EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0863

2009/863/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2009 fir-rigward ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għas-sena 2010, lil ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9343)

ĠU L 314, 1.12.2009, p. 91–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/863/oj

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/91


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

fir-rigward ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għas-sena 2010, lil ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9343)

(It-testi bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana, Spanjola u Żvediża biss huma awtentiċi)

(2009/863/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tal-kontroll tal-ikel u l-għalf jistgħu jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità skont l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jistabbilixxi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jiġu mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji għandhom jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ f’ċertu limitu ta’ żmien.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u kull laboratorju ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa sostnut minn programm ta’ ħidma multiannwali.

(4)

Il-Kummissjoni eżaminat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi tal-baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2010.

(5)

Għalhekk, kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità maħtura, biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 jistipula regoli ta’ eliġibilità għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant fil-laqgħat ta’ ħidma. Derogi lil dik il-limitazzjoni għandhom jingħataw skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 lil laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li jeħtieġ appoġġ għal attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta’ ħidma tiegħu. Id-derogi jistgħu jinkisbu fil-każ li Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità jieħu t-tmexxija u r-responsabbiltà meta tiġi organizzata laqgħa ta’ ħidma ma’ Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità ieħor.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (4), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG). Barra minn hekk, l-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tar-regolament jipprevedi li f’każi eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju (5), l-infiq marbut ma’ spejjeż amministrattivi u tal-istaff imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-EAGF għandu jiġi mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Etudes et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, b’mod partikolari għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 302 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-EUR 23 000.

Artikolu 2

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, fl-Olanda biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 354 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 3

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria (Ministerio de Sanidad y Consumo), Vigo, fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-ibħra.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 260 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 4

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science, Weymouth, fir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 265 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 35 000.

Artikolu 5

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Listeria monocytogenes.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 309 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 22 500.

Artikolu 6

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ Staphylococci Koagulasi pożittiva, inkluż l-iStaphylococccus aureus.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 291 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 22 500.

Artikolu 7

1.   Il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), f’Ruma, l-Italja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar tal-Escherichia coli inkluż il-Verotoxigenic E. Coli (VTEC).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 250 381.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż l-EUR 20 000.

Artikolu 8

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala, fl-Iżvezja, biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tal-Campylobacter.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 275 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 9

1.   Il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), f’Ruma, l-Italja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, fir-rigward tal-analiżi u l-ittestjar ta’ parassiti (b’mod partikolari t-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 312 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 10

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, fid-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-monitoraġġ tar-resistenza antimikrobjali.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 370 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż is-EUR 27 000.

Artikolu 11

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Gembloux, fil-Belġju, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ proteini tal-annimali fl-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 525 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż it-EUR 30 000.

Artikolu 12

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, fl-Olanda biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (6) u msemmi permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 450 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 13

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire d’études et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants de L’Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments, Fougères, fi Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE u msemmija permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 450 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 14

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), f’Berlin, il-Ġermanja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE u msemmi permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 450 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 15

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità, f’Ruma, fl-Italja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE u msemmi permezz tal-Anness VII, Sezzjoni I, punt 12 (a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 275 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 16

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, fil-Ġermanja biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali u prodotti b’kontenut għoli ta’ xaħam.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 198 900.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Dik l-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 17

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenhagen, fid-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi fiċ-ċereali u l-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 198 900.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż il-EUR 25 000.

Artikolu 18

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi fil-frott u l-ħaxix, inklużi l-prodotti b’kontenut għoli ta’ ilma u aċtu.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 445 840.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż il-EUR 45 000.

B’deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 se jkun intitolat li jitlob l-għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn massimu ta’ 50 parteċipant għal waħda mil-laqgħat ta’ ħidma tiegħu msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu billi se jorganizza laqgħa ta’ ħidma konġunta.

Artikolu 19

Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi permezz ta’ metodi monoresidwi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż it-EUR 352 000.

Artikolu 20

1.   Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet stipulati fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ dijossini u PCBs fl-għalf u l-ikel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, dik il-kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 432 000.

2.   Flimkien mal-ammont massimu stipulat fil-paragrafu 1, il-Komunità tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma. Il-kontribuzzjoni ma għandhiex taqbeż il-EUR 55 410.

Artikolu 21

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 21 għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

Artikolu 22

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata:

Għall-ħalib u l-prodotti magħmula mill-ħalib: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella): lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Postbus 1, Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, 3720 BA Bilthoven, fl-Olanda;

Għall-monitoraġġ tal-bijotossini tal-ibħra: lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria (Ministerio de Sanidad y Consumo), Estacion Maritima, s/n, 36200,Vigo, fi Spanja;

Għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi: lil-Laboratory of the Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, Barrack Road, The Nothe, Weymouth, Dorset, DT4 8UB, ir-Renju Unit;

Għal-Listeria monocytogenes: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza;

Għall-iStaphylococci pożittiv għall-koagulasi, inkluż l-iStaphylococcus aureus: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur la Qualité des Aliments et sur les Procédés Agroalimentaires (LERQAP), tal-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, fi Franza;

Għall-Escherichia coli, inkluż il-Verotoxigenic E. Coli (VTEC): lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja;

Għall-Campylobacter: lill-iStatens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Ulls väg 2 B, 751 89 Uppsala, fl-Iżvezja;

Għall-parassiti (partikolarment it-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis): lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja;

Għar-reżistenza antimikrobjali: lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Bülowsvej 27, 1790 Kopenħagen V, fid-Danimarka;

Għall-proteini tal-annimali fi prodotti tal-għalf: lis-Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Chaussée de Namur 24 5030 Gembloux, fil-Belġju;

Għar-residwi: lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Postbus 1, Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, 3720 BA Bilthoven, fl-Olanda;

Għar-residwi: lil-Laboratoire d’Études et de Recherches sur les Médicaments Vétérinaires et les Désinfectants de L’Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Site de Fougères, BP 90203, 35302 Fougères, fi Franza;

Għar-residwi: lill-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit, Postfach 100214, Mauerstrasse 39-42, 10562, Berlin, fil-Ġermanja;

Għar-residwi: lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161, Ruma, fl-Italja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, fil-Ġermanja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi fiċ-ċereali: lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Department of Food Chemistry, Moerkhoej Bygade 19, 2860 Soeborg, fid-Danimarka;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi fil-frott u l-ħaxix: lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Ctra. Sacramento s/n, La Kanada de San Urbano, 04120 Almeria, fi Spanja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tar-residwi ta’ pestiċidi bil-metodi monoresidwi: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 1206, Schaflandstrasse 3/2, 70736 Stuttgart, fil-Ġermanja;

Għall-analiżijiet u l-ittestjar tad-dijossini u PCBs fl-għalf u fl-ikel: lix-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, fil-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(6)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.


Top