This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007G0714(01)
Draft Council resolution of 31 May 2007 on the Consumer Policy Strategy of the EU (2007-2013)
Abbozz ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' 31 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur ta' l-UE (2007 — 2013)
Abbozz ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' 31 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur ta' l-UE (2007 — 2013)
ĠU C 162, 14.7.2007, pp. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007
|
14.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 162/1 |
Abbozz ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill
ta' 31 ta' Mejju 2007
dwar l-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur ta' l-UE (2007 — 2013)
(2007/C 162/01)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA
IFAKKAR li skond l-Artikolu 153 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:
|
a. |
il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għal informazzjoni, edukazzjoni u li jorganizzaw irwieħhom sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tagħhom, |
|
b. |
Fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta' linji politiċi u attivitajiet oħra tal-Komunità għandu jittieħed kont tal-ħtiġiet tal-protezzjoni tal-konsumatur. |
JIRRIKONOXXI r-rwol importanti tal-politika tal-konsumatur fit-tfassil tas-suq intern u s-sinerġija tagħha ma' linji politiċi tas-suq intern. Il-kunfidenza tal-konsumatur u tal-kummerċ huma prerekwiżiti għal funzjonament tajjeb tas-suq intern li jipprovdi spinta għall-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku. Konsumaturi informati u b'aktar responsabbiltà li għandhom drittijiet effettivi u fiduċja fihom jikkostitwixxu forza qawwija għas-suċċess ekonomiku u l-bidla.
JIRRIKONOXXI l-potenzjal tas-suq intern bl-imnut, li fil-biċċa l-kbira għadu frammentat tul il-linji nazzjonali, biex il-konsumaturi u n-negozji jingħataw benefiċċji permezz tat-tneħħija ta' ostakoli u b'hekk jiżdiedu l-opportunitajiet għall-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut.
JIRRIKONOXXI l-opportunitajiet ipprovduti permezz ta' teknoloġiji ġodda, speċjalment fl-ambjent diġitali, u l-innovazzjoni biex jirrispondu għall-għażla tal-konsumatur u jżidu aċċess għal swieq ġodda kif ukoll l-isfidi biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-konsumatur huma adegwati, ċari, trasparenti u garantiti, u li l-mekkaniżmi għall-konsum sostenibbli u l-intendiment ta' l-imġiba tal-konsumatur huma żviluppati aktar.
JISSOTTOLINJA, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-importanza tal-liġi Komunitarja biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-ħtieġa għal mekkaniżmi effettivi fl-infurzar tal-liġi, ukoll fir-rigward ta' transazzjonijiet transkonfini tal-konsumatur.
JAQBEL li l-interessi tal-konsumatur għandhom jiġu inkorporati fl-oqsma kollha tal-politika Ewropea. Din hija prekondizzjoni għal politika effettiva tal-konsumatur u bażi tajba għall-ksib ta' l-objettivi ta' Lisbona. It-tħassib dwar l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur u l-informazzjoni għall-konsumatur, b'mod partikolari, huwa relatat ma' ħafna linji politiċi speċjalizzati. L-inklużjoni ta' l-interessi tal-konsumatur f'linji politiċi oħrajn, inkluż għal servizzi ta' interess ġenerali, jirrappreżenta kompitu konġunt li għandu jitwettaq mill-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE u l-Istati Membri.
|
I. |
JILQA' l-iżvilupp ta' l-Istrateġija dwar il-Politika tal-Konsumatur tal-Kummissjoni għas-snin 2007 — 2013 (1) fil-livell ta' l-UE li tiffoka fuq il-massimizzazzjoni ta' l-għażla u l-kunfidenza tal-konsumatur billi tirresponsabbilizza kif ukoll tipproteġi lill-konsumaturi, tippromwovi l-impjiegi u t-tkabbir u testendi s-swieq kompetittivi u timmira li tikseb suq bl-imnut intern aktar integrat u aktar effettiv. |
|
II. |
JAGĦMEL SEJĦA LILL-KUMMISSJONI biex timplimenta din l-istrateġija bit-tliet objettivi ewlenin tagħha u filwaqt li tagħmel dan, speċjalment;
|
|
III. |
ISEJJAĦ LILL-KUMMISSJONI U L-ISTATI MEMBRI,
|
|
IV. |
ISEJJAĦ LILL-ISTATI MEMBRI biex jiżguraw li l-objettivi tal-Politika ta' Strateġija tal-Konsumatur jitqiesu fil-linji politiċi nazzjonali tagħhom. |
|
V. |
ISEJJAĦ lill-Kummissjoni biex:
|
(1) Dok. 7503/07.
(2) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.