This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1709
Commission Regulation (EC) No 1709/2003 of 26 September 2003 on crop and stock declarations for rice
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1709/2003 tas-26 ta’ Settembru 2003 fuq l-uċuħ tar-raba u d-dikjarazzjonijiet ta’ ħazniet ta’ ross
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1709/2003 tas-26 ta’ Settembru 2003 fuq l-uċuħ tar-raba u d-dikjarazzjonijiet ta’ ħazniet ta’ ross
ĠU L 243, 27.9.2003, p. 92–97
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2017; Imħassar b' 32017R1185
Official Journal L 243 , 27/09/2003 P. 0092 - 0097
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1709/2003 tas-26 ta’ Settembru 2003 fuq l-uċuħ tar-raba u d-dikjarazzjonijiet ta’ ħazniet ta’ ross IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Reoglament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta’ Diċembru 1995 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 411/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 8(d) tiegħu, Billi: (1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2124/83 [3] fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ l-uċuħ tar-raba u tal-ħazniet tar-ross mhux aktar adattat għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ ross fis-seħħ fil-prezent. Fl-interess taċ- ċarezza ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi abrogat u mibdul b’dan ir-Regolament. (2) Taħt it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 id-dikjarazzjonijiet dwar l-uċuħ tar-raba u l-ħazniet għandhom isiru mill-prodotturi u dikjarazzjonijiet tal-ħazniet għandhom isiru wkoll mill-imtieħen tar-ross. L-Istati Membri għandhom jipprovdu data dettaljata lill-Kummisjoni fuq il-bazi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. (3) Il-Kummisjoni għandu tkun tista tuza l-informazzjoni provduta f’dawn id-dikjarazzjonijiet sabiex tpenġi stampa tal-ħazniet ta’ ross disponibbli fil-bidu ta’ kull sena ta’ bejgħ li tippermettilha tmexxi is-suq b’aktar effiċjenza. Il-kontentut ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet għandu għalhekk ikun magħmul b’mod iktar preċiz, limiti ta’ żmien għandhom jiġi stabbiliti u l-forom li fihom għandhom isiru n-notifikazzjoni lill Kummisjoni jiġi speċifikat. (4) Bil-ħsieb li tiġi modernizzata l-ġestjoni, l-informazzjoni mitluba mill-Kummisjoni għandha tintbagħat bil-posta elettronika. (5) Il-mizuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Kull sena il-prodotturi jew gruppi ta’ produtturi għandhom jittrasmettu lill aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membri fejn tinsab l-azjenda tagħhom jew kwalunkwe korp ieħor nominat minn dak l-Istat Membru: (a) Qabel il-15 ta’ Ottubru, dikjarazzjoni tal-ħazniet mizmuma fil-31 ta’Awissu, b’distinzjoni bejn it-tipi ta’ ross mfissra fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 3072/95 u li fiha jkun speċifikat għal kull tip il-kwantità mizmuma u l-produzzjoni miksuba; (b) qabel il-15 ta’ Novembru, dikjarazzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ b’distinzjoni bejn it-tipi ta’ ross imfisssra fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 3072/95 u li fiha jkun speċifikat għal kull tip l-ispazju uzat u l-kwantità ta’ ross miksuba. Artikolu 2 Rigward l-ipproċessar tagħom u l-attivitajiet ta’ importazzjoni, l-imtieħen tar-ross għandhom, qabel il-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena, jittrasmettu lill aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru ta’ fejn jinsabu jew kull korp ieħor nominat minn dak l-Istat Membru dikjarazzjoni tal-ħazniet ta’ ross miżmuma fil-31 ta’ Awissu, b’distinzjoni bejn it-tipi ta’ ross kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 3072/95, maqsuma f’ross maħdum fil-Komunità u dak importat minn pajjizi terzi. Il-kwantitajiet mizmuma għandhom jigu maqsuma skond il-proċess ta’ tħin. Għandu jiġi ukoll indikat Għall-kull kwantità ta’ ross bil-fosdqa, il-produzzjoni whole-grain miksuba għandha tiġi indikata wkoll. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummisjoni: (a) qabel il-15 ta’ Novembru, l-informazzjoni li tidher fl-Annessi I u II li tirizulta minn taqsira tad-data provduta fid-dikjarazzjonijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(a) u 2; (b) qabel il-15 ta’ Diċembru, l-informazzjoni murija fl-Anness III, li tiriżulta minn taqsira tad-data provduta fid-dikjarazzjonijiet ta’ l-uċuħ tar-raba li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(b) u l-istima tal-produzzjoni whole-grain mbassra għall-ħsad. Id-data trasmessa tista’ tiġi emendata sal-15 ta’ Jannar l-iktar tard. 2. Id-dikjarazzjonijiet li ssir refernza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jiġu trasmessi bil-posta elettronika fl-indirizz mogħti f’L-Annessi I, II u III. Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet mitluba biex ikunu jistgħu jiġu sottomessi d-dikjarazzjonijiet u ċentralizzati fuq livell nazzjonali. Għandhom jieħdu l-mizuri ta’ kontroll mitluba biex jassiguraw li d-dikjarazzjonijiet jikorrespondu mar-realtà. Għandhom jinfurmaw lill Kummisjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet u miżuri. Artikolu 5 Ir-Regolament (KEE) Nru 2124/83 huwa abrogat permezz ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jgħodd mill-1 ta’ Settembru 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Settembru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 329, tat-30.12.95, p. 18. [2] ĠU L 62, tal-05.03.02, p. 27. [3] ĠU L 205, tad-29.07.83, p. 16. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------