Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0911

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’Ġunju 2004 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ imgħaxijiet u l-Memorandum ta’ Ftehim li jakkumpanjah.

ĠU L 385, 29.12.2004, p. 28–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 381–382 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/911/oj

Related international agreement

32004D0911

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’Ġunju 2004 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ imgħaxijiet u l-Memorandum ta’ Ftehim li jakkumpanjah.

Official Journal L 385 , 29/12/2004 P. 0028 - 0029
Official Journal L 153 , 07/06/2006 P. 0381 - 0382


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat- 2 ta’Ġunju 2004

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ imgħaxijiet u l-Memorandum ta’ Ftehim li jakkumpanjah.

(2004/911/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, (3), l-ewwel subparagrafu u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]

Billi:

(1) Fis- 16 ta’ Ottubru 2001, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mal-Konfederazzjoni Svizzera ftehim xieraq li jiżgura l-adozzjoni, min-naħa tal-Konfederazzjoni Svizzera, ta’ miżuri ekwivalenti għal dawk li għandhom jiġu applikati fil-Komunità biex jiżguraw it-tassazzjoni effettiva tad-dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ imgħaxijiet.

(2) L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/48/KE [2] tiddependi fuq l-applikazzjoni, min-naħa tal-Konfederazzjoni Svizzera, tal-miżuri ekwivalenti għal dawk li jinsabu f’dik id-Direttiva, skond Ftehim li sar bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità.

(3) Il-Komunità ddeċiediet li tilqa’ t-talba tal-Konfederazzjoni Svizzera għall-inklużjoni fil-Ftehim ta’ miżuri ekwivalenti għar-reġimi previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE tat- 23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli fil-każ ta’ kumpanniji prinċipali u kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri [3] differenti u fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat- 3 ta’ Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-imgħaxijiet u ħlas ta’ royalties magħmula bejn il-kumpanniji assoċjati ta’ Stati Membri [4] differenti fil-verżjoni oriġinali tagħhom.

(4) l-Ftehim u l-Memorandum ta’ Ftehim għandhom jiġu ffirmati u approvati f’isem il-Komunità.

(5) Huwa meħtieġ li tkun provduta proċedura sempliċi u rapida għal adattamenti possibli ta’ l-Annessi I u II tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi għal miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ imgħaxijiet u l-Memorandum ta’ Ftehim li jakkumpanjah huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità Ewropea.

It-testi tal-Ftehim u l-Memorandum ta’ Ftehim li jakkumpanjah huma mehmuża ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni hija hawnhekk awtorizzata tapprova, f’isem il-Komunità, emendi għall-Annessi tal-Ftehim li jiżguraw li jikkorrispondu għall-informazzjoni relatata ma’ l-awtoritajiet kompetenti li jirriżultaw min-notifiki msemmija fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 2003/48/KE u għall-informazzjoni fl-Anness tagħha.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat sabiex jaħtar il-persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim, il-Memorandum ta’ Ftehim li jakkumpanjah u l-Iskambju ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 22 (2) tal-Ftehim u fil-Memorandum ta’ Ftehim f’isem il-Komunità.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill għandu jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim f’isem il-Komunità [5].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it- 2 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

TIl-President

C. McCreevy

[1] Opinjoni mogħtija fit- 30 ta’ Marzu 2004 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.

[3] ĠU L 225, 20.08.1990, p. 6.

[4] ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49.

[5] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim sejra tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn issa ‘l quddiem imsejjħa "il-Komunità",

u

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, minn issa ‘l quddiem imsejjħa "l-Isvizzera",

jew il-"Partijiet Kontraenti",

FTEHMU LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:

Artikolu 1

Żamma ta' taxxa mill-Aġenti tal-pagament Svizzeri

1. Ħlasijiet ta' imgħaxijiet magħmula lil sidien benefiċjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4 li huma residenti fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, minn issa ‘l quddiem msejjaħ "Stat Membru", minn aġent tal-ħlas stabbilit fit-territorju ta' l-Isvizzera, għandhom soġġett għall-paragrafu 2 u l-Artikolu 2 hawn isfel, ikunu suġġetti għal taxxa miżmuma mill-ammont ta' imgħaxijiet imħallsa. Ir-rata ta' taxxa miżmuma għandha tkun ta' 15 % fl-ewwel tlett snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, 20 % għat-tlett snin ta' wara u 35 % minn dik is-sena ‘l quddiem.

2. Ħlasijiet ta' imgħaxijiet ġejjin minn pretensjonijiet ta' debitu fil-konfront ta' debituri li huma residenti fl-Isvizzera jew minn pretensjonijiet ta' debitu fil-konfront ta' stabbilimenti permanenti li qegħdin fl-Isvizzera ta' persuni mhux residenti fl-Isvizzera għandhom jiġu esklużi miż-żamma ta' taxxa. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim "stabbiliment permanenti" għandu l-istess tifsira ddikjarata fil-konvenzjoni rilevanti dwar it-taxxa doppja bejn l-Isvizzera u l-Istat ta' residenza tad-debitur. Fl-assenza ta' tali konvenzjoni, "stabbiliment permanenti" tfisser post fiss ta' negozju fejn jitwettaq in-negozju kollu jew parti min-negozju ta' debitur.

3. Iżda, fil-każ li l-Isvizzera tnaqqas ir-rata ta' taxxa bil-quddiem tagħha fuq ħlas ta' imgħaxijiet minn fonti Svizzeri lil individwi residenti fi Stati Membri għal inqas minn 35 %, għandha timponi żamma ta' taxxa fuq tali ħlas ta' imgħaxijiet. Ir-rata ta' tali żamma ta' taxxa għandha tkun id-differenza bejn ir-rata ta' żamma ta' taxxa prevista fil-paragrafu 1 u r-rata l-ġdida ta' taxxa bil-quddiem. Madankollu, m'għandiex tkun aktar għolja mir-rata prevista fil-paragrafu 1.

Jekk l-Isvizzera tnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tagħha dwar it-taxxa bil-quddiem fuq id-dħul mit-tfaddil għal individwi residenti fl-Istati Membri, kwalunkwe ħlas ta' imgħaxijiet hekk eskluż minn taxxa bil-quddiem għandu jkun suġġett għal żamma ta' taxxa bir-rati previsti fil-paragrafu 1.

4. Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal imgħaxijiet imħallsa minn fondi ta' investiment Svizzeri li fil-mument ta' dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew aktar tard huma eżentati mit-taxxa bil-quddiem Svizzera fuq il-ħlas tagħhom lil individwi residenti fi Stat Membru.

5. L-Isvizzera għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li d-dmirijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim jiġu mwettqa minn aġenti tal-pagament li huma stabbiliti fit-territorju ta' l-Isvizzera u għandha tipprovdi b'mod speċifiku għal dispożizzjonijiet dwar proċeduri u sanzjonijiet.

Artikolu 2

Żvelar volontarju

1. L-Isvizzera għandha tipprovdi proċedura li tippermetti lis-sid benefiċjarju kif imfisser fl-Artikolu 4 li jevita ż-żamma ta' taxxa speċifikata fl-Artikolu 1 billi jawtoriżża b ‘ mod espliċitu lill-aġent tal-pagament tiegħu fl-Isvizzera biex jirrapporta l-ħlas ta' imgħaxijiet lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat. Tali awtorizzazzjoni għandha tkopri l-ħlas kollu ta' imgħaxijiet lis-sid benefiċjarju minn dak l-aġent tal-ħlas.

2. L-ammont minimu ta' informazzjoni li għandha tkun rapurtata mill-aġent tal-pagament f'każ ta' awtorizzazzjoni espliċita mis-sid benefiċjarju għandu jikkonsisti minn:

(a) l-identità u r-residenza tas-sid benefiċjarju stabbiliti skond l-Artikolu 5;

(b) l-isem u l-indirizz ta' l-aġent tal-ħlas;

(c) in-numru tal-kont tas-sid benefiċjarju jew, fin-nuqqas ta' dan, identifikazzjoni tal-pretensjoni ta' debitu li toħloq l-imgħaxijiet; u

(d) l-ammont ta' ħlas ta' imgħaxijiet kkalkulat skond l-Artikolu 3.

3. L-awtorità kompetenti Svizzera għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' residenza tas-sid benefiċjarju. Tali komunikazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha ssir għall-inqas darba fis-sena, fi żmien sitt xhur wara li tispiċċa s-sena fiskali fl-Isvizzera, għall-ħlasijiet kollha ta' imgħaxijiet magħmula matul dik is-sena.

4. Fil-każ li s-sid benefiċjarju jagħżel din il-proċedura ta' żvelar volontarju jew inkella jiddikjara d-dħul fuq l-imgħaxijiet tiegħu miksub minn aġent tal-ħlas Svizzeru lill-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istat Membru tiegħu ta' residenza, id-dħul fuq l-imgħaxijiet kkonċernat għandu jkun suġġett għal tassazzjoni f'dak l-Istat Membru bl-istess rati bħal dawk applikati għal dħul simili li jinħoloq f'dak l-Istat.

Artikolu 3

Bażi ta' stima għal żamma ta' taxxa

1. L-aġent tal-pagament għandu jnaqqas iż-żamma ta' taxxa skond l-Artikolu 1(1) kif ġej:

(a) fil-każ ta' ħlas ta' imgħaxijiet fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(a): fuq l-ammont gross ta' imgħaxijiet imħallsa jew ikkreditati;

(b) fil-każ ta' ħlas ta' imgħaxijiet fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(b) jew (d): fuq l-ammont ta' imgħaxijiet jew dħul imsemmija f'dawk is-subparagrafi;

(c) fil-każ ta' ħlas ta' imgħaxijiet fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(ċ): fuq l-ammont ta' imgħaxijiet imsemmi f'dak is-subparagrafu.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iż-żamma ta' taxxa għandha tiġi mnaqqsa fuq bażi pro rata għall-perijodu li matulu s-sid benefiċjarju jkollu pretensjoni ta' debitu. Jekk l-aġent tal-pagament ma jistax jiddetermina dan il-perijodu abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, l-aġent tal-pagament għandu jittratta lis-sid benefiċjarju daqs li kieku dan kellu l-pussess tal-pretensjoni ta' debitu għall-perijodu kollu li fih dan kien jeżisti, ħlief jekk dan ta' l-aħħar iġib provi tad-data ta' l-akkwist.

3. It-taxxi u ż-żamm ta' taxxi differenti minn dik prevista f'dan il-Ftehim fuq l-istess ħlas ta' imgħaxijiet għandhom jiġi akkreditati ma' l-ammont taż-żamma ta' taxxa kkalkulat skond dan l-Artikolu.

4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma bla preġudizzju għall-Artikolu 1(2).

Artikolu 4

Tifsira ta' sid benefiċjarju

1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "sid benefiċjarju" għandu jfisser kwalunkwe individwu li jirċievi ħlas ta' imgħaxijiet jew kwalunkwe individwu li għalih jiġi assigurat ħlas ta' imgħaxijiet, sakemm tali ndividwu ma jġibx provi li l-ħlas ta' imgħaxijiet ma kienx riċevut jew assigurat għall-benefiċċju tiegħu jew tagħha. Individwu ma jkunx meqjus bħala sid benefiċjarju meta:

(a) jaġixxi bħala aġent tal-pagament fis-sens ta' l-Artikolu 6; jew

(b) jaġixxi f'isem persuna ġuridika, fond ta' investiment jew korp paragunabbli jew ekwivalenti għal investimenti kollettivi f'titoli; jew

(c) jaġixxi f'isem individwu ieħor li hu s-sid benefiċjarju u jiżvela l-identità tiegħu jew tagħha u l-Istat ta' residenza tiegħu/tagħha lill-aġent tal-pagament.

2. Meta aġent tal-pagament għandu informazzjoni li tissuġġerixxi li l-individwu li jirċievi ħlas ta' imgħaxijiet jew li għalih jiġi assigurat ħlas ta' imgħaxijiet jista' ma jkunx is-sid benefiċjarju, dak l-aġent għandu jieħu passi xierqa biex jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju. Jekk l-aġent tal-pagament ma jkunx jista' jidentifika lis-sid benefiċjarju, dak l-aġent għandu jittratta lill-individwu in kwistjoni bħala s-sid benefiċjarju.

Artikolu 5

Identità u residenza ta' sidien benefiċjarji

Sabiex jistabbilixxi l-identità u r-residenza tas-sid benefiċjarju kif definit fl-Artikolu 4, l-aġent tal-pagament għandu jżomm reġistru tal-kunjom, isem, indirizz u residenza skond id-dispożizzjonijiet legali ta' l-Isvizzera kontra l-ħasil tal-flus. Għal relazzjonijiet kuntrattwali jew transazzjonijiet li saru fejn ma kienx hemm relazzjonijiet kuntrattwali, li bdew fl- 1 ta Jannar 2004, jew wara, għal individwi li jippreżentaw passaport jew karta ta' l-identità uffiċjali maħruġa minn Stat Membru li jiddikjaraw li huma residenti fi Stat li mhux Stat Membru l-Isvizzera, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' ċertifikat ta' residenza għat-taxxa maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat li fih l-individwu jiddikjara li qed joqgħod. Jekk ma jiġix ippreżentat tali ċertifikat, l-Istat Membru li ħareġ il-passaport jew dokument ieħor uffiċjali ta' identità għandu jiġi kkunsidrat bħala l-Istat ta' residenza.

Artikolu 6

Tifsira ta' aġent tal-pagament

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "aġent tal-pagament" fl-Isvizzera għandu jfisser banek skond il-liġi bankarja Svizzera, negozjanti ta' sigurtajiet skond il-Liġi Federali dwar il-Borża u l-Kummerċ ta' Sigurtajiet, persuni naturali jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fl-Isvizzera, soċjetajiet u stabbilimenti permanenti ta' kumpanniji barranin, li anke jekk biss ta' kultant, jaċċettew, iżommu, jinvestu jew jittrasferixxu assi ta' terzi jew sempliċiment iħallsu l-imgħaxijiet jew jiżguraw il-ħlas ta' imgħaxijiet waqt in-negozju tagħhom.

Artikolu 7

Tifsira ta' Ħlas ta' Imgħaxijiet

1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim "ħlas ta' imgħaxijiet" għandu jfisser:

(a) imgħaxijiet imħallsa, jew kreditati għal xi kont, li għandhom x'jaqsmu ma' pretensjonijiet ta' debitu ta' kull xorta inkluż imgħaxijiet imħallsa fuq depożiti fiduċjarji minn aġenti tal-pagament Svizzeri għall-benefiċċju ta' sidien benefiċjarji kif imfisser fl-Artikolu 4, kemm jekk assigurati b'ipoteka kemm jekk le, u kemm jekk jinkorporaw jew le dritt li jipparteċipaw fil-profitt tad-debitur, u b'mod partikolari, dħul minn titoli tal-gvern u dħul minn bonds jew obbligazzjonijiet, inklużi rigali li jġibu magħhom tali titoli, bonds jew obbligazzjonijiet, iżda esklużi imgħaxijiet minn self bejn individwi privati li mhux qed jaġixxu waqt in-negozju tagħhom. Spejjeż ta' penali għal ħlas li jsir tard m'għandhomx jiġu meqjusa bħala ħlas ta' imgħaxijiet;

(b) imgħax miżjud jew kapitalizzat fil-bejgħ, rimbors jew fidwa tal-pretensjonijiet ta' debitu imsemmi f'(a);

(c) dħul ġej minn ħlas ta' imgħaxijiet direttament jew permezz ta' entità msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat- 3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet, minn issa ‘l quddiem imsejjħa d-"Direttiva", imqassam minn:

(i) intrapriżi għal investiment kollettiv stabbiliti fi Stat Membru,

(ii) entitajiet domiċiljati fi Stat Membru, li jeżerċitaw l-għażla skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva u li jinfurmaw lill-aġent tal-pagament dwar dan,

(iii) intrapriżi għal investiment kollettiv stabbiliti barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti,

(iv) fondi ta' investiment Svizzeri li fil-mument ta' dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew aktar tard huma eżentati mit-taxxa bil-quddiem Svizzera fuq il-ħlas tagħhom lil individwi residenti fi Stat Membru,

(d) dħul miksub minn bejgħ, rimbors jew fidwa ta' ishma jew unitajiet fl-intrapriżi u entitajiet li ġejjin, jekk jinvestu b'mod dirett jew indirett, permezz ta' intrapriżi oħra għal investiment kollettiv jew entitajiet imsemmija hawn taħt, iżjed minn 40 % ta' l-assi tagħhom fi pretensjonijiet ta' debitu kif imsemmi f'(a):

(i) intrapriżi għal investiment kollettiv domiċiljati fi Stat Membru,

(ii) entitajiet domiċiljati fi Stat Membru, li jeżerċitaw l-għażla skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva u li jinfurmaw lill-aġent tal-pagament dwar dan,

(iii) intrapriżi għal investiment kollettiv stabbiliti barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti,

(iv) fondi ta' investiment Svizzeri li fil-mument ta' dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew aktar tard huma eżentati mit-taxxa bil-quddiem Svizzera fuq il-ħlas tagħhom lil individwi residenti fi Stat Membru.

2. Fir-rigward tas-subparagrafu (1)(ċ), meta aġent tal-pagament m'għandu l-ebda informazzjoni dwar il-proporzjon ta' dħul li jiġi minn ħlas ta' imgħaxijiet, l-ammont sħiħ tad-dħul għandu jiġi kkunsidrat bħala ħlas ta' imgħaxijiet.

3. Fir-rigward tas-subparagrafu (1)(d), meta aġent tal-pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar il-perċentwali ta' l-assi investiti fi pretensjonijiet ta' debitu jew f'ishma jew f'unitajiet kif imfisser f'dak is-subparagrafu, dik il-perċentwali għandha tiġi kkunsidrata bħala għola minn 40 %. Meta dak l-aġent ma jistgħax jiddetermina l-ammont tad-dħul miksub mis-sid benefiċjarju, id-dħul għandu jiġi meqjus li jaqbel mad-dħul mill-bejgħ, rimbors jew fidwa ta' l-ishma jew unitajiet.

4. Dħul relatat ma' intrapriżi jew entitajiet li investew sa 15 % ta' l-assi tagħhom fi pretensjonijiet ta' debitu skond it-tifsira tas-subparagrafu 1(a) m'għandux jiġi kkunsidrat bħala ħlas ta' imgħaxijiet skond is-subparagrafu 1(ċ) u (d).

5. Il-perċentwali msemmija fis-subparagrafu 1(d) u paragrafu 3 għandha ssir 25 % mill- 1 ta' Jannar 2011.

6. Il-perċentwali msemmija fis-subparagrafu (1) (d) u fil-paragrafu 4 għandhom jiġu determinati b'referenza għall-politika ta' investiment kif stabbilita fir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' l-intrapriżi jew entitajiet konċernati u, fin-nuqqas ta' dawn ir-regoli, b'referenza għall-kompożizzjoni attwali ta' l-assi ta' l-intrapriżi jew entitajiet konċernati.

Artikolu 8

Tqassim ta' Dħul

1. L-Isvizzera għandha żżomm 25 % tad-dħul li ġej miż-żamma ta' taxxa skond dan il-Ftehim u tittrasferixxi 75 % tad-dħul lill-Istat Membru ta' residenza tas-sid benefiċjarju.

2. Tali trasferimenti għandhom isiru għal kull sena fi ħlas wieħed għal kull Stat Membru mhux iżjed tard minn perijodu ta' sitt xhur wara tmiem is-sena fiskali fl-Isvizzera.

Artikolu 9

Eliminazzjoni ta' taxxa doppja

1. Jekk l-imgħaxijiet li jirċievi sid benefiċjarju kienu suġġetti għal żamma ta' taxxa minn aġent tal-pagament fl-Isvizzera, l-Istat Membru ta' residenza għal finijiet ta' taxxa tas-sid benefiċjarju għandu jagħti kreditu ta' taxxa daqs l-ammont ta' żamma ta' taxxa. Meta dan l-ammont jaqbeż l-ammont ta' taxxa dovuta fuq l-ammont totali ta' imgħaxijiet suġġetti għal żamma ta' taxxa skond il-liġi nazzjonali tagħha, l-Istat Membru ta' residenza għal finijiet ta' taxxa għandu jħallas lura l-ammont ta' taxxa żejda miżmuma lis-sid benefiċjarju.

2. Jekk l-imgħaxijiet li rċieva sid benefiċjarju kienu suġġetti għal taxxi jew żamm ta' taxxa oħra barra dawk previsti f'dan il-Ftehim u l-Istat Membru ta' residenza għall-finijiet ta' taxxa jagħti kreditu ta' taxxa għal tali taxxi u żamm ta' taxxi skond il-liġi nazzjonali tiegħu jew skond konvenzjonijiet dwar taxxa doppja, tali taxxi jew żamm ta' taxxa oħra għandhom jiġu kkreditati qabel ma tiġi applikata l-proċedura fil-paragrafu (1). Għal finijiet ta' taxxa, l-Istat Membru ta' residenza għandu jaċċetta ċertifikati maħruġa minn aġenti tal-pagament Svizzeri bħala evidenza xierqa tat-taxxa jew żamma ta' taxxa bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' residenza għal finijiet ta' taxxa jkun jista' jikseb mingħand l-awtorità kompetenti Svizzera verifika ta' l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati maħruġa mill-aġenti tal-pagament Svizzeri.

3. L-Istat Membru ta' residenza għal finijiet ta' taxxa tas-sid benefiċjarju jista' jissostitwixxi l-mekkaniżmu ta' kreditu tat-taxxa msemmi fil-paragrafi 1 u 2 b'rimbors taż-żamma ta' taxxa msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 10

Skambju ta' informazzjoni

1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Isvizzera u kwalunkwe Stat Membru għandhom jipparteċipaw fi skambju ta' informazzjoni dwar kondotta li tikkostituwixxi frodi fiskali skond il-liġijiet ta' l-Istat mitlub, jew vjolazzjonijiet simili, dwar dħul kopert minn dan il-Ftehim. "vjolazzjonijiet simili" tinkludi biss reati bl-istess livell ta' illegalità bħal ma hi l-frodi fiskali skond il-liġijiet ta' l-Istat mitlub. B'risposta għal talba ġustifikata, l-Istat mitlub għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li l-Istat li qed jagħmel it-talba jkun qed jinvestiga, jista' jinvestiga, fuq bażi amministrattiva, ċivili jew kriminali. Mingħajr preġudizzju għall-firxa ta' l-iskambju ta' informazzjoni kif mfisser f'dan il-paragrafu, għandu jkun hemm skambju ta' informazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti fil-konvenzjonijiet dwar taxxa doppja bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri u dan l-iskambju għandu jiġi trattat bħala konfidenzjali bil-mod previst fihom.

2. Meta jiġi determinat jekk informazzjoni tistax tingħata bi tweġiba għal talba, l-Istat mitlub għandu japplika l-preskrizzjoni applikabbli skond il-liġijiet ta' l-Istat li qed jagħmel it-talba minflok l-istatut ta' limitazzjonijiet ta' l-Istat mitlub.

3. L-Istat mitlub għandu jipprovdi informazzjoni f'każ li l-Istat li qed jagħmel it-talba għandu suspett raġonevoli li l-kondotta tikkostitwixxi frodi fiskali jew vjolazzjoni simili. Is-suspett ta' frodi fiskali jew vjolazzjoni simili ta' l-Istat li qed jagħmel it-talba jista' ikun ibbażat fuq:

(a) Dokumenti, kemm awtentikati jew le, u li jinkludu iżda li mhux limitati għal reġistri tan-negozju, kotba tal-kontijiet jew informazzjoni dwar kont tal-bank;

(b) Informazzjoni testimonjali minn dak li jħallas it-taxxa;

(c) Informazzjoni miksuba mingħand informatur jew terza persuna oħra li ġiet ikkorroborata indipendentement jew li inkella hija x'aktarx kredibbli; jew

(d) Provi ċirkostanzjali.

4. L-Isvizzera għandha tidħol f'negozjati bilaterali ma' kull Stat Membru sabiex jiddefinixxu kategoriji individwali ta' każi li jinġabru taħt "vjolazzjonijiet simili" skond il-proċedura ta' tassazzjoni applikata minn dawk l-Istati.

Artikolu 11

Awtoritajiet Kompetenti

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifissru dawk l-awtoritajiet mniżżla fl-Anness 1.

Artikolu 12

Konsultazzjoni

Jekk ikun hemm nuqqas ta' ftehim bejn l-awtorità kompetenti Svizzera u awtorità kompetenti jew aktar imsemmija fl-Artikolu 11 dwar l-interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, dawn għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jirriżolvu dan permezz ta' ftehim reċiproku. Huma għandhom jgħarrfu minnufih il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħhom. Fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' interpretazzjoni il-Kummissjoni tista' tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti.

Artikolu 13

Reviżjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-inqas kull tlett snin jew fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet Kontraenti bil-għan li jeżaminaw u – jekk meqjus meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti – itejjbu l-funzjonament tekniku ta' dan il-Ftehim u jivvalutaw l-iżviluppi internazzjonali. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar minn mindu tkun saret it-talba jew mill-iktar fis possibbli f'każijiet urġenti.

2. Fuq il-bażi ta' tali valutazzjoni, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex jeżaminaw jekk, b'konsiderazzjoni lejn żviluppi internazzjonali, hemmx bżonn isir tibdil f'dan il-Ftehim.

3. Kif tkun disponibbli biżżejjed esperjenza għall-implimentazzjoni sħiħa ta' l-Artikolu 1(1), il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jeżaminaw jekk, b'kunsiderazzjoni lejn żviluppi inernazzjonali, hemmx bżonn isiru tibdiliet f'dan il-Ftehim.

4. Għall-finijiet tal-konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra bi żviluppi possibbli li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament xieraq ta' dan il-Ftehim. Dan għandu jinkludi wkoll kwalunkwe ftehim rilevanti bejn waħda mill-Partijiet Kontraenti u Stat terz.

Artikolu 14

Relazzjoni ma' Konvenzjonijiet bilaterali dwar Taxxa Doppja

Id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar taxxa doppja bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri m'għandhomx iżommu l-impożizzjoni taż-żamma ta' taxxa previst b'dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Dividend, imgħaxijiet u royalties bejn kumpanniji

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew ibbażati fuq ftehim għall-prevenzjoni ta' frodi jew abbuż fl-Isvizzera u fl-Istati Membri, id-dividendi mħallsa minn kumpanniji sussidjarji lil kumpanniji prinċipali m'għandhomx ikunu suġġetti għal taxxa fl-Istat fejn ikunu oriġinaw f'każijiet fejn:

- il-kumpannija prinċipali għandha sehem minimu dirett ta' 25 % tal-kapital ta' tali sussidjarja għal minn ta' l-inqas sentejn, u;

- kumpannija minnhom hi residenti fi Stat Membru għal finijiet ta' taxxa u l-kumpannija l-oħra hi residenti fl-Isvizzera għal finijiet ta' taxxa, u;

- skond kwalunkwe ftehim dwar taxxa doppja ma' kwalunkwe Stat terz l-ebda kumpannija ma hi residenti f'dak l-Istat terz għal finijiet ta' taxxa, u;

- iż-żewġ kumpanniji huma suġġetti għal taxxa tal-kumpanniji mingħajr ma jkunu eżentati u t-tnejn li huma jadottaw il-forma ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata [1].

Madankollu, l-Estonja tista', sakemm tiċċarġja taxxa fuq id-dħul fuq profitti mqassma mingħajr ma timponi taxxa fuq profitti mhux imqassma, u sa mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2008, tkompli tapplika dik it-taxxa fuq profitti mqassma minn kumpanniji sussidjarji Estonjani lill-kumpanniji prinċipali stabbiliti fl-Isvizzera.

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew ibbażati fuq ftehim għall-prevenzjoni ta' frodi jew abbuż fl-Isvizzera u fl-Istati Membri, l-imgħaxijiet u royalties magħmula bejn kumpanniji assoċjati jew l-istabbilimenti permanenti tagħhom m'għandhomx ikunu suġġetti għal taxxa fl-Istat fejn ikunu oriġinaw, f'każijiet fejn:

- tali kumpanniji jkunu affiljati b'sehem minimu dirett ta' 25 % għal minn ta' l-inqas sentejn jew huma t-tnejn miżmuma minn kumpannija terza li għandha sehem minimu dirett ta' 25 % kemm fil-kapital ta' l-ewwel kumpannija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpannija għal minn ta' l-inqas sentejn, u;

- f'każ li kumpannija hi residenti fi Stat Membru għal finijiet ta' taxxa jew stabbiliment permanenti qiegħed fi Stat Membru u l-kumpannija l-oħra hi residenti għal finijiet ta' taxxa jew istabbiliment permanenti ieħor li qiegħed fl-Isvizzera, u;

- skond kwalunkwe ftehim dwar taxxa doppja ma' kwalunkwe Stat terz l-ebda kumpannija ma hi residenti f'dak l-Istat terz għal finijiet ta' taxxa u l-ebda wieħed mill-istabbilimenti permanenti ma hu qiegħed f'dak l-Istat terz, u;

- il-kumpanniji kollha huma suġġetti għal taxxa tal-kumpanniji mingħajr ma huma eżentati b'mod partikolari fuq imgħaxijiet u royalties u kull kumpannija tadotta l-forma ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata [1].

Madankollu, fejn id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat- 3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-imgħaxijiet u royalties magħmula bejn kumpanniji assoċjati ta' Stati Membri differenti tipprovdi għal perijodu ta' transizzjoni fir-rigward ta' Stat Membru speċifikat, dak l-Istat għandu jiżgura biss il-provvediment ta' arranġamenti imsemmija hawn fuq dwar imgħaxijiet u royalties wara l-iskadenza ta' dak il-perijodu.

3. Ftehim ta' taxxa doppja li diġa jeżistu bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri li jipprovdu trattament ta' tassazzjoni ta' dividendi, imgħaxijiet u royalties aktar favorevoli meta jiġi adottat dan il-Ftehim ma għandhomx jiġu affettwati.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet transitorji għal titoli ta' kreditu negozjabbli [2]

1. Mid-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, sakemm għall-inqas Stat Membru japplika wkoll l-dispożizzjonijiet simili mhux iżjed tard mill- 31 ta' Diċembru 2010, bonds nazzjonali u internazzjonali u titoli ta' kreditu oħra negozjabbli li jkunu nħarġu l-ewwel darba qabel l- 1 ta' Marzu 2001 jew li l-prospektus ta' ħruġ oriġinali tagħhom ġew approvati qabel dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat li joħroġhom, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala pretensjonijiet ta' debitu fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(a), sakemm ma jsir l-ebda ħruġ ieħor ta' tali investimenti negozjabbli fl- 1 ta' Marzu 2002 jew wara.

Madankollu, sakemm għall-inqas Stat Membru wieħed japplika wkoll dispożizzjonijiet simili, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jibqgħu japplikaw wara l- 31 ta' Diċembru 2010 fir-rigward ta' tali titoli ta' kreditu negozjabbli:

- li fihom klawżoli ta' gross-up u fidwa bikrija, u

- f'każijiet fejn l-aġent tal-pagament, kif imfisser fl-Artikolu 6, huwa stabbilit fl-Isvizzera, u

- f'każijiet fejn dak l-aġent tal-pagament iħallas imgħaxijiet direttament lil, jew jassigura l-ħlas ta' imgħaxijiet għall-benefiċċju immedjat ta', sid benefiċjarju residenti fi Stat Membru.

Jekk u meta kull Stat Membru jieqaf japplika dispożizzjoniiet simili, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jibqgħu japplikaw biss fir-rigward ta' dawk it-titoli ta' kreditu negozjabbli:

- li fihom klawżoli ta' gross-up u fidwa bikrija, u

- f'każijiet fejn l-aġent tal-pagament ta' dak li joħroġhom huwa stabbilit fl-Isvizzera, u

- f'każijiet fejn dak l-aġent tal-pagament iħallas imgħaxijiet direttament lil, jew jassigura l-ħlas ta' imgħaxijiet għall-benefiċċju immedjat ta', sid benefiċjarju residenti fi Stat Membru.

Jekk fl- 1 ta' Marzu 2002 jew wara ssir ħarġa oħra ta' titoli ta' kreditu negozjabbli imsemmi qabel maħruġ minn xi Gvern jew xi entità relatata li taġixxi bħala awtorità pubblika jew li r-rwol tagħha hu rikonoxxut minn xi Trattat internazzjonali (imnizzel fl-Anness II ta' dan il-Ftehim), il-ħarġa kollha ta' tali titoli ta' kreditu, li jikkonsisti mill-ħarġa oriġinali u kull ħarġa ta' wara, għandha tiġi meqjusa bħala pretensjonijiet ta' debitu fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(a).

Jekk fl- 1 ta' Marzu 2002 jew wara jsir ħruġ ieħor ta' titolu ta' kreditu negozjabbli msemmi qabel, maħruġ minn kwalunkwe għajn oħra mhux koperta mir-raba' subparagrafu, tali ħarġa oħra għandha tiġi meqjusa bħala pretensjoni ta' debitu fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(a).

2. Dan l-Artikolu ma għandux iżomm lill-Isvizzera u l-Istati Membri milli jkomplu jimponu taxxa fuq id-dħul ġej minn titoli ta' kreditu negozjabbli msemmija fil-paragrafu 1 skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom.

Artikolu 17

Iffirmar, Dħul fis-seħħ u Tul tal-Validità

1. Dan il-Ftehim jeħtieġ ir-ratifika jew approvazzjoni mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija ta' dawn il-proċeduri. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara l-aħħar notifika.

2. Bla ħsara għat-twettiq tal-ħtiġijiet kostituzzjonali ta' l-Isvizzera u l-ħtiġijiet tal-liġi tal-Komunità dwar id-dħul fi ftehim internazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, l-Isvizzera u fejn applikabbli l-Komunità għandha timplementa b'mod effettiv u japplikaw dan il-Ftehim mill- 1 ta' Jannar 2005 u jinnotifikaw lil xulxin dwaru.

3. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm jiġi mitmum minn waħda mill-Partijiet Kontraenti.

4. Kull waħda miż-żewġ Partijiet Kontraenti tista' ttemm dan il-Ftehim billi tagħti notifika lill-parti l-oħra. F'każ bħal dan, il-Ftehim ma jibqax fis-seħħ wara tnax-il xahar minn meta tingħata n-notifika.

Artikolu 18

Applikazzjoni u Sospensjoni ta' l-Applikazzjoni

1. L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tkun bil-kondizzjoni li jiġu adottati u implimentati mit-territorji dipendenti jew assoċjati ta' l-Istati Membri msemmija fir-rapport tal-Kunsill (Kwistjonijiet Ekonomiċi u Finanzjarji) lill-Kunsill Ewropew ta' Santa Maria da Feira tad- 19 u l- 20 ta' Ġunju 2000, kif ukoll mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, Andorra, Liechtenstein, Monako u San Marino, rispettivament, ta' miżuri li jikkonformaw ma', jew li huma ekwivalenti għal dawk li jinstabu fid-Direttiva jew f'dan il-Ftehim, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, u li jipprovdu għall-istess dati ta' implimentazzjoni.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddeċiedu, bi qbil bejniethom, minn ta' l-inqas sitt xhur qabel id-data msemmija fl-Artikolu 17(2), jekk il-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tiġix sodisfatta b'konsiderazzjoni għad-dati tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri rilevanti fl-Istati terzi u t-territorji dipendenti jew assoċjati konċernati. Jekk il-Partijiet Kontraenti ma jiddeċiedux li l-kondizzjoni tiġi sodisfatta, għandhom, bi qbil bejniethom, jadottaw data ġdida għall-finijiet ta' l-Artikolu 17(2).

3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Artikolu 15 għandu japplika fir-rigward ta' Spanja b'effett mid-dħul fis-seħħ ta' ftehim bilaterali bejn Spanja u l-Isvizzera dwar l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba f'każijiet amministrattivi, ċivili jew kriminali ta' frodi fiskali, kif imfisser fil-liġijiet ta' l-Istat mitlub, jew vjolazzjoni simili, fir-rigward ta' dħul mhux suġġett għal dan il-Ftehim iżda kopert minn konvenzjoni jew ftehim bejn Spanja u l-Isvizzera dwar l-eliminazzjoni ta' taxxa doppja fuq dħul u kapital.

4. L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim jew partijiet minnu tista' tiġi sospiża minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti b'effett immedjat permezz ta' notifika lill-oħra f'każ li d-Direttiva jew parti mid-Direttiva ma tibqgħax applikabbli jew b'mod temporanju jew permanenti skond il-liġi tal-Komunità jew f'każ li Stat Membru jissospendi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tiegħu.

5. Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista' tissospendi l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim permezz ta' notifika lill-oħra f'każ li wieħed mill-Istati terzi jew territorji msemmija fil-paragrafu 1 sussegwentement iwaqqaf l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f'dak il-paragrafu. Sospensjoni ta' l-applikazzjoni ma għandhiex issir qabel xahrejn min-notifika. L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha terġa tibda malli l-miżuri jerġgħu jiddaħħlu fis-seħħ.

Artikolu 19

Pretensjonijiet ta' dritt u Ħlas Finali

1. Jekk dan il-Ftehim jiġi mwaqqaf jew l-applikazzjoni tiegħu tiġi sospiża kompletament jew parzjalment, il-prestensjonijiet ta' dritt ta' individwi skond l-Artikolu 9 m'għandhomx jiġu affettwati.

2. L-Isvizzera għandha, f'tali każ, tistabbilixxi dikjarazzjoni finali sa tmiem il-perijodu ta' applikabbiltà ta' dan il-Ftehim u tagħmel ħlas finali lill-Istati Membri.

Artikolu 20

Kamp ta' applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat u skond il-kondizzjonijiet imniżżla f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Isvizzera.

Artikolu 21

Annessi

1. L-Annessi għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

2. Il-lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Anness 1 tista' tiġi emendata sempliċement permezz ta' notifika lill-Parti Kontraenti l-oħra min-naħa ta' l-Isvizzera għall-awtorità msemmija f'(a) hemmhekk u mill-Komunità għall-awtoritajiet l-oħra.

Il-lista ta' entitajiet relatati fl-Anness 2 tista' tiġi emendata permezz ta' ftehim reċiproku.

Artikolu 22

Lingwi

1. Dan il-Ftehim huwa mfassal f'duplikat bil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

2. Il-verżjoni bil-Malti għandha tiġi awtentikata mill-Partijiet Kontraenti fuq bażi ta' skambju ta' ittri. Din għandha wkoll tkun awtentika, bl-istess mod bħall-lingwi msemmija fil-paragrafu 1.

EN FE DE LO CUAL, los plenipotenciarios abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo.

NA DŮKAZ ČEHOŽ připojili níže podepsaní zplnomocnění zástupci k této smlouvě své podpisy.

TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.

ZU URKUND DESSEN haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.

SELLE KINNITUSEKS on täievolilised esindajad käesolevale lepingule alla kirjutanud.

ΣΕ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι υπογράφοντες πληρεξούσιοι έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.

IN WITNESS WHEREOF, the undersigned Plenipotentiaries have hereunto set their hands.

EN FOI DE QUOI, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent accord.

IN FEDE DI CHE, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto la propria firma in calce al presente accordo.

TO APLIECINOT, attiecīgi pilnvarotas personas ir parakstījušas šo nolīgumu.

TAI PALIUDYDAMI, šį Susitarimą pasirašė toliau nurodyti įgaliotieji atstovai.

FENTIEK HITELÉÜL e megállapodást az alulírott meghatalmazottak alább kézjegyükkel látták el.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjari hawn taħt iffirmati ffirmaw dan il-Ftehim.

TEN BLIJKE WAARVAN de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder deze overeenkomst hebben geplaatst.

W DOWÓD CZEGO, niżej podpisani pełnomocnicy złożyli swoje podpisy.

EM FÉ DO QUE, os plenipotenciários abaixo assinados apuserem as suas assinaturas no final do presente Acordo.

NA DÔKAZ ČOHO dolupodpísaní splnomocnení zástupcovia podpísali túto dohodu.

V POTRDITEV TEGA so spodaj podpisani pooblaščenci podpisali ta sporazum.

TÄMÄN VAKUUDEKSI allamainitut täysivaltaiset edustajat ovat allekirjoittaneet tämän sopimuksen.

TILL BEVIS HÄRPÅ har undertecknade befullmäktigade undertecknat detta avtal.

Hecho en Luxemburgo, el veintiseis de octubre del dos mil cuatro

V Lucemburku dne dvacátého šestého října dva tisíce čtyři.

Udfærdiget i Luxembourg den seksogtyvende oktober to tusind og fire.

Geschehen zu Luxemburg am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendundvier.

Kahe tuhande neljanda aasta oktoobrikuu kahekümme kuuendal päeval Luxembourgis.

Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

Done at Luxembourg on the twenty-sixth day of October in the year two thousand and four.

Fait à Luxembourg, le vingt-six octobre deux mille quatre.

Fatto a Lussembourgo, addì ventisei ottobre duemilaquattro.

Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada divdesmit sestajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų spalio dvidešimt šeštą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer negyedik év október huszonhatodik napján.

Magħmula fil-Lussemburgu fis-sitta u għoxrin jum ta' Ottubru tas-sena elfejn u erbgħa.

Gedaan te Luxemburg, de zesentwintigste oktober tweeduizendvier.

Sporządzono w Luksemburgu w dniu dwudziestym szóstym października roku dwutysięcznego czwartego.

Feito em Luxemburgo, em vinte e seis de Outubro de dois mil e quatro.

V Luxemburgu dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícštyri.

V Luxembourgu, dne šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč štiri.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaneljä.

Som skedde i Luxemburg den tjugosjätte oktober tjugohundrafyra.

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad Europea | |

Za Evropské společenství |

For Det Europæiske Fællesskab |

Für die Europäische Gemeinschaft |

Euroopa Ühenduse nimel |

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα |

For the European Community |

Pour la Communauté européenne |

Per la Comunità europea |

Eiropas Kopienas vārdā |

Europos bendrijos vardu |

az Európai Közösség részéről |

Għall-Komunità Ewropea |

Voor de Europese Gemeenschap |

W imieniu Wspólnoty Europejskiej |

Pela Comunidade Europeia |

Za Európske spoločenstvo |

za Evropsko skupnost |

Euroopan yhteisön puolesta |

På Europeiska gemenskapens vägnar |

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft |

Pour la Confédération suisse |

Per la Confederazione svizzera |

Għall-Konfederazzjoni Svizzera |

+++++ TIFF +++++

|

[1] Fir-rigward ta' l-Isvizzera, "kumpannija b'responsabiltà limitata" tkopri:

- société anonyme/Aktiengesellschaft/società anonima;

- société à responsabilité limitée/Gesellschaft mit beschränkter Haftung/società a responsabilità limitata;

- société en commandite par actions/Kommanditaktiengesellschaft/società in accomandita per azioni.

[2] Bħal fid-Direttiva, dawn id-dispożizzjonijiet transitorji japplikaw ukoll għal investimenti negozjabbli magħmula permezz ta' fondi ta' investiment.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Dawn li ġejjin huma "l-awtoritajiet kompetenti" għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

a) fl-Isvizzera, Le Directeur de l’Administration fédérale des contributions/Der Direktor der Eidgenössischen Steuerverwaltung/il direttore dell’Amministrazione federale delle contribuzioni jew il-prokuratur jew aġent tiegħu,

b) fir-Renju tal-Belġu De Minister van Financiën/Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,

ċ) fir-Repubblika Ċeka: Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat,

d) fir-Renju tad-Danimarka: Skatteministeren jew rappreżentant awtorizzat,

e) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

f) fir-Repubblika ta’ l-Estonja: Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat,

g) fir-Repubblika Ellenika: Ο Υπουργός των Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

h) fir-Renju ta’ Spanja: El Ministro de Hacienda jew rappreżentant awtorizzat,

i) fir-Repubblika Franċiża: Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat,

j) fl-Irlanda: The Revenue Commissioners jew rappreżentant awtorizzat tagħhom,

k) fir-Repubblika Taljana: Il Capo del Dipartimento per le Politiche Fiscali jew rappreżentant awtorizzat,

l) fir-Repubblika ta’ Ċipru: Υπουργός Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

m) fir-Repubblika tal-Latvja: Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat,

n) fir-Repubblika tal-Litwanja: Finanšu ministras jew rappreżentant awtorizzat,

o) fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat, madankollu għall-finijiet ta’ l-Artikolu 10 l-awtorità kompetenti għandha tkun "le Procureur Général d’Etat luxemburgeois",

p) fir-Repubblika ta’ l-Ungerija: A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat,

q) fir-Repubblika ta’ Malta: Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat,

r) fir-Renju ta’ l-Olanda: De Minister van Financiën jew rappreżentant awtorizzat,

s) fir-Repubblika ta’ l-Awstrija: Der Bundesminister für Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

t) fir-Repubblika tal-Polonja: Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat,

u) fir-Repubblika Portugiża: O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat,

v) fir-Repubblika Slovena: Minister za finance jew rappreżentant awtorizzat,

w) fir-Repubblika Slovakka: Minister financií jew rappreżentant awtorizzat,

x) fir-Repubblika tal-Finlandja: Valtiovarainministeriö/Finansministeriet jew rappreżentant awtorizzat,

y) fir-Renju ta’ l-Isvezja: Finansdepartementet jew rappreżentant awtorizzat,

z) fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fit-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom hu responsabbli r-Renju Unit: the Commissioners of Inland Revenue jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom u l-awtorità kompetenti fil-Ġibilterra, li r-Renju Unit ser jaħtar skond l-Arranġamenti Miftehma tad- 19 ta’ April 2000 li għandhom x’jaqsmu ma’ l-awtoritajiet tal-Ġibilterra fil-kuntest ta’ l-istrumenti UE u KE u t-trattati rrelatati notifikati lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, kopja ta’ liema għandha tiġi nnotifikata lill-Isvizzera mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u li għandu japplika għal dan il-Ftehim.

--------------------------------------------------

ANNESS II

LISTA TA' ENTITATJIET RELATATI

Għall-finijiet ta' l-Artikolu 16 ta' dan il-Ftehim, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala "entità relatata li taġixxi bħala awtorità pubblika jew li r-rwol tagħha hu rikonoxxut minn trattat internazzjonali":

ENTITAJIET FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA:

Belġu

Vlaams Gewest (Reġjun Fjamming)

Région wallonne (Reġjun tal-Vallonja)

Région bruxelloise/Brussels Gewest (Reġjun ta' Brussel)

Communauté française (Komunità Franċiża)

Vlaamse Gemeenschap (Komunità Fjamminga)

Deutschsprachige Gemeinschaft (Komunità tal-lingwa Ġermaniża)

Spanja

Xunta de Galicia (Eżekuttiv Reġjunali tal-Galicia)

Junta de Andalucía (Eżekuttiv Reġjunali ta' l-Andalusia)

Junta de Extremadura (Eżekuttiv Reġjunali ta' l-Extremadura)

Junta de Castilla- La Mancha (Eżekuttiv Reġjunali ta' Castilla- La Mancha)

Junta de Castilla- León (Eżekuttiv Reġjunali ta' Castilla- León)

Gobierno Foral de Navarra (Gvern Reġjunali ta' Navarre)

Govern de les Illes Balears (Gvern tal-Gżejjer Baleariċi)

Generalitat de Catalunya (Gvern Awtonomu tal-Katalonja)

Generalitat de Valencia (Gvern Awtonomu ta' Valencia)

Diputación General de Aragón (Kunsill Reġjonali ta' Aragona)

Gobierno de las Islas Canarias (Gvern tal-Gżejjer Kanari)

Gobierno de Murcia (Gvern tal-Murcia)

Gobierno de Madrid (Gvern ta' Madrid)

Gobierno de la Comunidad Autónoma del País Vasco/Euzkadi (Gvern tal-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask)

Diputación Foral de Guipúzcoa (Kunsill Reġjunali ta' Guipúzcoa)

Diputación Foral de Vizcaya/Bizkaia (Kunsill Reġjunali ta' Vizcaya)

Diputación Foral de Alava (Kunsill Reġjunali ta'Alava)

Ayuntamiento de Madrid (Kunsill Muniċipali ta' Madrid)

Ayuntamiento de Barcelona (Kunsill Muniċipali ta' Barċellona)

Cabildo Insular de Gran Canaria (Kunsill tal-Gżira ta' Gran Kanarja)

Cabildo Insular de Tenerife (Kunsill tal-Gżira ta' Tenerife)

Instituto de Crédito Oficial (Istitut ta' Kreditu Pubbliku)

Instituto Catalán de Finanzas (Istitut tal-Finanza tal-Katalonja)

Instituto Valenciano de Finanzas (Istitut tal-Finanza ta' Valenzja)

Greċja

Оργανισμός Тηλεπικοινωνιών Ελλάδος (Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Telekomunikazzjoni)

Оργανισμός Σιδηροδρόμων Ελλάδος (Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Ferroviji)

Δημόσια Επιχείρηση Ηλεκτρισμού (Kumpannija Pubblika ta' l-Elettriċità)

Franza

La Caisse d'amortissement de la dette sociale (CADES) (Fond Soċjali għall-Fidwa tad-Djun)

L'Agence française de développement (AFD) (Aġenzija Franċiża għall-Iżvilupp)

Réseau Ferré de France (RFF)(Rettikolat Franċiż tal-Ferrovija)

Caisse Nationale des Autoroutes (CNA) (Fond Nazzjonali għat-Toroq)

Assistance publique Hôpitaux de Paris (APHP) (Assistenza Pubblika Sptarijiet ta' Pariġi)

Charbonnages de France (CDF) (Bord Franċiż għall-Faħam)

Entreprise minière et chimique (EMC)(Kumpannija tal-Minjieri u s-Sustanzi Kimiċi)

Italja

Reġjuni

Provinċji

Muniċipalitajiet

Cassa Depositi e Prestiti (Fond ta' Depożiti u Self)

Latvja

Pašvaldības (Gvernijiet Lokali)

Polonja

gminy (komun)

powiaty (distretti)

województwa (provinċji)

związki gmin (assoċjazzjonijiet ta' komuni)

związki powiatów (assoċjazzjonijiet ta' distretti)

związki województw (assoċjazzjoni ta' provinċji)

miasto stołeczne Warszawa (belt kapitali ta' Varsavja)

Agencja Restrukturyzacji i Modernizacji Rolnictwa (Aġenzija għar-Ristrutturar u l-Immodernizzar ta' l-Agrikoltura)

Agencja Nieruchomości Rolnych (Aġenzija għall-Proprjetà ta' l-Agrikoltura)

Portugall

Região Autónoma da Madeira (Reġjun Awtonomu ta' Madeira)

Região Autónoma dos Açores (Reġjun Awtonomu ta' l-Azores)

Muniċipalitajiet

Slovakkja

mestá a obce (muniċipalitajiet)

Železnice Slovenskej republiky (Kumpannija tal-Ferroviji Slovakka)

Štátny fond cestného hospodárstva (Fond Statali għall-Amministrazzjoni tat-Toroq)

Slovenské elektrárne (Impjanti ta' Enerġija ta' l-Islovakkja)

Vodohospodárska výstavba (Kumpannija ta' Kostruzzjoni għall-Amministrazzjoni ta' l-Ekonomija ta' l-Ilma)

ENTITAJIET INTERNAZZJONALI:

Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp

Bank ta' l-Investiment Ewropew

Bank Ażjatiku għall-Iżvilupp

Bank Afrikan għall-Iżvilupp

Bank Dinji/IBRD/FMI

Korporazzjoni għall-Finanza Internazzjonali

Bank Inter-Amerikan għall-Iżvilupp

Fond Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Iżvilupp

EURATOM

Komunità Ewropea

Corporación Andina de Fomento (CAF) (Korporazzjoni Andina għall-Iżvilupp)

Eurofima

Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

Bank ta' l-Investiment Nordiku

Bank Karibew għall-Iżvilupp

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 huma bla preġudizzju għal kwalunkwe obbligazzjoni internazzjonali li l-Partijiet Kontraenti jistgħu jkunu daħlu fih rigward l-entitajiet internazzjonali hawn fuq imsemmija.

ENTITAJIET F'PAJJIŻI TERZI:

L-entitajiet li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

1) L-entità hija kkunsidrata b'mod ċar bħala entità pubblika skond il-kriterji nazzjonali.

2) Tali entità pubblika mhix produttriċi għas-suq li tamministra u tiffinanzja grupp ta' attivitajiet, li tipprovdi prinċipalment merkanzija u servizzi li mhumiex għas-suq, intiżi għall-benefiċċju tal-komunità u li huma effettivament ikkontrollati mill-gvern ġenerali.

3) Tali entità pubblika tagħmel ħruġ regolari ta' kwantità kbira ta' kreditu.

4) L-Istat ikkonċernat jista' jaggarantixxi li tali entità pubblika mhix ser teżerċita fidwa bikrija f'każ ta' klawżoli ta' gross-up.

--------------------------------------------------

MEMORANDUM TA' FTEHIM

BEJN

IL-KOMUNITA' EWROPEA, IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTOJNA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-ISVEZJA U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ, U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA

IL-KOMUNITA' EWROPEA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTOJNA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVAKKJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

u

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, minn issa ‘l quddiem imsejjħa "l-Isvizzera",

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

1. INTRODUZZJONI

L-Isvizzera u l-Komunità Ewropea qed jidħlu fi Ftehim li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat- 3 ta' Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni fuq dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet (minn issa ‘l quddiem imsejjħa d-Direttiva). Dan il-Memorandum ta' Ftehim jikkumplementa dak il-Ftehim.

2. ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA F'KAŻIJIET TA' FRODI FISKALI JEW VJOLAZZJONI SIMILI

Kif jiġi ffirmat il-Ftehim, l-Isvizzera u kull Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea ser jidħlu f'negozjati bilaterali bil-għan li:

- jinkludu fil-konvenzjonijiet rispettivi tagħhom dwar it-taxxa doppja fuq id-dħul u l-kapital disposizzjonijiet dwar assistenza amministrattiva taħt forma ta' skambju ta' informazzjoni fuq talba għal każijiet kollha amministrattivi, ċivili jew kriminali ta' frodi fiskali skond il-liġijiet ta' l-Istat mitlub, jew vjolazzjoni simili fir-rigward tad-dħul mhux suġġetti għal dan il-Ftehim iżda koperti mill-konvenzjonijiet rispettivi tagħhom,

- jiddefinixxu kategoriji individwali ta' każijiet li jaqgħu taħt "vjolazzjoni simili" skond il-proċedura ta' tassazzjoni applikata minn dawk l-Istati.

3. NEGOZJATI BIEX JIĠU ŻGURATI MIŻURI EKWIVALENTI MA' STATI TERZI OĦRA

Waqt il-perijodu ta' transizzjoni previst mid-Direttiva, il-Komunità ser tibda diskussjonijiet ma' ċentri finanzjarji importanti oħra bil-għan li tippromwovi l-adozzjoni minn dawk il-ġurisdizzjonijiet ta' miżuri ekwivalenti għal dawk li għandhom jiġu applikati mill-Komunità.

4. DIKJARAZZJONI TA' L-INTENZJONI

Il-firmatarji ta' dan il-Memorandum ta' Ftehim jiddikjaraw li huma jikkonsidraw li l-Ftehim imsemmi f'punt 1 u dan il-Memorandum jipprovdu arranġament aċċettabbli u bilanċjat li jista' jiġi kkunsidrat bħala li jissalvagwardja l-interessi tal-partijiet. Għaldaqstant ser jimplimentaw il-miżuri miftehma in bona fede u mhux ser jaġixxu unilateralment biex iħassru dan l-arranġament mingħajr raġuni tajba.

Jekk tinstab differenza sinifikanti bejn dak li tkopri d-Direttiva kif adottata fit- 3 ta' Ġunju 2003 u dak tal-Ftehim, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet minnufih skond l-Artikolu 13(1) tal-Ftehim bil-għan li jiżguraw li n-natura ekwivalenti tal-miżuri previsti fil-Ftehim tiġi miżmuma.

Iffirmat fil-Lussemburgu nhar is- 26 ta' Ottubru 2004 f'duplikat biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Il-verżjoni bil-Malti għandha tiġi awtentikata mill-Partijiet Kontraenti fuq bażi ta' skambju ta' ittri. Din ukoll tkun awtentika, bl-istess mod bħall-lingwi msemmija fil-paragrafu ta' qabel.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

Za Českou republiku

+++++ TIFF +++++

På Kongeriget Danmarks vegne

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Eesti Vabariigi nimel

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική ημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de España

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Tchar cheann Na hÉireann

For Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Για την Κυπριακή ημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Latvijas Republikas vārdā

+++++ TIFF +++++

Lietuvos Respublikos vardu

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

A Magyar Köztársaság részéről

+++++ TIFF +++++

Ghar-Republikka ta' Malta

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Für die Republik Österreich

+++++ TIFF +++++

W imienu Rzeczypospolitej Polskiej

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

Za Republiko Slovenijo

+++++ TIFF +++++

Za Slovenskú republiku

+++++ TIFF +++++

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

+++++ TIFF +++++

För Konungariket Sverige

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad Europea | |

Za Evropské společenství |

For Det Europæiske Fællesskab |

Für die Europäische Gemeinschaft |

Euroopa Ühenduse nimel |

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα |

For the European Community |

Pour la Communauté européenne |

Per la Comunità europea |

Eiropas Kopienas vārdā |

Europos bendrijos vardu |

az Európai Közösség részéről |

Għall-Komunità Ewropea |

Voor de Europese Gemeenschap |

W imieniu Wspólnoty Europejskiej |

Pela Comunidade Europeia |

Za Európske spoločenstvo |

za Evropsko skupnost |

Euroopan yhteisön puolesta |

På Europeiska gemenskapens vägnar |

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top