Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1687

    1687/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1687/2005 ta’ l- 14 ta’ Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju ta’ l-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aġġustament ta’ ċerti taxxi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 271, 15.10.2005, p. 14–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 19–21 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32015R2424

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1687/oj

    21.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1687/2005

    ta’ l-14 ta’ Ottubru 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju ta’ l-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aġġustament ta’ ċerti taxxi

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar il-marka reġistrata Komunitarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 139(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 139(2), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 juri li l-ammont ta’ taxxi li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju ta’ l-Armonizzazzjoni fis-suq intern (marki reġistrati, disinji u mudelli) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”) għandu jkun iffissat b’mod li d-dħul ta’ finanzi korrispondenti jippermettu li jiżguraw il-bilanċ tal-baġit tiegħu.

    (2)

    Żieda konsiderevoli fid-dħul ta’ l-Uffiċċju hija prevista fit-tul medju, notevolment minħabba l-ħlas tat-taxxi għat-tiġdid tal-marki reġistrati Komunitarji.

    (3)

    L-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll dwar il-ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki reġistrati approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/793/KE (2) tas-27 ta’ Ottubru 2003 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll ta’ Madrid”) kif ukoll l-immaniġġjar tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni b’mezzi elettroniċi għandha tissemplifika u tnaqqas l-ispejjeż tal-proċedura. L-effiċjenza fl-immaniġġjar ta’ l-Uffiċċju għandha twassal ukoll għal tnaqqis ta’ l-ispejjeż.

    (4)

    Konsegwentement, it-tnaqqis fit-taxxi juri li hu miżura rilevanti biex ikun iggarantit il-bilanċ tal-baġit meħtieġ filwaqt li jitħaffef l-aċċess għas-sistema lill-utenti. Madankollu, ta’ min jinnota li bilanċ favur hu dejjem iġġustifikat, għaliex jippermetti li jagħmel tajjeb għal sitwazzjonijiet xi ftit jew wisq imprevedibbli kif ukoll sabiex jiġi evitat defiċit mhux mixtieq.

    (5)

    Ikun għalhekk iġġustifikat li jkunu rranġati t-taxxi biex jintlaħaq ammont imnaqqas ta’ madwar 35 sa 40 miljun euro fis-sena. Dan l-ammont għandu jitqassam, min-naħa, f’taxxa ta’ depożitu u ta’ reġistrazzjoni u, min-naħa l-oħra, f’taxxa ta’ tiġdid. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi prevista taxxa mnaqqsa għall-applikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi.

    (6)

    L-evoluzzjoni ta’ l-indikaturi prinċipali ser tiġi segwita regolarment, sabiex tiggarantixxi bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.

    (7)

    Jeħtieġ għaldaqstant li r-Regolament (KE) Nru 2869/95 (3) jiġi emendat.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw it-taxxi, ir-regoli ta’ eżekuzzjoni u l-proċedura tal-Bord ta’ Appell ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Armonizzazzjoni fis-suq intern (marki reġistrati, disinji u mudelli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2869/95 hu emendat kif ġej:

    1)

    It-tabella ta’ l-Artikolu 2 hi emendata kif ġej:

    a)

    Il-punt 1 hu mibdul bit-test li ġej:

    “1.

    Taxxa bażi għad-depożitu ta’ talba ta’ marka individwali [l-Artikolu 26 (2), regola 4 a)]

    900 ”

    b)

    Il-punt 1b jiġi miżjud:

    “1b.

    Taxxa bażi għad-depożitu ta’ talba ta’ marka individwali b’mezzi elettroniċi [l-Artikolu 26(2); regola 4, a)]

    750 ”

    ċ)

    Il-punti 2 sa 4 għandhom jinbidlu bit-test li jmiss:

    “2.

    Taxxa skond il-klassi għal kull klassi ta’ prodotti u ta’ servizzi lil hinn min-numru tlieta, għal marka reġistrata individwali [l-Artikolu 26(2); regola 4, b)]

    150

    3.

    Taxxa bażi għad-depożitu ta’ talba ta’ marka kollettiva ta’ [l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 64(3); regola 4 a) u regola 42]

    1 300

    4.

    Taxxa skond il-klassi għal kull klassi ta’ prodotti u ta’ servizzi lil hinn min-numru tlieta, għal marka reġistrata kollettiva [l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 64(3); regola 4 b) u regola 42]

    300 ”

    d)

    Il-punti 7 sa 10 huma mibdula bit-test li jmiss:

    “7.

    Taxxa bażi għar-reġistrar ta’ marka individwali [l-Artikolu 45; regola 23(1)(a)]

    850

    8.

    Taxxa skond il-klassi għal kull klassi ta’ prodotti u ta’ servizzi lil hinn min-numru tlieta, għal marka reġistrata individwali [l-Artikolu 45; regola 23(1) (b)]

    150

    9.

    Taxxa bażi għar-reġistrar ta’ marka reġistrata kollettiva ta’ [l-Artikolu 45 u l-Artikolu 64(3); regola 23(1) a) u regola 42

    1 700

    10.

    Taxxa skond il-klassi għal kull klassi ta’ prodotti u ta’ servizzi lil hinn min-numru tlieta, għal marka reġistrata kollettiva ta’ [l-Artikolu 45 u l-Artikolu 64(3); regola 23(1) b) u regola 42]

    300 ”

    e)

    Il-punti 12 sa 15 huma mibdula bit-test li jmiss:

    “12.

    Taxxa bażi għat-tiġdid ta’ marka reġistrata individwali ta’ [l-Artikolu 47(1); regola 30(2) a)]

    1 500

    12a.

    Taxxa bażi għat-tiġdid ta’ marka individwali b’mezz elettroniku [l-Artikolu 47(1); regola 30(2)(a)]

    1 350

    13.

    Taxxa skond il-klassi għat-tiġdid ta’ kull klassi ta’ prodotti u ta’ servizzi lil hinn min-numru tlieta, għal marka reġistrata individwali [l-Artikolu 47(1); regola 30(2)(b)]

    400

    14.

    Taxxa bażi għat-tiġdid ta’ marka kollettiva [l-Artikolu 47(1) u l-Artikolu 64(3); regola 30(2) (a) u regola 42]

    3 000

    15.

    Taxxa skond il-klassi għat-tiġdid ta’ kull klassi ta’ prodotti u ta’ servizzi lil hinn min-numru tlieta, għall-marka reġistrata kollettiva [l-Artikolu 47 (1) u l-Artikolu 64(3); regola 30(2) (b) u regola 42]

    800 ”

    2)

    Fl-Artikolu 5(1), il-punti b u c huma mneħħija.

    3)

    L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat skond kif ġej:

    a)

    Fil-paragrafu (1), il-punti b u c huma mneħħija.

    b)

    Fil-paragrafu (3), il-punti a) i) u a) iii) huma mneħħija.

    4)

    Fl-Artikolu 11(3), il-punti a) u b) huma mibdula bit-test li ġej:

    “a)

    fil-każ ta’ marka individwali: somma ta’ 1 450 euro, miżjuda, jekk ikun il-każ, bi 300 euro għal kull klassi ta’ prodotti jew servizzi lil hinn min-numru tlieta;

    b)

    fil-każ ta’ marka kollettiva bħalma hi msemmija fir-regola 121(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95: somma ta’ 2 700 euro, miżjuda, jekk ikun il-każ, b’600 euro għal kull klassi ta’ prodotti jew servizzi lil hinn min-numru tlieta;”

    5)

    Fl-Artikolu 12(2), il-punti a) u b) huma mibdula bit-test li ġej:

    “a)

    fil-każ ta’ marka individwali: somma ta’ 1 200 euro, miżjuda, jekk ikun il-każ, b’400 euro għal kull klassi ta’ prodotti jew servizzi lil hinn min-numru tlieta li jidhru fir-reġistrazzjoni internazzjonali;

    b)

    fil-każ ta’ marka kollettiva bħalma hi msemmija fir-regola 121(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95: somma ta’ 2 700 euro, miżjuda, jekk ikun il-każ, b’800 euro għal kull klassi ta’ prodotti jew servizzi lil hinn min-numru tlieta li jidhru fir-reġistrazzjoni internazzjonali.”

    6)

    Fl-Artikolu 13(1), il-punti a) u b) huma mibdula bit-test li ġej:

    “a)

    fil-każ ta’ marka reġistrata individwali: somma ta’ 850 euro, miżjuda, jekk ikun il-każ, b’150 euro għal kull klassi ta’ prodotti jew servizzi lil hinn min-numru tlieta li jidhru fir-reġistrazzjoni internazzjonali;

    b)

    fil-każ ta’ marka reġistrata kollettiva: somma ta’ 1 700 euro, miżjuda, jekk ikun il-kaz, b’300 euro għal kull klassi ta’ prodotti jew servizzi lil hinn min-numru tlieta li jidhru fir-reġistrazzjoni internazzjonali;”

    Artikolu 2

    Fil-każ ta’ bdil fl-ammonti ta’ taxxi previsti fl-Artikoli 2, 11 u 12, l-iskema transitorja li ġejja għandha tapplika:

    1.

    L-ammont ta’ taxxa li għandha tiġi mħallsa għad-depożitu ta’ talba għal marka reġistrata Komunitarja, inklużi, fejn jeħtieġ, it-taxxi tal-klassi, huma dawk iffissati fir-Regolament fis-seħħ meta tintlaqa’ talba skond l-Artikolu 25(1) a jew b, tar-Regolament (KE) Nru 40/94.

    2.

    L-ammont ta’ taxxa li għandha tiġi mħallsa għar-reġistrar għal marka reġistrata Komunitarja, inklużi, fejn jeħtieġ, it-taxxi tal-klassi, huma dawk iffissati fir-Regolament fis-seħħ meta tintbagħat in-notifika prevista fir-regola 23(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.

    3.

    L-ammont ta’ taxxa li għandha titħallas għall-preżentazzjoni ta’ kull talba oħra jew għall-inizjazzjoni ta’ kull att ieħor huwa dak iffissat mir-Regolament fis-seħħ fil-ħin tal-ħlas.

    4.

    L-ammont tat-taxxi previst fl-Artikoli 11 u 12 hu dak iffissat skond ir-Regolament ta’ eżekuzzjoni komuni fil-Ftehim ta’ Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tal-marki u tal-Protokoll relatat ma’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-14 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Charlie McCREEVY

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 4221/2004 (ĠU L 70, 9.3.2004, p. 1).

    (2)  ĠU L 296, 14.11.2003, p. 20.

    (3)  ĠU L 303, 15.12.1995, p. 33. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1042/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 22).


    Top