Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0403

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2008 tas- 6 ta’ Mejju 2008 li jiffissa proviżorjament obbligi ta' konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009

    ĠU L 120, 7.5.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/06/2009; Imħassar b' 32009R0505

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/403/oj

    7.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 120/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 403/2008

    tas-6 ta’ Mejju 2008

    li jiffissa proviżorjament obbligi ta' konsenja għal zokkor tal-kannamiela li għandu jiġi impurtat taħt il-Protokoll ACP u l-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni matul is-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008, 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinament tal-prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2), jipprevedi regoli dettaljati li jiffissaw obbligi ta' konsenja mingħajr dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1701, espressi f'ammont ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-importazzjonijiet fil-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u l-Ftehim ma' l-Indja.

    (2)

    L-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 7 tal-Protokoll ACP, l-Artikoli 3 u 7 tal-Ftehim ma' l-Indja u l-Artikolu 12(3) u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wassal biex il-Kummissjoni tikkalkula l-obbligi ta' konsenja għal kull pajjiż esportatur għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009, fuq bażi ta' l-informazzjoni li hija disponibbli attwalment.

    (3)

    Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati proviżorjament l-obbligi ta' konsenja għall-perjodu 2008/2009 skond il-punt (a) ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-obbligi ta' konsenja għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u tal-Ftehim ma' l-Indja rigward il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 1701, espressi f'ammont ekwivalenti ta' zokkor abjad, fil-perjodu ta' konsenja 2008/2009 għal kull pajjiż esportatur ikkonċernat, huma determinati proviżorjament kif stipulat fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Mejju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).


    ANNESS

    Obbligi ta' konsenja għall-importazzjonijiet ta' zokkor preferenzjali, espressi f'ammonti ekwivalenti ta' zokkor abjad li joriġinaw minn pajjiżi li huma firmatarji tal-Protokoll ACP u tal-Ftehim ma' l-Indja għall-perjodu ta' konsenja 2008/2009

    Protokoll ACP/Ftehim ma' l-Indja pajjiż firmatarju

    Obbligi ta' konsenja 2008/2009

    Il-Barbados

    32 097,40

    Il-Beliże

    46 680,10

    Il-Kongo

    10 186,10

    Il-Fiġi

    165 348,30

    Il-Gujana

    165 131,40

    L-Indja

    10 000,00

    Il-Kosta ta' l-Avorju

    10 186,10

    Il-Ġamajka

    122 234,30

    Il-Kenja

    5 000,00

    Il-Madagaskar

    10 760,00

    Il-Malawi

    20 824,40

    Il-Mawrizju

    491 030,50

    Il-Możambik

    6 000,00

    St Kitts u Nevis

    0,00

    Is-Surinam

    0,00

    Is-Sważiland

    117 844,50

    It-Tanzanija

    10 186,10

    Trinidad u Tobago

    43 751,00

    L-Uganda

    0,00

    Iż-Żambja

    7 215,00

    Iż-Żimbabwe

    30 224,80

    Total

    1 304 700,00


    Top