Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0062

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2008 ta’ l- 24 ta’ Jannar 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

    ĠU L 22, 25.1.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/62/oj

    25.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 22/10


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 62/2008

    ta’ l-24 ta’ Jannar 2008

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

    (2)

    L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

    (3)

    Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2008 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-15 ta' Marzu 2008, għaż-żona ta' destinazzjoni 1) l-Afrika stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa mis-16 sat-22 ta’ Jannar 2008 u li sas-16 ta' Marzu 2008 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mis-16 sat-22 ta’ Jannar 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 73,49 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika.

    2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mit-23 ta’ Jannar 2008 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mil-25 ta’ Jannar 2008 huma sospiżi għaż-żona 1) Afrika sas-16 ta' Marzu 2008.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1211/2007 (ĠU L 274, 18.10.2007, p. 5).

    (2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


    Top