Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0655

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 655/2004 tas-7 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward ta’ nitrat f’ikel ghal trabi u tfal żgħarTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 104, 8.4.2004, p. 48–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/655/oj

    32004R0655



    Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0048 - 0049


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 655/2004

    tas-7 ta’ April 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fir-rigward ta’ nitrat f’ikel ghal trabi u tfal żgħar

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jippreskrivi l-proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel [1], u b’mod partikolari Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li konsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel,

    Billi:

    (1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 [2] jiffissa livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel, inkluż ikel maħsub għat-trabi u ghal tfal żgħar kopert bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE tas-16 ta’ Frar 1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel għat-trabi u ghal tfal żgħar [3].

    (2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ta’ kontaminanti għal ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar sal-5 ta’ April 2004.

    (3) Il-livelli massimi għan-nitrat huma fissati għal ċerti ħxejjex fir-Regolament (KE) Nru 466/2001 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 563/2002 [4] b’reazzjoni għall-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ta’l-1995. Sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, b’mod partikolari minħabba l-assoċjazzjoni possibbli mal-formazzjoni ta’ sustanzi ċarċinoġeniċi bħal nitrosamini, l-livell tan-nitrat għandu jitnaqqas għal dak l-aktar baxx li jista’ raġonevolment jinkiseb

    (4) Huwa xieraq għall-protezzjoni tas-saħħa tat-trabi u t-tfal żgħar - li jiffurmaw grupp vulnerabbli tal-popolazzjoni - li jiġi stabbilit livell baxx massimu, li jista’ jinkiseb permezz tal-għażla stretta tal-materja prima wżata fil-manifattura ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi.

    (5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE [5] tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ kampjonar għall-kontroll uffiċjali ta’ fdalijiet ta’ pestiċidi fi u fuq prodotti ta’ pjanti u ta’ oriġini mill-annimali u tħassar id-Direttiva 79/700/KEE [6]. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma xierqa għall-ikkampjunar għall-kontroll uffiċjali tan-nitrat.

    (6) Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 ghandu għaldaqstant jiġi hekk emendat.

    (7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma "l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,"

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I li jinstab mar-Regolament (KE) Nru 466/huwa emendat skond l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    Huwa għandu jgħodd mill-1 ta’ Ottubru 2004.

    Dan ir-Regolament ma għandux jgħodd għall-prodotti li tqegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Ottubru 2004 b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli. Il-piż tal-prova meta l-prodotti kienu tqegħdu fis-suq għandu jinġarr mill-operatur tan-negozju ta "l-ikel."

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ April 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 455/2004 (ĠU L 74, tat-12.3.2004, p. 11).

    [3] ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, 14.12.03, p. 33).

    [4] ĠU L 86, tat-3.4.2002, p. 5.

    [5] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 30.

    [6] ĠU L 207, tal-15.8.1979, p. 26.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    F'Taqsima 1., Nitrati, ta'l-Anness I il-punt 1.5 li ġej huwa miżjud:

    "Prodott | Livell massimu (mg NO3/kg) | Metodu ta' kampjonar | Metodu ta' referenza ta'l-analiżi |

    1.5.Ikel tat-trabi u ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar | 200 | Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (dispożizzjonijiet kif previsti għal ikel ipproċessat ta' oriġini mill-pjanti u għal ikel ipproċessat ta' oriġini mill-annimali) | |

    --------------------------------------------------

    Top