EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0203

2007/203/PESK: Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/203/PESK tas- 27 ta' Marzu 2007 li testendi l-mandat tal-grupp ta' l-UE biex jikkontribwixxi għall-preparazzjonijiet ta' l-istabbiliment ta' Missjoni Ċivili Internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta' Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (MĊI/Grupp ta’ Preparazzjoni RSUE)

ĠU L 90, 30.3.2007, p. 94–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 290–290 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/203/oj

8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

290


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/203/PESK

tas-27 ta' Marzu 2007

li testendi l-mandat tal-grupp ta' l-UE biex jikkontribwixxi għall-preparazzjonijiet ta' l-istabbiliment ta' Missjoni Ċivili Internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta' Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea

(MĊI/Grupp ta' Preparazzjoni RSUE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 14 u l-Artikolu 25(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Settembru 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK dwar l-istabbiliment ta' grupp ta' l-UE biex jikkontribwixxi għall-preparazzjonijiet ta' l-istabbiliment ta' missjoni ċivili internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta' Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Grupp ta' Preparazzjoni MĊI/RSUE) (1). Dik l-Azzjoni Konġunta tiskadi fil-31 ta' Marzu 2007.

(2)

Fis-27 ta' Frar 2007 l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-MĊI/Grupp ta' Preparazzjoni RSUE jiġi estiż.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK għandha tiġi estiża f'dan is-sens,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK hija b'dan estiża sal-31 ta' Lulju 2007.

Artikolu 2

L-ammont finanzjarju ta’ referenza ta' EUR 869 000 kif imniżżel fl-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK għandu jiżdied b'EUR 807 000 biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tal- tal-MĊI/Grupp ta' Preparazzjoni RSUE mill-15 ta' Settembru 2006 sal-31 ta' Lulju 2007.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' Marzu 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

P. STEINBRÜCK


(1)  ĠU L 253, 16.9.2006, p. 29


Top