This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0532
Commission Regulation (EC) No 532/2007 of 14 May 2007 amending Regulation (EC) No 1282/2006 laying down special detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards export licences and export refunds for milk and milk products and Regulation (EEC) No 3846/87 establishing an agricultural product nomenclature for export refunds
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 532/2007 tal- 14 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib u r–Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 532/2007 tal- 14 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib u r–Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni
ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force
15.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 125/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 532/2007
tal-14 ta’ Mejju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib u r–Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(14) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex ma jinqabżux il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu esportati b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni stabbilita bil-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul il-Laqgħa tan-Negozjati Multilaterali tal-Kummerċ li saret fl-Urugwaj (2), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 (3) jipprevedi li l-ebda rifużjoni m'għandha tingħata fuq il-komponent taz-zokkor fil-prodotti tal-ħalib li fihom iz-zokkor miżjud magħhom meta r-rifużjoni fuq il-parti tal-ħalib f'dawk il-prodotti hija xejn (żero) jew mhix fissa. Fejn kien hemm riskju ġenwin li dawk il-kwantitajiet massimi jistgħu jinqabżu fiż-żmien ta' l-introduzzjoni tad-dispożizzjoni, tali riskju m'għadux jeżisti. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2007 tal-25 ta' Jannar 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib (4) neħħa rifużjonijiet fuq it-trab tal-ħalib sħiħ u fuq il-ħalib ikkondensat, b'hekk wassal għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006. It-tneħħija tar-rifużjonijiet kemm għall-komponenti tal-ħalib kif ukoll għal dawk taz-zokkor tista' tirriżulta f'telf ta' ishma tas-suq sostanzjali għall-prodotti tal-ħalib li fihom zokkor miżjud. Għalhekk ikun xieraq li r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet jerġgħu jiġu introdotti għall-komponent taz-zokkor tal-prodotti tal-ħalib li fihom zokkor miżjud. |
(3) |
It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 jipprevedi għall-esportazzjoni ta' ġobon lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond il-kwoti msemmija fl-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament, li fit-taqsima 16 tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni għandu jidher il-kodiċi tal-prodott ta' tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħquda. L-esperjenza wriet li wara li jinħarġu l-liċenzji ta' l-esportazzjoni, l-impurtaturi ta' l-Istati Uniti jistgħu jitolbu l-provvista ta' tip ieħor ta' ġobon ta' l-istess grupp ta' prodotti. Sabiex tali flessibbiltà tkun possibbli, huwa xieraq li l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 jiġi aġġustat skond dan. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 522/2006 tat-30 ta' Marzu 2006 li jiffissa r-rifużjonijiet għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib (5) jipprevedi li mill-31 ta' Marzu 2006 r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jiġu stabbiliti f'euro kull 100 kg. Il-kliem ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 u s-Settur 9 ta' l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (6) għandu jiġi aġġustat skond dan. |
(5) |
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3846/87 u (KE) Nru 1282/2006 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 24(1), tiżdied is-sentenza li ġejja: “Madankollu l-liċenzji huma validi wkoll għal kwalunkwe kodiċi ieħor li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0406.” |
Artikolu 2
Fis-Settur 9 ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87, l-ewwel sentenza tal-punti a) tan-noti (4) u (14) f'qiegħ il-paġna jinbidlu b'dan li ġej:
“l-ammont għal kull 100 kg li jidher, immultiplikat bil-perċentwal tal-kontenut lattiku fil-100 kg tal-prodott.”
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Punt 2 ta' l-Artikolu 1 għandu japplika għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa għas-sena tal-kwoti 2007 u ta' wara.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
(3) ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1919/2006 (ĠU L 380, 28.12.2006, p. 1)
(5) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 45.
(6) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1854/2006 (ĠU L 361, 19.12.2006, p. 1).