Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0210

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Marzu 2005 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2004/614/KE dwar il-perjodu ta' l-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur fl-Afrika t'Isfel (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 559) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 68, 15.3.2005, p. 43–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 159–159 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/210/oj

    18.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    159


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta' Marzu 2005

    li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2004/614/KE dwar il-perjodu ta' l-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur fl-Afrika t'Isfel

    (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 559)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2005/210/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

    Billi:

    (1)(2)(3)(4)

    Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/614/KE ta' l-24 ta' Awissu 2004 li tikkonċerna l-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza patoġenika ħafna tat-tjur fir-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel (3) il-Kummissjoni adottat miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur fost qtajja' ta' għasafar li ma jtirux fl-Afrika t'Isfel.Is-sitwazzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur fost qtajja' ta' għasafar li ma jtirux fl-Afrika t'Isfel għadha mhix ċara għax l-awtorità kompetenti ta' l-Afrika t'Isfel sabet xi riżultati mhux konklużivi waqt is-sorveljanza seroloġika tagħha. Madankollu, is-sitwazzjoni tidher li hi taħt kontroll u informazzjoni ddettaljata hija mistennija li tintbagħat dalwaqt lill-Kummissjoni.F'dawn iċ-ċirkustanzi huwa xieraq li tittawwal l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/614/KE bi tliet xhur oħra. Id-deċiżjoni tista' madankollu tiġi riveduta qabel din id-data jekk tingħata iżjed informazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' l-Afrika t'Isfel.Il-miżuri previsti f''din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2004/614/KE, id-data “31 ta' Marzu 2005” tiġi mibdula bid-data “30 ta' Ġunju 2005”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, fil-11 ta' Marzu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Is-Sur Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    (2)  ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1).

    (3)  ĠU L 275, tal-25.8.2004, p. 20. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/892/KE (ĠU L 375, tat-23.12.2004, p. 30).


    Top