This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0866
2007/866/EC: Council Decision of 6 December 2007 amending Part 1 of the Schengen consultation network (technical specifications)
2007/866/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Parti 1 tan-network ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)
2007/866/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Parti 1 tan-network ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)
ĠU L 340, 22.12.2007, p. 92–94
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/92 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Diċembru 2007
li temenda l-Parti 1 tan-network ta’ konsultazzjoni ta’ Schengen (speċifikazzjonijiet tekniċi)
(2007/866/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta’ l-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1), u b'mod partikolari ta’ l-Artikolu 1(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva mir-Repubblika tal-Portugall,
Billi:
(1) |
In-network Vision ġie stabbilit biex jippermetti konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati msieħba dwar applikazzjonijiet għal viża magħmulin minn ċittadini minn pajjiżi sensittivi. |
(2) |
Qabel, in-network Vision kien jaħdem bl-użu tas-sistema ta’ komunikazzjoni X400. Sabiex jibqa' konformi mat-tekniki moderni għat-trasferiment tal-posta elettronika, il-protokoll dwar it-trasport tal-posta tan-network Vision kellu jiġi emigrat mill-X400 għas-sistema SMTP. |
(3) |
Sabiex tkun permessa l-parteċipazzjoni fis-sistema tad-disa' Stati Membri li saru Membri ta’ l-UE fl-2004 u li għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen b'mod sħiħ mill-21 ta’ Diċembru 2007, l-Istati Membri li ssieħbu fl-UE qabel l-2004 emigraw fil-15 ta’ Ottubru 2007 mill-X400 għall-protokoll dwar il-posta SMTP. Dan il-protokoll għandu konfigurazzjoni partikolari li issa teħtieġ li tiġi speċifikata. |
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tan-Network ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen sabiex ikun żgurat li huma jirriflettu dawn il-bidliet. |
(5) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(6) |
Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (2), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 (3) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. |
(7) |
Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(A) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u f'isem il-Komunità Ewropea rispettivament, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim. |
(8) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (4); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (5); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(10) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b'xi mod ieħor, fis-sens ta’ l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2) ta’ l-Atti ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 u l-2005 rispettivament, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan inserit, fil-Parti 1, punt 1.1., tan-Network ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi), punt ġdid 1.1.4, kif jidher fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-21 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
A. COSTA
(1) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.
(2) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(4) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
ANNESS
It-test li ġej għandu jiġi inserit fil-Parti 1, punt 1.1. - Karatteristiċi ġenerali tas-sistema ta’ komunikazzjoni- tan-Network ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi):
“1.1.4. REKWIŻITI TAL-KONFIGURAZZJONI TAL-MAILBOX OPERATTIVI
Kull Stat ta’ Schengen għandu jipprogramma S-SISTEMA TAL-POSTA OPERATTIVA TAL-VISION tiegħu skond:
— |
AMBJENT TAN-NETWORK
|
— |
KONTENUT MIME Il-kodifikazzjoni tas-server tal-posta għall-messaġġi ser tiġi pprogrammata skond dawn il-valuri:
|
— |
Id-domain SMTP użat huwa visionmail.eu, fejn kull Stat ta’ Schengen għandu d-domain tiegħu stess tat-tielet livell ‘xx’. Dan ifisser li kull Stat ta’ Schengen għandu jipprogramma s-server tal-posta tiegħu sabiex jiġġestixxi l-isem tas-subdomain SMTP xx.visionmail.eu (xx huwa l-kodiċi b'żewġ karattri ta’ l-Istat ta’ Schengen). |
— |
L-indirizz tal-mailbox tar-riċevitur ser ikun fil-format: operxx@xx.visionmail.eu Għal Stati ta’ Schengen b'tieni mailbox (li jibgħat), l-indirizz tal-mailbox li jibgħat ser ikun fil-format: operxx-out@xx.visionmail.eu (Nota: dan huwa indirizz mhuwiex obbligatorju). ”. |