This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0908
Council Decision of 1 December 2009 laying down measures for the implementation of the European Council Decision on the exercise of the Presidency of the Council, and on the chairmanship of preparatory bodies of the Council
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
ĠU L 322, 9.12.2009, pp. 28–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
29/09/2024
|
9.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Diċembru 2009
li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill
(2009/908/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 16(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 236(b) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew”). |
|
(2) |
Dawk il-miżuri implimentattivi jinkludu l-ordni li fih il-gruppi ta' tliet Stati Membri stabbiliti minn qabel għandhom ikollhom il-Presidenza b'rotazzjoni għal perijodi konsekuttivi ta' 18-il xahar b'kont meħud tal-fatt li mill-1 ta' Jannar 2007 teżisti, f'konformità mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, sistema ta' Programmi tal-Kunsill ta' 18-il xahar maqbula bejn it-tliet Presidenzi li jkollhom il-mandat matul il-perijodu kkonċernat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, il-kompożizzjoni tal-gruppi għandha tieħu kont tad-diversità tal-Istati Membri u tal-bilanċ ġeografiku fl-Unjoni. |
|
(4) |
It-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri f'kull grupp hija prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew. F'waħda jew l-oħra mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(1) ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri f'kull grupp jiddeterminaw bi ftehim komuni l-arranġamenti prattiċi għall-kollaborazzjoni tagħhom. |
|
(5) |
Barra minn hekk, dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu regoli speċifiċi dwar kif jiġu ppreseduti l-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew. |
|
(6) |
Il-parti l-kbira ta' dawk il-korpi preparatorji għandhom jiġu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (minn hawn 'il quddiem “ir-Rappreżentant Għoli”), filwaqt li l-kumplament tagħhom għandhom jibqgħu jiġu ppreseduti mill-Presidenza ta’ sitt xhur. Meta l-president ta’ dawn il-korpi jkun rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, jista’ japplika perijodu transitorju. |
|
(7) |
Il-korpi preparatorji li huma ppreseduti f'konformità ma' sistema oħra għajr il-Presidenza ta' sitt xhur għandhom ukoll jiġu elenkati f'din id-Deċiżjoni, kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew. |
|
(8) |
Il-presidenza tal-korpi preparatorji li mhumiex elenkati f'din id-Deċiżjoni ser tiġi ppreseduta skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ordni li fih l-Istati Membri għandhom ikollhom il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2007 huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Jannar 2007 li tistabbilixxi l-ordni tal-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (2).
It-tqassim ta' dan l-ordni tal-Presidenzi fi grupp ta' tliet Stati Membri, skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, huwa stabbilit fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Kull membru ta' grupp, kif imsemmi fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu, għandu skont min imiss jippresjedi għal perijodu ta' sitt xhur il-konfigurazzjonijiet kollha tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-konfigurazzjoni tal-Affarijiet Barranin. Il-membri l-oħra tal-grupp għandhom jassistu lill-Presidenza fir-responsabbiltajiet kollha tagħha abbażi tal-programm tal-Kunsill ta' 18-il xahar.
2. Il-membri ta' grupp kif imsemmi fl-Artikolu 1 jistgħu jiddeċiedu arranġamenti alternattivi bejniethom.
3. F'waħda jew l-oħra mis-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri f'kull grupp għandhom jiddeterminaw bi ftehim komuni l-arranġamenti prattiċi għall-kollaborazzjoni tagħhom.
Artikolu 3
L-ordni li fih l-Istati Membri ser ikollhom il-Presidenza mill-1 ta' Lulju 2020 għandu jiġi deċiż mill-Kunsill qabel l-1 ta' Lulju 2017.
Artikolu 4
Il-korpi preparatorji tal-Kunsill Affarijiet Barranin għandhom jiġu ppreseduti skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 5
Il-korpi preparatorji tal-Kunsill elenkati fl-Anness III għandhom jiġu ppreseduti minn presidenti fissi kif stabbilit f'dak l-Anness.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, fl-1 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
B. ASK
ANNESS I
|
Ġermanja |
Jannar-Ġunju |
2007 |
|
Portugall |
Lulju-Diċembru |
2007 |
|
Slovenja |
Jannar-Ġunju |
2008 |
|
Franza |
Lulju-Diċembru |
2008 |
|
Repubblika Ċeka |
Jannar-Ġunju |
2009 |
|
Svezja |
Lulju-Diċembru |
2009 |
|
Spanja |
Jannar-Ġunju |
2010 |
|
Belġju |
Lulju-Diċembru |
2010 |
|
Ungerija |
Jannar-Ġunju |
2011 |
|
Polonja |
Lulju-Diċembru |
2011 |
|
Danimarka |
Jannar-Ġunju |
2012 |
|
Ċipru |
Lulju-Diċembru |
2012 |
|
Irlanda |
Jannar-Ġunju |
2013 |
|
Litwanja |
Lulju-Diċembru |
2013 |
|
Greċja |
Jannar-Ġunju |
2014 |
|
Italja |
Lulju-Diċembru |
2014 |
|
Latvja |
Jannar-Ġunju |
2015 |
|
Lussemburgu |
Lulju-Diċembru |
2015 |
|
Olanda |
Jannar-Ġunju |
2016 |
|
Slovakkja |
Lulju-Diċembru |
2016 |
|
Malta |
Jannar-Ġunju |
2017 |
|
Renju Unit |
Lulju-Diċembru |
2017 |
|
Estonja |
Jannar-Ġunju |
2018 |
|
Bulgarija |
Lulju-Diċembru |
2018 |
|
Awstrija |
Jannar-Ġunju |
2019 |
|
Rumanija |
Lulju-Diċembru |
2019 |
|
Finlandja |
Jannar-Ġunju |
2020 |
ANNESS II
PRESIDENZA TAL-KORPI PREPARATORJI TAL-KUNSILL AFFARIJIET BARRANIN (1)
Il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill Affarijiet Barranin imsemmija fil-kategoriji 1 sa 4 fit-tabella hawn taħt għandha tiġi organizzata kif ġej:
|
1) |
Kategorija 1 (korpi preparatorji fil-qasam tal-kummerċ u l-iżvilupp): Il-korpi preparatorji għandhom ikunu ppreseduti mill-Presidenza ta' sitt xhur. |
|
2) |
Kategorija 2 (korpi preparatorji ġeografiċi): Il-korpi preparatorji għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli. |
|
3) |
Kategorija 3 (korpi preparatorji orizzontali, prinċipalment PESK) Il-korpi preparatorji għandhom jiġu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, ħlief il-korpi preparatorji li ġejjin, li għandhom ikunu ppreseduti mill-Presidenza ta' sitt xhur:
|
|
4) |
Kategorija 4 (korpi preparatorji relatati mal-PSDK) Il-korpi preparatorji relatati mal-PSDK għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli (2). |
Ir-Rappreżentant Għoli u l-Presidenza ta' sitt xhur għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw koerenza fost il-korpi preparatorji kollha għall-Kunsill Affarijiet Barranin.
Għall-kategoriji 3 u 4, il-Presidenza ta' sitt xhur għandha tkompli tippresjedi l-korpi preparatorji matul il-perijodu transitorju sa sitt xhur wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Għall-kategorija 2, dan il-perijodu transitorju għandu jkun ta' 12-il xahar.
Modalitajiet għall-ħatra tal-presidenti
Fejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew jew din id-Deċiżjoni tistipula li korp preparatorju (KPS u gruppi ta' ħidma rilevanti) għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli, ir-responsabbiltà tal-ħatra tal-president għandha tkun f'idejn ir-Rappreżentant Għoli. Dawn il-ħatriet għandhom isiru abbażi tal-kompetenza, waqt li jkunu żgurati bilanċ ġeografiku u trasparenza adegwati. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiżgura li l-persuna li huwa biħsiebu jaħtar bħala president ikollha l-fiduċja tal-Istati Membri. Jekk dik il-persuna għadha mhijiex membru tas-SEAE, hija għandha ssir membru skont il-proċeduri ta' reklutaġġ tas-SEAE, ta' mill-inqas għal matul iż-żmien tal-ħatra. Għandha ssir evalwazzjoni tal-funzjonament ta' dan l-arranġament fil-qafas tar-rapport ta' status dwar is-SEAE previst għall-2012.
|
Kumitat tal-Artikolu 207 |
||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-AKP |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DEVGEN) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-EFTA |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar Merkanzija ta' Użu Doppju |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar Kwistjonijiet Kummerċjali |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar Prodotti Bażiċi |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar it-Tħejjija ta' Konferenzi Internazzjonali dwar l-Iżvilupp/UNCCD Desertifikazzjoni/UNCTAD |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar Għajnuna Umanitarja u Għajnuna Alimentari |
|||
|
Grupp dwar Krediti għall-Esportazzjoni |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar il-Maxreq/il-Magreb (COMAG/MaMa) |
||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali (COEST) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar ir-Reġjun tal-Balkani tal-Punent (COWEB) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma għal-Lvant Nofsani/il-Golf (COMEM/MOG) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja (COASI) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-Amerika Latina (COLAT) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar ir-Relazzjonijiet Transatlantiċi (COTRA) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-Afrika (COAFR) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma ta' Kunsilliera għar-Relazzjonijiet Barranin (RELEX) |
||
|
Grupp Nicolaidis |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar id-Diżarm Globali u l-Kontroll tal-Armi (CODUN) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar in-Non-Proliferazzjoni (CONOP) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar it-Terroriżmu (Aspetti Internazzjonali) (COTER) (3) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (COCOP) (3) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-OSCE u l-Kunsill tal-Ewropa (COSCE) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar In-Nazzonijiet Uniti (CONUN) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (COMEP) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR, COJUR-ICC) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi tal-Baħar (COMAR) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar Affarijiet Konsulari (COCON) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar Affarijiet Amministrattivi u Protokoll tal-PESK (CODAM) |
|||
|
Kumitat Militari (EUMC) |
||
|
Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat Militari (EUMCWG) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma Politiku/Militari (PMG) |
|||
|
Kumitat għall-Aspetti Ċivili tal-Maniġġar ta' Kriżijiet (CIVCOM) |
|||
|
Grupp ta' Ħidma dwar il-Politika Ewropea dwar l-Armi |
(1) Wara l-1 ta' Diċembru 2009 għandha ssir malajr reviżjoni tal-ambitu u l-organizzazzjoni tal-istrutturi ta' ħidma fil-qasam tal-affarijiet barranin, b'mod partikolari fir-rigward tal-qasam tal-iżvilupp. L-arranġamenti dwar il-presidenza tal-partijiet ta' ħidma għandhom, jekk meħtieġ, jiġu adattati skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti f'dan l-Anness.
(2) Il-Kumitat Militari (EUMC) u l-Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat Militari (EUMCWG) għandhom jibqgħu jkunu ppreseduti minn president elett hekk kif kien il-każ qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
(3) Il-kwistjoni dwar il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Terroriżmu (Aspetti Internazzjonali) (COTER) u tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (COCOP) ser tiġi ttrattata wkoll fil-qafas tad-diskussjoni dwar l-istrutturi ta' ħidma tal-ĠAI.
ANNESS III
PRESIDENTI TAL-KORPI PREPARATORJI TAL-KUNSILL BI PRESIDENZA FISSA
Presidenti eletti
|
|
Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju |
|
|
Kumitat tal-Impjiegi |
|
|
Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali |
|
|
Kumitat Militari (1) |
|
|
Kumitat tal-Politika Ekonomika |
|
|
Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji |
|
|
Grupp ta' Ħidma tal-Kumitat Militari (1) |
|
|
Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (Tassazzjoni tal-Intrapriżi) |
Preseduti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
|
|
Kumitat tas-Sigurtà |
|
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-Informazzjoni |
|
|
Grupp ta' Ħidma dwar l-Ipproċessar ta' Informazzjoni Ġuridika |
|
|
Grupp ta' Ħidma dwar il-Komunikazzjoni Elettronika |
|
|
Grupp ta' Ħidma dwar il-Kodifikazzjoni tal-Leġislazzjoni |
|
|
Grupp ta' Ħidma tal-Ġuristi-Lingwisti |
|
|
Grupp ta' Ħidma dwar Binjiet Ġodda |
(1) Ara wkoll l-Anness II.