EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1146
Commission Regulation (EC) No 1146/2008 of 18 November 2008 prohibiting fishing for alfonsinos in Community waters and waters not under the sovereignty or jurisdiction of third countries of III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII and XIV by vessels flying the flag of Portugal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2008 tat- 18 ta’ Novembru 2008 li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2008 tat- 18 ta’ Novembru 2008 li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
ĠU L 308, 19.11.2008, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008
19.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 308/25 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1146/2008
tat-18 ta’ Novembru 2008
li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-Sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] (3) jistabbilixi l-kwoti għall-2007 u l-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2008 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsmemi f’dak l-Anness għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipluata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28.
ANNESS
Nru |
08/DSS |
Stat Membru |
PRT |
Stokk |
ALF/3X14- |
Speċi |
Alfonsinos (Beryx spp.) |
Żona |
Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
Data |
30.9.2008 |