Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1172

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1172/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jqassam, għas-sena tas-suq 2009/2010, 5000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

ĠU L 314, 1.12.2009, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1172/oj

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1172/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jqassam, għas-sena tas-suq 2009/2010, 5 000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (2) jistipula li l-5 000 tunnellata ta’ fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb biex titqassam bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti, kif stipulat fl-Artikolu 94(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sena tas-suq 2009/2010, għandha tkun allokata qabel is-16 ta’ Novembru tas-sena tas-suq li tkun għaddejja.

(2)

Għal dak il-għan, id-Danimarka bagħtet lill-Kummissjoni tagħrif relatat maż-żoni koperti b’kuntratti ta’ bejgħ/xiri, impenji ta’ proċessar u kuntratti ta’ proċessar, u stima tar-rendiment tat-tiben u l-fibra tal-kittien u l-qanneb.

(3)

Bil-maqlub, l-ebda fibra ta’ kittien jew qanneb mhi se tiġi prodotta għas-sena tas-suq 2009/2010 fl-Italja, l-Irlanda, il-Greċja jew il-Lussemburgu.

(4)

Fuq il-bażi ta’ stimi ta’ produzzjoni li jirriżultaw mit-tagħrif pprovdut, il-produzzjoni totali fil-ħames Stati Membri konċernati mhux se tilħaq il-kwantità totali ta’ 5 000 tunnellata allokati għalihom, u l-kwantitajiet nazzjonali garantiti li jidhru hawn taħt għandhom ikunu stabbiliti.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2009/2010, it-tqassim fi kwantitajiet nazzjonali garantiti stipulat fl-Artikolu 94(1a) flimkien mal-Anness XI A.II.(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun kif ġej:

Id-Danimarka

95.2 tunnellata,

L-Irlanda

0 tunnellata,

Il-Greċja

0 tunnellata,

L-Italja

0 tunnellata,

Il-Lussemburgu

0 tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-16 ta’ Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 38.


Top