Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 32008E0481

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/481/PESK tat- 23 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

    ĠU L 163, 24.6.2008., str. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Pravni status dokumenta Više nije na snazi, Datum isteka: 31/08/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/481/oj

    24.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 163/51


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/481/PESK

    tat-23 ta’ Ġunju 2008

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta’ Frar 2008 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/131/PESK (1) li testendi l-mandat tas-Sur Francesc Vendrell bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan sal-31 ta’ Mejju 2008, u fis-26 ta’ Mejju 2008 adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/391/PESK (2) li testendi l-mandat tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2008.

    (2)

    Is-Sur Francesc Vendrell informa lis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) li huwa disponibbli sabiex iservi bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) sal-31 ta’ Awwissu 2008. Il-mandat tiegħu għandu jiġi estiż ulterjorment sa dik id-data. Il-Kunsill għandu l-ħsieb li jaħtar RSUE ġdid għall-perijodu li jkun jifdal tal-mandat sat-28 ta’ Frar 2009.

    (3)

    L-Artikolu 5(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK, kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2008/391/PESK, ipprovda ammont finanzjarju ta’ referenza ta’ EUR 975 000 sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE sat-30 ta’ Ġunju 2008. Dan l-ammont finanzjarju ta’ referenza għandu jiżdied b'EUR 678 000 sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-bqija tal-perijodu tal-mandat tar-RSUE,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Emenda

    L-Azzjoni Konġunta 2008/131/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    Il-mandat tas-Sur Francesc Vendrell bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Afganistan huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Awwissu 2008.”;

    (2)

    L-Artikolu 5(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “(1)   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2008 sal-31 ta’ Awwissu 2008 għandu jkun ta’ EUR1 653 000.”

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Pubblikazzjoni

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. JARC


    (1)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 26.

    (2)  ĠU L 137, 27.5.2008, p. 52.


    Vrh