EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0313

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 10 ta' April 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza

ĠU L 115, 28.4.2006, p. 49–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 423–423 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/313(1)/oj

Related international agreement

32006D0313

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 10 ta' April 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza

Official Journal L 115 , 28/04/2006 P. 0049 - 0049
Official Journal L 270 , 29/09/2006 P. 0423 - 0423


Deċiżjoni tal-Kunsill

ta’ l- 10 ta' April 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza

(2006/313/PESK)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1) Fil-laqgħa tiegħu fil- 25 ta' April 2005, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u mill-Kummissjoni kif xieraq, biex tiftaħ negozjati skond l-Artikoli 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex l-Unjoni Ewropea tikkonkludi Ftehim dwar kooperazzjoni u assistenza mal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

(2) Wara din l-awtorizzazzjoni, il-Presidenza innegozjat il-Ftehim.

(3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat f' isem l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li (j)tiffirma(w) l-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb tidderieġi l-azzjoni tagħha biex tikseb l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Ftehim, fejn xieraq b’miżuri Komunitarji pertinenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar l- 10 ta' April 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. Plassnik

--------------------------------------------------

Top