Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0016

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li tistipula miżuri ta' trażizzjoni għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' semen, ova u embrijuni ta' speċi ta' l-ifrat, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u taż-żwiemel miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6823) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 7, 12.1.2007, pp. 31–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, pp. 17–18 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/16(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

li tistipula miżuri ta' trażizzjoni għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' semen, ova u embrijuni ta' speċi ta' l-ifrat, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u taż-żwiemel miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6823)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/16/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Mill-1 ta' Jannar 2007, semen, ova u embrijuni ta' speċi ta' l-ifrat, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u taż-żwiemel miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija u maħsuba għall-kummerċ intra-Komunitarju jridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(2)

B'mod partikolari, dawn il-prodotti jridu jiġu suġġetti għar-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (2), id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (3), id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali (4) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (5).

(3)

Uħud mill-prodotti miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija qabel id-data tas-sħubija jistgħu jkunu għadhom maħżuna wara din id-data. Madankollu, dawn il-prodotti jistgħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha dwar saħħet l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(4)

Biex titħaffef it-tranżizzjoni mir-reġim eżistenti għat-tali prodotti miksuba fil-Bulgarija u r-Rumanija għar-reġim eżistenti taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li jiġu stipulati miżuri ta' tranżizzjoni għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' dawn il-prodotti. Għalhekk, semen, ova u embrijuni ta' speċi ta' l-ifrat, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u taż-żwiemel miksuba qabel is-sħubija u li huma konformi mar-rekwiżiti Komunitarji dwar saħħet l-annimali għall-esportazzjoni tal-prodotti mill-pajjiż ta' l-oriġini lejn il-Komunità fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2007 għandhom jitħallew jidħlu fil-kummerċ intra-Komunitarju.

(5)

Fl-istess waqt, prodotti ta' din ix-xorta li nkisbu qabel is-sħubija u li mhumiex konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-perjodu trażitorju ta' tmien xhur għandhom jitħallew li jiġu nnegozjati bejn il-Bulgarija u r-Rumanija.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alminetari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal semen, ova u embrijuni ta' speċi ta' l-ifrat, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u taż-żwiemel li huma suġġetti għar-rekwiżiti dwar saħħet l-annimali stipulati fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE u 92/65/KEE u li jinkisbu qabel l-1 ta' Jannar 2007 fil-Bulgarija u r-Rumanija (“il-prodotti”).

Artikolu 2

Rekwiżiti għad-dispaċċ tal-prodotti mill-Bulgarija u r-Rumanija lil Stati Membri oħra

1.   Il-prodotti għandhom jintbagħtu mill-Bulgarija u r-Rumanija lil Stati Membri oħra biss jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin skond id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1:

(a)

ġew miksuba f'ċentri jew minn gruppi awtorizzati li jesportaw lejn il-Komunità;

(b)

għandhom in-numru ta' approvazzjoni assenjat liċ-ċentru jew grupp għall-iskop ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità; u

(ċ)

jissodisfaw ir-rekwiżiti Komunitarji dwar saħħet l-annimali fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2007 għall-esportazzjonijiet tal-prodotti mill-pajjiż ta' l-oriġini lejn il-Komunità.

2.   Iċ-ċertifikat dwar saħħet l-annimali li jakkompanja l-konsenji ta' prodotti għandu juri ċ-ċertifikazzjoni supplimentari li ġejja ffirmata mill-veterinarju uffiċjali:

“Semen (*1), ova (*1) u embrijuni (*1) ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (*1), tal-ħnieżer (*1), tan-nagħaġ (*1), tal-mogħoż (*1) u taż-żwiemel (*1) konformi mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2006)6823 u miskuba qabel l-1 ta' Jannar 2007.

(*1)  Ħassar kif xieraq"

(*1)  Ħassar kif xieraq"

(*1)  Ħassar kif xieraq"

(*1)  Ħassar kif xieraq"

(*1)  Ħassar kif xieraq"

(*1)  Ħassar kif xieraq"

(*1)  Ħassar kif xieraq"

(*1)  Ħassar kif xieraq"

Artikolu 3

Rekwiżiti għad-dispaċċ tal-prodotti bejn il-Bulgarija u r-Rumanija

1.   Il-prodotti għandhom jintbagħtu bejn il-Bulgarija u r-Rumanija jekk:

(a)

l-Istat Membru ta' destinazzjoni jawtorizza d-dispaċċ;

(b)

il-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali dwar saħħet l-annimali fis-seħħ fil-pajjiż ta' destinazzjoni, qabel l-1 ta' Jannar 2007.

2.   Iċ-ċertifikat dwar saħħet l-annimali li jakkompanja l-kunsenji tal-prodotti għandu juri ċ-ċertifikazzjoni supplimentari li ġejja ffirmata mill-veterinarju uffiċjali:

“Semen (*2), ova (*2) u embrijuni (*2) ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (*2), tal-ħnieżer (*2), tan-nagħaġ (*2), tal-mogħoż (*2) u taż-żwiemel (*2) konformi mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2006)6823 u miskuba qabel l-1 ta' Jannar 2007.

(*2)  Ħassar kif xieraq"

(*2)  Ħassar kif xieraq"

(*2)  Ħassar kif xieraq"

(*2)  Ħassar kif xieraq"

(*2)  Ħassar kif xieraq"

(*2)  Ħassar kif xieraq"

(*2)  Ħassar kif xieraq"

(*2)  Ħassar kif xieraq"

Artikolu 4

Konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iħarsu din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan.

Artikolu 5

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss suġġetta għal u mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Awwissu 2007.

Artikolu 6

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)   ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 17.1.2006, p. 21).

(3)   ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(4)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(5)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321); verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004.


Top