Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0855

2004/855/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Diċembru 2004 li temenda l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/198/KE li tawtorizza lir-Renju Unit jestendi applikazzjoni ta' miżura derogatorja mill-Artikoli 6 u 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

ĠU L 369, 16.12.2004, pp. 61–62 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, pp. 63–64 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/855/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Diċembru 2004

li temenda l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/198/KE li tawtorizza lir-Renju Unit jestendi applikazzjoni ta' miżura derogatorja mill-Artikoli 6 u 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

(2004/855/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunkwe Stat Membru sabiex jintroduċi jew jestendi miżuri speċjali derogatorji minn dik id-Direttiva, sabiex tiġi simplifikata l-proċedura li biha tintalab it-taxxa jew biex jiġu prevenuti ċerti tipi ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa.

(2)

Bid-Deċiżjonijiet 95/252/KE (2) u 98/198/KE (3), il-Kunsill awtorizza lir-Renju Unit japplika miżura derogatorja mill-Artikoli 6 u 17 tad-Direttiva 77/388/KEE.

(3)

B’ittra reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fl-14 ta' Ġunju 2004, u sussegwentement ċirkolata ma' l-Istati Membri kollha fis-7 ta' Lulju 2004, il-Gvern tar-Renju Unit talab estensjoni tad-deroga msemmija hawn fuq.

(4)

Id-deroga li għadha valida tippermetti lir-Renju Unit inaqqas għal 50 % d-dritt tal-kerrej jew l-inkwilin għat-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul mill-ħlasijiet għall-kera jew tal-lokazzjoni ta' vettura tal-passiġġieri tan-negozju fejn il-vettura hija użata wkoll għal skopijiet privati. Tippermetti wkoll lir-Renju Unit ma jittrattax bħala fornimenti ta' servizzi għal konsiderazzjoni l-użu privat ta' vettura mikrija jew meħudha b'lokazzjoni minn persuna taxxabbli għal skopijiet ta' negozju. Id-deroga tneħħi l-ħtieġa għall-kerrej/inkwilin li jżomm reġistrazzjonijiet dwar il-kilometraġġ privat li jkun twettaq bil-karozzi tan-negozju u biex jiddikkjara t-taxxa fuq il-kilometraġġ attwali ta' kull vettura. Hija għalhekk miżura ta' simplifikazzjoni iżda tillimita wkoll l-ambitu għal abbuż permezz ta' żamma ta' reġistrazzjonijiet mhux korretta.

(5)

Iċ-ċirkostanzi legali u fattwali li ġġustifikaw l-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga oriġinali ma tbiddlux u għadhom għalhekk rilevanti.

(6)

Fid-dawl ta' proposti tal-Kummissjoni għal emenda tad-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' tnaqqis tal-VAT, huwa xieraq li jiġi estiż il-perijodu ta' l-awtorizzazzjoni sakemm tali emendi relevanti jidħlu fis-seħħ. Madankollu, din l-awtorizzazzjoni ser tiskadi, sa l-aktar tard, fil-31 ta' Diċembru 2007 jekk l-ebda tali emendi ma jkunu daħlu fis-seħħ sa dik id-data, waqt li valutazzjoni tal-ħtieġa derogatorja tkun tista' ssir f'dak il-mument fid-dawl tad-diskussjonijiet ulterjuri tal-proposti li jkunu saru fil-Kunsill.

(7)

Estensjoni mhi ser ikollha l-ebda impatt fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunitajiet Ewropej li jinġemgħu mit-taxxa fuq il-valur miżjud,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/198/KE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Din l-awtorizzazzjoni għandha tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli tal-Komunità li jiddeterminaw liema spiża li tirrelata ma' vetturi tat-triq bil-magna m'għandhiex tkun eliġibbli għal tnaqqis komplet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

G. ZALM


(1)   ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(2)   ĠU L 159, 11.7.1995, p. 19.

(3)   ĠU L 76, 13.3.1998, p. 31. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/909/KE (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 49).


Top