Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32007D0022

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007 (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6971) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 7, 12.1.2007., 46.–46. lpp. (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007., 32.–32. lpp. (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/22(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6971)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/22/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(6) u l-Artikoli 29 u 32 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2006/875/KE li tapprova l-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali, ta' ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għas-sena 2007 (2), il-Kummissjoni approvat il-programmi sottomessi mill-Istati Membri li jidhru fil-lista tal-programmi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/687/KE (3).

(2)

Għal raġunijiet ta' effiċjenza amministrattiva n-nefqa kollha ppreżentata għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'ewro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (4), ir-rata tal-konverżjoni għan-nefqa f'munita li mhux ewro għandha tkun ir-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Istat Membru kkonċernat.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/875/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikoli 17 u 18 tad-Deċiżjoni 2006/875/KE huma mibdula b'dan li ġej: -

“Artikolu 17

In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata f'ewro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

Artikolu 18

Meta n-nefqa ta' Stat Membru tkun f'munita li mhux l-ewro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f'ewro billi japplika r-rata l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni titressaq mill-Istat Membru”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/53 (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)   ĠU L 337, 5.12.2006, p. 14.

(3)   ĠU L 282, 13.10.2006, p. 52.

(4)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).


Augša