This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0131
2004/131/EC: Commission Decision of 9 February 2004 recognising in principle the completeness of the dossiers submitted for detailed examination in view of the possible inclusion of FEN 560 and penoxsulam in Annex I to Council Directive 91/414/EEC (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2004) 274)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2004 li tagħraf, fil-prinċipju, it-tkomplija sħiħa tad-dokumenti mogħtija għall-eżami dettaljat b’rabta mad-dħul possibbli tal-FEN 560 u l-penoxsulam fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru K(2004) 274)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2004 li tagħraf, fil-prinċipju, it-tkomplija sħiħa tad-dokumenti mogħtija għall-eżami dettaljat b’rabta mad-dħul possibbli tal-FEN 560 u l-penoxsulam fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru K(2004) 274)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 37, 10.2.2004, p. 34–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 037 , 10/02/2004 P. 0034 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2004 li tagħraf, fil-prinċipju, it-tkomplija sħiħa tad-dokumenti mogħtija għall-eżami dettaljat b’rabta mad-dħul possibbli tal-FEN 560 u l-penoxsulam fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru K(2004) 274) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/131/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti [1], u l-aktar l-Artikolu 6(3) tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi biex tkun żviluppata lista tal-Komunità tas-sustanzi attivi awtorizzati biex jiddaħħlu fi prodotti tal-ħarsien tal-pjanti. (2) Is-Société occitane de fabrications et de technologies kienet bagħtet dokument dwar is-sustanza attiva FEN 560 lill-awtoritajiet Franċiżi fl-24 ta’ Ġunju 2003, flimkien ma’ applikazzjoni biex din is-sustanza tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dwar il-penoxsulam, id-Dow AgroSciences kienet bagħtet dokument lill-awtoritajiet ta’ l-Italja fid-29 ta’ Novembru 2002, flimkien ma’ applikazzjoni biex din is-sustanza tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. (3) L-awtoritajiet Franċiżi u Taljani kienu wrew lill-Kummissjoni li, f’eżami tal-bidu, id-dokumenti marbuta mas-sustanzi attivi kkonċernati kienu jidhru li jilħqu l-kriterji tat-tagħrif stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dokumenti sottomessi jidhru li laħqu l-kriteri tat-tagħrif stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE dwar prodott wieħed għall-ħarsien tal-pjanti li fih ikun hemm is-sustanza attiva konċernata. Fi qbil ma’ l-Artiklu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dokumenti ġew sottomessi mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu referuti lill-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. (4) D’din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat, fuq livell ta’ Komunità, li d-dokumenti huma meqjusa bħala li jilħqu, fil-prinċipju, il-kriterji tat-tagħrif li hemm fl-Anness II u, li għal mill-inqas prodott wieħed tal-ħarsien tal-pjanti li jkollu s-sustanza attiva kkonċernata, il-kriterji stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE. (5) Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant biex jissottometti aktar tagħrif lill-Istati Membru nnominat bħala relatur dwar sustanza partikolari, ħalli dan jiċċara ċerti punti li jkun hemm fid-dokument. (6) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-dokumenti dwar is-sustanzi attivi li ġew identifikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, li kienu ġew sottomessi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jinkiseb id-dħul ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jilħqu l-kriterji tat-tagħrif stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dokumenti jilħqu wkoll il-kriterji tat-tagħrif stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 91/414/KEE dwar prodott wieħed tal-ħarsien tal-pjanti li fih ikun hemm is-sustanza attiva, waqt li jitqiesu l-użi proposti. Artikolu 2 Sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Frar 2005, u kemm jista’ jkun malajr, l-Istati Membri relaturi għandhom jissuktaw bl-eżami dettaljat dwar id-dokumenti konċernati u għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet ta’ l-eżamijiet li jkunu għamlu. Ir-rapporti tagħhom iridu jkunu akkumpanjati b’dawk ir-rakkomandazzjonijiet għaliex is-sustanzi attivi kkonċernati għandhom (jew m’għandhomx) jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, flimkien mal-kondizzjonijiet relatati dwar dan. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fid-9 ta’ Frar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). -------------------------------------------------- L-ANNESS Is-Sustanzi attivi li huma konċernati b’din id-Deċiżjoni Nru | L-Isem komuni, in-numru ta' l-identifikazzjoni CIPAC | L-Applikant | Id-data ta' l-applikazzjoni | Ir-Relatur ta' l-Istat Membru | 1 | FEN 560 CIPAC-Għadha mhix disponibbli | Société occitane de fabrications et de technologies | ta' l- 24.6.2003 | FR | 2 | Penoxsulam CIPAC-Għadha mhix disponibbli | Dow AgroSciences | tad- 29.11.2002 | IT | --------------------------------------------------