awstrija;

    (xix)

    EUR 4 800 000 għall-Polonja;

    (xx)

    EUR 65 000 għall-Portugall;

    (xxi)

    EUR 500 000 għar-Rumanija;

    (xxii)

    EUR 120 000 għas-Slovenja;

    (xxiii)

    EUR 600 000 għas-Slovakkja;

    (xxiv)

    EUR 75 000 għar-Renju Unit.’

    (c)

    Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (e) huma sostitwiti b’li ġej:

    “(a)

    :

    għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni/iżolament)

    :

    EUR 8,4 għal kull test;

    (b)

    :

    għax-xiri ta’ tilqima

    :

    EUR 0,06 għal kull doża;

    (c)

    :

    għas-serotipar tal-iżolati rilevanti tas-salmonella spp.

    :

    EUR 24 għal kull test;

    (d)

    :

    għal test batterjoloġiku biex jivverifika l-effiċjenza ta’ diżinfezzjoni tal-gallinari tat-tiġieġ wara d-depopulazzjoni ta’ qatgħa li tittestja pożittiv għas-salmonella,

    :

    EUR 6 għal kull test;

    (e)

    :

    għal test għad-detezzjoni tal-aġenti antimikrobi jew l-effett ta’ inibizzjoni tal-formazzjoni ta’ batterji fit-tessuti, minn tjur meħudin minn qatgħet ittestjati għas-Salmonella

    :

    EUR 6 għal kull test”

    6.

    L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 120 000 għall-Bulgarija;

    (ii)

    EUR 1 600 000 għall-Ġermanja;

    (iii)

    EUR 240 000 għal Franza;

    (iv)

    EUR 160 000 għall-Italja;

    (v)

    EUR 700 000 għall-Ungerija;

    (vi)

    EUR 700 000 għar-Rumanija;

    (vii)

    EUR 30 000 għas-Slovenja;

    (viii)

    EUR 300 000 għas-Slovakkja.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3, “EUR 2,5” hija sostitwita bi’“EUR 3”.

    7.

    L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(b), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 90 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 25 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 70 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv)

    EUR 80 000 għad-Danimarka;

    (v)

    EUR 300 000 għall-Ġermanja;

    (vi)

    EUR 10 000 għall-Estonja;

    (vii)

    EUR 75 000 għall-Irlanda;

    (viii)

    EUR 50 000 għall-Greċja;

    (ix)

    EUR 150 000 għal Spanja;

    (x)

    EUR 150 000 għal Franza;

    (xi)

    EUR 1 000 000 għall-Italja;

    (xii)

    EUR 20 000 għal Ċipru;

    (xiii)

    EUR 45 000 għal-Latvja;

    (xiv)

    EUR 10 000 għal-Litwanja;

    (xv)

    EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

    (xvi)

    EUR 360 000 għall-Ungerija;

    (xvii)

    EUR 20 000 għal Malta;

    (xviii)

    EUR 360 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

    (xix)

    EUR 60 000 għall-Awstrija;

    (xx)

    EUR 100 000 għall-Polonja;

    (xxi)

    EUR 45 000 għall-Portugall;

    (xxii)

    EUR 180 000 għar-Rumanija;

    (xxiii)

    EUR 50 000 għas-Slovenja;

    (xxiv)

    EUR 15 000 għas-Slovakkja;

    (xxv)

    EUR 25 000 għall-Finlandja;

    (xxvi)

    EUR 50 000 għall-Isvezja;

    (xxvii)

    EUR 160 000 għar-Renju Unit.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3, il-punti minn (a) sa (e) huma sostitwiti b’li ġej:

    “(a)

    :

    test ELISA

    :

    EUR 2,4 għal kull test;

    (b)

    :

    test bl-immunodiffużjoni fil-ġel agar

    :

    EUR 1,44 għal kull test;

    (c)

    :

    test HI għal H5/H7

    :

    EUR 14,40 għal kull test;

    (d)

    :

    test bl-iżolament tal-vajrus

    :

    EUR 48 għal kull test;

    (e)

    :

    test PCR

    :

    EUR 24 għal kull test.”

    8.

    L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 2(c), “50 %” huwa sostitwit b’“60 %”.

    (b)

    Il-paragrafu 2(d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(d)

    mhux iktar minn dawn iċ-ċifri li ġejjin:

    (i)

    EUR 1 900 000 għall-Belġju;

    (ii)

    EUR 330 000 għall-Bulgarija;

    (iii)

    EUR 1 030 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv)

    EUR 1 370 000 għad-Danimarka;

    (v)

    EUR 7 750 000 għall-Ġermanja;

    (vi)

    EUR 330 000 għall-Estonja;

    (vii)

    EUR 4 000 000 għall-Irlanda;

    (viii)

    EUR 2 000 000 għall-Greċja;

    (ix)

    EUR 6 650 000 għal Spanja;

    (x)

    EUR 18 850 000 għal Franza;

    (xi)

    EUR 6 000 000 għall-Italja;

    (xii)

    EUR 1 700 000 għal Ċipru;

    (xiii)

    EUR 320 000 għal-Latvja;

    (xiv)

    EUR 720 000 għal-Litwanja;

    (xv)

    EUR 125 000 għal-Lussemburgu;

    (xvi)

    EUR 1 180 000 għall-Ungerija;

    (xvii)

    EUR 25 000 għal Malta;

    (xviii)

    EUR 3 530 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

    (xix)

    EUR 1 800 000 għall-Awstrija;

    (xx)

    EUR 3 440 000 għall-Polonja;

    (xxi)

    EUR 1 800 000 għall-Portugall;

    (xxii)

    EUR 1 000 000 għar-Rumanija;

    (xxiii)

    EUR 250 000 għas-Slovenja;

    (xxiv)

    EUR 550 000 għas-Slovakkja;

    (xxv)

    EUR 580 000 għall-Finlandja;

    (xxvi)

    EUR 850 000 għall-Isvezja;

    (xxvii)

    EUR 6 500 000 għar-Renju Unit.”

    (c)

    Fil-paragrafu 3(d), “EUR 10” hija sostitwita bi “EUR 12”.

    9.

    L-Artikolu 10, il-paragrafu 2(c) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-punt (i), “EUR 1 800 000” huwa sostitwit bi “EUR 850 000”;

    (b)

    Fil-punt (ii), “EUR 620,000” huwa sostitwit b’“EUR 570,000”;

    (c)

    Fil-punt (iv), “EUR 7 110 000” huwa sostitwit bi “EUR 8 110 000”;

    (d)

    Fil-punt (v), “EUR 5 000 000” huwa sostitwit b’“EUR 2 100 000”;

    (e)

    Fil-punt (vii), “EUR 200 000” huwa sostitwit b’“EUR 290 000”;

    10.

    Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 10, “il-paragrafi 2 u 3” huwa sostitwit b’“il-paragrafu 2(a), il-paragrafu 2(b) u l-paragrafu 3”.

    11.

    Il-paragrafu 5(c) tal-Artikolu 11, huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-punt (i), “EUR 2 250 000” huwa sostitwit b’“EUR 1 600 000”;

    (b)

    Fil-punt (ii), “EUR 1 800 000” huwa sostitwit b’“EUR 1 500 000”;

    (c)

    Fil-punt (v), “EUR 740 000” huwa sostitwit bi “EUR 850 000”.

    12.

    Fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 11, “il-paragrafi 5 u 6” huwa sostitwit b’“il-paragrafu 5(a), il-paragrafu 5(b) u l-paragrafu 6”.

    Artikolu 9

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

    (3)  ĠU L 309, 25.11.2010, p. 18.


    Top