This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0605
Commission Regulation (EC) No 605/2007 of 1 June 2007 laying down transitional measures for certain import and export licenses for trade in agricultural products between the Community as constituted on 31 December 2006 and Bulgaria and Romania
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 605/2007 ta’ l- 1 ta’ Ġunju 2007 li jistabilixxi miżuri transitorji għal ċerti liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli bejn il-Komunità kif ikkostitwita fil- 31 ta’ Diċembru 2006 u l-Bulgarija u r-Rumanija
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 605/2007 ta’ l- 1 ta’ Ġunju 2007 li jistabilixxi miżuri transitorji għal ċerti liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli bejn il-Komunità kif ikkostitwita fil- 31 ta’ Diċembru 2006 u l-Bulgarija u r-Rumanija
ĠU L 141, 2.6.2007, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
2.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 605/2007
ta’ l-1 ta’ Ġunju 2007
li jistabilixxi miżuri transitorji għal ċerti liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli bejn il-Komunità kif ikkostitwita fil-31 ta’ Diċembru 2006 u l-Bulgarija u r-Rumanija
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2006, il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli bejn il-Komunità u l-Bulgarija u r-Rumanija kien suġġett għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2007, dawk il-liċenzji ma jistgħux jibqgħu jintużaw għal tali kummerċ. |
(2) |
Ċerti liċenzji li għadhom validi wara l-1 ta’ Jannar 2007 jew ma ntużaw xejn jew intużaw parzjalment biss. L-obbligi li ddaħħlu fl-ambitu ma’ dawk il-liċenzji għandhom jiġu onorati, jekk le, il-garanzija mogħtija tintilef. Peress li tali obbligi ma jistgħux jibqgħu jiġu onorati wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jidher li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit, b'effett mid-data ta’ l-adeżjoni ta’ dawk iż-żewġ pajjiżi, miżura transitorja li tipprovdi għar-rilaxx tal-garanziji mogħtija. |
(3) |
Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitati tat-Tmexxija konċernati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta’ talba mill-partijiet interessati, il-garanziji li ġew mgħotija għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u ta’ ċertifikati stabbiliti bil-quddiem, għandhom jiġu rilaxxati, skond il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-pajjiz ta’ destinazzjoni, ta’ l-oriġini jew tal-provenjenza mmarkat fil-liċenzji jew fiċ-ċertifikati huwa l-Bulgarija jew ir-Rumanija, |
(b) |
il-validità tal-liċenzji jew taċ-ċertifikati ma skadietx qabel l-1 ta’ Jannar 2007, |
(c) |
il-liċenzji jew iċ-ċertifikati intużaw jew parzjalment biss jew ma ntużaw xejn sa l-1 ta’ Jannar 2007. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità kollha tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni