Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0009

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol EwropejTest b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/9(1)/oj

    32004D0009



    Official Journal L 003 , 07/01/2004 P. 0034 - 0035


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-5 ta’ Novembru 2003

    li tistabbilixxi Kumitat ta’ l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/9/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Billi:

    (1) F’Ġunju 2001, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2001/527/KE [1] u 2001/528/KE [2] li jistabbilixxu l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej rispettivament.

    (2) Fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Frar u tal-21 ta’ Novembru 2002, il-Parlament Ewropew endorsja l-avviċinament fuq erba’ livelli mitkellem favuru fir-Rapport Finali tal-Kumitat ta’ l-Għorrief dwar ir-regolazzjoni tas-swieq tat-titoli Ewropej u sejjaħ għalbiex jiġu estiżi ċerti aspetti ta’ dan l-avviċinament għas-setturi tal-banek u ta’ l-assigurazzjoni bla ħsara għal impenn ċar mill-Kunsill għal riforma sabiex jiġi ggarantit bilanċ istituzzjonali xieraq.

    (3) Fit-3 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta dawn l-arranġamenti fl-oqsma tal-banek u ta’ l-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u li tistabbilixxi malajr kemm jista’ jkun kumitati ġodda f’kapaċità konsultattiva fejn jidħlu dawn l-oqsma.

    (4) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KE tad-19 ta’ Diċembru 1991 li tisabbilixxi Kumitt ta’ l-Assigurazzjonijiet [3] stabbiliet Kumitat sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni fil-kamp ta’ l-assigurazzjonijiet.

    (5) Il-Kummissjoni pproponiet direttiva li timmodifika, fost ħwejjeġ oħra, id-Direttiva 91/675/KE, l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-kordinament tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrttivi li għandhom x’jaqsmu mat-teħid u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni għall-ħajja [4] kif emendata, id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tirrigwarda l-assigurazzjoni għall-ħajja [5], u d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u d-ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6], sabiex tħassar il-funzjonijiet konsultattivi tal-Kunitat ta’ l-Assigurazzjonijiet.

    (6) Din l-emenda teħtieġ il-ħolqien korrispondenti u simultanju ta’ grupp ġdid konsultattiv sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni rigward l-iżvilupp tal-leġislazzjoni Komunitarja fl-oqsma ta’ l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej"

    (7) Sabiex jiġi żgurat dan, id-Deċiżjoni għandha titwieled biss fl-istess żmien ta’ kull Direttiva oħra li tħassar il-funzjonijiet purament konsultattivi tal-Kumitat ta l-Assigurazzjoniet.

    (8) Il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej għandu jkun kompetenti li jeżamina kull kwistjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw l-oqsma ta’ l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u, b’mod partikolari, għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar proposti ġodda għal-leġislazzjoni ġdida f’dawk l-oqsma li l-Kummissjoni jkun beħsiebha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; madankollu, fil-qasam tal-pensjonijiet tax-xogħol, il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej ma għandux jindirizza aspetti mil-liġijiet tax-xogħol u soċjali bħalma huma l-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, b’mod partikolari is-sħubija obbligatorja u r-riżultti tal-ftehimijiet ta’ negozjati kollettivi,

    IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huwa hawnhekk stabbilit grupp konsultattiv dwar l-assigurazzjoniet u l-pensjonijiet tax-xogħol fil-Komunità, imsejjaħ "il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej" (minn issa ’l quddiem riferit bħala "il-Kumitat").

    Artikolu 2

    1. Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni, dwar kwistjonijiet tal-politika fejn jidħlu l-assigurazzjoni, l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-pensjonijiet tax-xogħol kif ukoll proposti tal-Kummissjoni f’dawn l-oqsma. Il-Kumitat għandu jeżamin kull kwistjoni li jkollha x’taqsam mas-setturi ta’ l-assigurazzjoni, l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-pensjonijiet tax-xogħol, u b’mod partikolari d-Direttivi dwar l-assigurazzjoni, l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-pensjonijiet taxxogħol.

    2. Il-Kumitat ma għandux jikkunsidra l-problemi speċifiċi fejn jidħlu l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew l-assigurazzjoni mill-ġdid jew l-istituzzjonijiet tal-pensjonijiet tax-xogħol.

    3. Il-Kumitat ma għandux jindirizza aspetti tal-liġijiet tax-xogħol u soċjali bħalma huma l-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, b’mod partikolari s-sħubija obbligatorja u r-riżultati tal-ftehim tan-negozjati kollettivi.

    Artikolu 3

    1. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli ta’ l-Istati Membri. Il-Kumitat għandu jkun ippresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Il-President tal-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE [7] għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur.

    3. Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat.

    4. Is-segretarjat tal-Kumitat għandu jiġi provvdut mill-Kummissjoni.

    5. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

    Artikolu 4

    Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari taż-żmien u kull meta s-sitwazzjoni hekk titlob. Il-Kummissjoni tista’ ssejjaħ laqgħa ta’ emerġenza jekk tikkunsidra illi sitwazzjoni hekk teħieġ.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum tad-dħul fis-seħħ ta’ kull direttiva li temenda l-funzjonijiet purament konsultattivi tal-Kumitat ta’ l-Asskurazzjonijiet.

    Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Novembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 43.

    [2] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 45.

    [3] OJ L 374, tal-31.12.1991, pġ. 32.

    [4] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3.

    [5] ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1.

    [6] ĠU L 35, tal-11.2.2003, pġ. 1.

    [7] Ara l-paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    Top