EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0308

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2009 tal- 15 ta' April 2009 li jemenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Annessi IIIA u VI għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

ĠU L 97, 16.4.2009, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R1157

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/308/oj

16.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 308/2009

tal-15 ta' April 2009

li jemenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Annessi IIIA u VI għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-qbil li nltlaħaq fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-kontroll ta' Movimenti Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu, li saret mis-27 ta' Novembru sal-1 ta' Diċembru 2006, jesiġi emenda tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart. L-emenda tikkonċerna s-sostituzzjoni ta' “kg” u “litru” b'“Tunnellati (Mg)” għat-total tal-kwantità ta' skart approvata minn qabel u tirriżulta f'konsistenza mal-unitajiet ipprovduti fl-Annessi IA, IB u VII għal dak ir-Regolament.

(2)

Barra minn hekk l-Istati Membri, skont l-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, fid-29 ta' Frar 2008, l-10 ta' Marzu 2008, is-17 ta' Marzu 2008 u d-29 ta' April 2008 ppreżentaw talbiet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra t-taħlitiet ta' żewġ tipi ta' skart jew aktar elenkati fl-Anness III għall-inklużjoni fl-Anness IIIA.

(3)

Il-korrispondenti, maħtura skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, ftiehmu f'laqgħa li saret skont l-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament li jippreżentaw ma' kull talba għall-inklużjoni tat-taħlitiet fl-Anness IIIA ċertu tagħrif sabiex tkun tista' titwettaq valutazzjoni tat-taħlitiet konċernati. It-tagħrif kien soġġett għal valutazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(4)

Il-kunċett ta' ġestjoni ta' skart li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent jinkludi l-użu ta' tekniki u teknoloġiji li kapaċi jnaqqsu l-ħsara ambjentali permezz ta' proċessi u materjali li jiġġeneraw anqas sustanzi li għandhom potenzjal ta' ħsara u jirkupraw dan it-tip ta' sustanzi mill-emissjonijiet qabel ir-rilaxx, jew jutilizzaw u jirriċiklaw ir-residwi tal-produzzjoni. Il-pajjiżi fejn tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD għandhom l-obbligu li jiżguraw li l-faċilitajiet ta' rkupru tagħhom jużaw tekniki avvanzati għall-irkupru tal-iskart. Tekniki avvanzati ta' rkupru jkunu essenzjali meta t-taħlitiet ta' skart jinkludu skart eteroġenu bħal gagazza mill-ipproċessar ta’ metalli prezzjużi u ram. Mhemmx garanzija li l-pajjiżi fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD jilħqu dawn l-istandards. Għalhekk, it-taħlitiet ta' skart inklużi gagazzi mill-ipproċessar ta' metalli prezzjużi u ram li huma kklassifikati taħt (OECD) entrata GB040 fl-Anness IIIA ma għandhomx japplikaw għall-pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax.

(5)

Għalhekk l-Annessi IIIA u VI għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Jista' jkun xieraq li l-lista tat-taħlitiet ta' skart tal-Anness IIIA tiġi riveduta, u b'mod partikolari l-entrati li mhumiex applikabbli għall-pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax, b'kunsiderazzjoni għat-tagħrif riċevut minn dawn il-pajjiżi rigward il-kapaċità teknoloġika biex jirkupraw l-iskart kif ukoll il-ġestjoni tal-iskart li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IIIA u VI għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandhom jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness IIIA għandu jiġi rivedut, jekk ikun xieraq, fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari sabiex jitqies sew it-tagħrif riċevut mill-pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax rigward il-kapaċità teknoloġika tagħhom biex jirkupraw l-iskart kif ukoll l-evidenza li l-ġestjoni tal-iskart titwettaq skont kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk fil-pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD tapplika.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


ANNESS

(1)

L-Anness IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IIIA

TAĦLITIET TA' ŻEWĠ TIPI TA' SKART JEW AKTAR ELENKATI FL-ANNESS III U MHUX IKKLASSIFIKATI TAĦT ENTRATA WAĦDA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(2)

1.

Irrispettivament minn jekk it-taħlitiet jiġux inklużi jew le f'din il-lista, dawn ma jistgħux ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' tagħrif ġenerali stipulati fl-Artikolu 18 jekk ikunu kkontaminati b'materjali oħra sal-punt li

(a)

ikabbru r-riskji assoċjati mal-iskart b'mod suffiċjenti li jkun xieraq li huma jiġu sottoposti għall-proċedura ta' notifika u kunsens bil-miktub minn qabel, meta jitqiesu l-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III għad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE; jew

(b)

jipprevjenu l-irkupru tal-iskart b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

2.

It-taħlitiet ta' skart li ġejjin huma inklużi fl-Anness:

(a)

Taħlitiet ta' skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1050 ta’ Basel;

(b)

Taħlitiet ta' skart ikklassifikati taħt l-entrati B1010 u B1070 ta’ Basel;

(c)

Taħlitiet ta' skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD) u taħt l-entrata B1100 ta’ Basel ristretti għal żingu mhux pur u iebes, ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu, tneħħija ta’ aluminju mill-wiċċ ta’ likwidu (jew tneħħija mill-wiċċ ta’ likwidu) li teskludi fdalijiet ta’ melħ minn metall imdewweb u skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih;

(d)

Taħlitiet ta' skart ikklassifikati taħt l-entrata GB040 (OECD), taħt l-entrata B1070 ta’ Basel u taħt l-entrata B1100 ta’ Basel ristretti għal skart ta' kisi ta' refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib tar-ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih.

L-entrati msemmija fil-punti (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni OECD ma tapplikax.”

(2)

L-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VI

FORMOLA GĦALL-FAĊILITAJIET LI JKUNU APPROVATI MINN QABEL (L-ARTIKOLU 14)

Awtorità kompetenti

Faċilità ta' rkupru

Identifikazzjoni tal-iskart

Perjodu tal-validità

Total tal-kwantità approvata minn qabel

Isem u numru tal-faċilità ta' rkupru

Indirizz

Operazzjoni ta' rkupru

(kodiċi + R)

Teknoloġiji wżati

(Kodiċi)

Minn

Sa

(Tunnellati (Mg))”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Top