This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0051
Directive 2003/51/EC of the European Parliament and of the Council of 18 June 2003 amending Directives 78/660/EEC, 83/349/EEC, 86/635/EEC and 91/674/EEC on the annual and consolidated accounts of certain types of companies, banks and other financial institutions and insurance undertakings (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi ta’ l-assigurazzjoni
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi ta’ l-assigurazzjoni
ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16–22
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 178 , 17/07/2003 P. 0016 - 0022
Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq il-bilanċ ta’ kontijiet annwali u konsolidati ta’ ċertu kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi ta’ l-assigurazzjoni IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], Billi: (1) Il-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona ta’ 23-24 ta’ Marzu 2000 saħaq fuq il-ħtieġa ħalli jitħaffef u jitlesta kemm jista’ jkun malajr is-suq intern tas-servizzi finanzjarji, iffissa t-terminu perentorju sa l-2005 biex ikun implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji tal-Kummissjoni u ħeġġeġ sabiex jittieħdu dawk il-passi li jkabbru l-komparabilità tar-rendikonti finanzjarji mħejjija mill-kumpaniji tal-Komunità li s-sigurtajiet tagħhom jitħallew jidħlu għall-kummerċ f’suq regolat (hawnhekk iżjed ’il quddiem: kumpaniji mniżżlin). (2) Fit-30 ta’ Ġunju 2000, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni tagħha msejħa "L-Istrateġija ta’ l-UE fil-qasam tar-Rappurtaġġ Finanzjarju": Il-Mixja ’l Quddiem f’liema hemm propost li l-kumpaniji kollha mniżżlin jippreparaw il-kontijiet konsolidati tagħhom sa mhux aktar tard mill-2005 skond set ta’ kont wieħed standard, jiġifieri l-Istandards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IAS). (3) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali ta’ kontabilità [4] (hawnhekk iżjed ’il quddiem: Ir-Regolament IAS) daħħal ir-rekwiżit li, mill-2005 ’il quddiem, il-kumpaniji kollha mniżżlin jippreparaw il-kontijiet konsolidati tagħhom skond l-IAS li kienu adottati biex japplikaw fil-Komunità. Ħalla wkoll l-għażla f’idejn l-Istati Membri li jistgħu jħallu jew jeħtieġu li fit-tħejjija tal-kontijiet annwali jadottaw l-applikazzjoni ta’ l-IAS u jistgħu jħallu jew jeħtieġu li kumpaniji mhux imniżżla jadottaw l-applikazzjoni ta’ l-IAS. (4) Ir-Regolamenti tal-IAS jipprovdu li, biex tadotta l-applikazzjoni standard internazzjonali ta’ kontabilità fil-Komunità, hu meħtieġ li dan jissodisfa r-rekwiżit bażiku tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 tal-kontijiet bażiċi ta’ ċertu tipi ta’ kumpaniji [5] u tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 fuq kontijiet konsolidati [6], sabiex ikun jista’ jingħad li l-użu tagħhom juri stampa reali tal-posizzjoni finanzjarja - billi dan il-prinċipju hu kkunsidrat fid-dawl ta’ dawn id-Direttivi mingħajr ma jfisser li hemm bżonn konformità stretta ma’ kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi. (5) Billi l-kontijiet annwali u konsolidati ta’ impriżi koperti bid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE li mhumiex preparati skond ir-Regolament IAS jibqgħu jkollhom dawk id-Direttivi bħala s-sors primarju tagħhom dwar il-ħtiġiet tal-kontijiet tal-Komunità, hu importanti li kondizzjonijiet ugwali jeżistu bejn il-kumpaniji tal-Komunità li jużaw l-IAS u dawk li ma jużawhomx. (6) Għall-għanijiet kemm biex jiġi adottat l-IAS u l-applikazzjoni tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE, hu mixtieq li dawk id-Direttivi jirriflettu l-iżvilupp internazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Komunikazzjoni tal-Komunità msemmija "Armonizzazzjoni ta’ Kontabilità: Strateġija Ġdida vis-à-vis Armonizzazzjoni Internazzjonali" għamlet sejħa fuq l-Unjoni Ewropea sabiex taħdem biex tibqa’ żżomm konsistenza bejn id-Direttivi tal-Kontabilità tal-Komunità u l-iżvilupp fl-iffissar ta’ standards internazzjonali ta’ kontabilità, partikolarment fil-Kumitat Internazzjonali ta’ l-Istandards ta’ Kontabilità (IASC). (7) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jbiddlu l-preżentazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-kontijiet u l-karta ta’ bilanċ skond l-iżviluppi internazzjonali, kif imfissra permezz ta’ standards maħruġin mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IASB). (8) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jħallu jew jinħtieġu l-applikazzjoni ta’ rivalutazzjoni u ta’ valur ġust skond l-iżviluppi internazzjonali, kif espressi permezz ta’ standards maħruġin mill-IASB. (9) Ir-rapport annwali u r-rapport annwali konsolidat huma elementi importanti għar-rappurtaġġ finanzjarju. Titjib, skond l-awqa prattiċi tal-mument, tal-ħtiġiet eżistenti biex dawn jippreżentaw reviżjoni ġusta ta’ l-iżvilupp tal-kummerċ u tal-pożizzjoni tiegħu, b’mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tal-kummerċ, huwa meħtieġ sabiex tkun promossa konsistenza akbar u tingħata gwida addizzjonali rigward l-informazzjoni li hija mistennija li tkun inkluża f’"reviżjoni ġusta". L-informazzjoni ma għandhiex tkun ristretta għall-aspetti finanzjarji tal-kummerċ tal-kumpanija. Hu mistenni li, fejn hu xieraq, din għandha twassal għall-analiżi ta’ l-aspetti ambjentali u soċjali meħtieġa sabiex wieħed jifhem l-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-posizzjoni tal-kumpanija. Din hija konsistenti wkoll mar-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/453/KE tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent, il-kejl u l-kxif ta’ kwistjonijiet ambjentali fil-kontijiet annwali u fir-rapporti annwali tal-kumpaniji [7]. Madankollu, tenut kont tan-natura dejjem tiżviluppa ta’ dan il-qasam ta’ rappurtaġġ finanzjarju u tenut kont tal-piż potenzjali li jintefa’ fuq impriżi li huma taħt ċertu daqsijiet, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw għall-obbligu li jfornu informazzjoni mhux finanzjarja fil-każ tar-rapporti annwali ta’ dawn l-impriżi. (10) Differenzi fit-tħejjija u l-preżentazzjoni tar-rapport ta’ verifika jnaqqsu l-paragunabilità u jfixklu lil min jużah milli jifhem sew dan l-aspett essenzjali tar-rappurtaġġ finanzjarju. Żieda fil-konstistenza għandha tinkiseb b’emendi, konsistenti ma’ l-aqwa prattiċi internazzjonali tal-mument, għall-ħtiġiet speċifiki li jikkonċernaw l-għamla u l-kontenut tar-rapport tal-verifika. Il-ħtieġa fundamentali li opinjoni tal-verifika tesprimi jekk il-kontijiet annwali jew konsolidati jagħtux stampa reali skond il-qafas tar-rappurtaġġ finanzjarju relevanti ma tirrappreżentax restrizzjoni ta’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik l-opinjoni imma tiċċara l-kuntest li fih tkun ġiet espressa. (11) Id-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE għandhom jiġu emendati bi qbil ma’ dan. Minbarra dan, hu wkoll meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji [8]. (12) L-IASB qed tiżviluppa u tirfina l-kontijiet standards applikabbli għall-attivitajiet finanzjarji. (13) Impriżi ta’ assigurazzjoni għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw kontijiet ta’ valur xieraq kif imfissra permezz ta’ standards xierqa maħruġin mill-IASB. (14) Għalhekk id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad- 19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni [9] għandha tkun emendata. (15) Dawn l-emendi jneħħu kull nuqqas ta’ qbil bejn id-Direttivi 78/660/KEE, 83/349/KEE, 86/635/KEE u 91/674/KEE fuq naħa u l-IAS eżistenti fl-1 ta’ Mejju 2002, fuq in-naħa l-oħra, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Id-Direttiva 78/660/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 2(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: "L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jeħtieġu li d-dħul ta’ prospetti oħra fil-kontijiet annwali b’żieda mad-dokumenti li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu."; 2. fl-Artikolu 4, għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej: "6. L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li l-preżentazzjoni ta’ ammonti f’oġġetti fil-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta ta’ bilanċ tikkunsidra s-sustanza tat-transazzjoni jew l-arranġament irrappurtati. Dan il-permess jew ħtieġa jistgħu jkunu ristretti għal ċerti klassijiet ta’ kumpaniji u/jew kontijiet konsolidati kif imfissra fis-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar kontijiet konsolidati [10] .; 3. fl-Artikolu 8 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li kumpaniji jadottaw il-preżentazzjoni tal-karta ta’ bilanċ kif imniżżla fl-Artikolu 10a bħala alternattiva għat-tqassim preskritt jew permess mod ieħor"; 4. fl-Artikolu 9, taħt "Passiv", fil-punt B, it-titolu "Disposizzjonijiet għall-passiv u ħlasijiet" għandu jinbidel b’"Disposizzjonijiet"; 5. fl-Artikolu 10, punt J, it-titolu "Disposizzjonijiet għall-passiv u ħlasijiet" għandu jinbidel b’ "Disposizzjonijiet"; 6. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 10a Minflok il-preżentazzjoni ta’ l-oġġetti tal-karta ta’ bilanċ skond l-Artikolu 9 u 10, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li kumpaniji, jew ċertu klassi ta’ kumpaniji, jippreżentaw dawk l-oġġetti fuq il-bażi ta’ distinzjoni bejn oġġetti kurrenti u mhux kurrenti iżda li l-informazzjoni mogħtija hija għall-anqas ekwivalenti għal dak mitlub xort’oħra bl-Artikoli 9 u 10."; 7. l-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Disposizzjonijiet li huma intiżi sabiex ikopru passiv li n-natura tiegħu hija mfissra biċ-ċar u li fid-data li ġġib magħha l-karta ta’ bilanċ aktarx ikunu ntefqu jew żgur li kienu ntefqu imma mhux żgur fuq l-ammont jew fuq id-data ta’ meta seħħew"; (b) Paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Disposizzjonijiet ma jistgħux jintuzaw sabiex jiġu aġġustati l-valuri ta’ l-attiv."; 8. fl-Artikolu 22, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "B’permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(1), l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu l-kumpaniji kollha, jew xi klassijiet ta’ kumpaniji, li jippreżentaw prospett tal-prestazzjoni tagħhom minflok il-preżentazzjoni tal-qligħ u t-telf ta’ oġġetti skond l-Artikoli 23 sa 26, sakemm dik l-informazzjoni mogħtija għall-anqas hija ekwivalenti għal dak mitlub xort’oħra minn dawk l-Artikoli."; 9. l-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 1(ċ), punt (bb) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(bb) għandu jittieħed qies tal-passiv kollha li jinqalgħu matul is-sena finanzjarja konċernata jew is-sena ta’ qabel, ukoll jekk dawn l-passiv jiġu jidhru biss bejn id-data tal-karta ta’ bilanċ u d-data ta’ meta jinkitbu,"; (b) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: "(1a) B’żieda ma’ dawk l-ammonti reġistrati skond il-paragrafu (1)(ċ)(bb), l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu li għandu jittieħed qies tal-passiv kollu li jista’ jitbassar u telf potenzjali li jinqala’ fis-sena finanzjarja konċernata jew l-oħra ta’ qabel, ukoll jekk dawn l-passiv jew telf jidhru biss bejn id-data tal-karta ta’ bilanċ u d-data meta tfasslet."; 10. fl-Artikolu 33(1), punt (ċ) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(ċ) rivalwazzjoni ta’ l-attiv fiss"; 11. fl-Artikolu 42, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: "Id-disposizzjonijiet ma jistgħux jaqbżu fl-ammont is-somom li huma meħtieġa."; 12. l-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu: "Artikolu 42e Permezz tad-deroga mill-Artikolu 32, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu fil-każ tal-kumpaniji kollha jew xi klassijiet ta’ kumpaniji l-evalwazzjoni ta’ kategoriji ta’ attiv speċifiċi minbarra strumenti finanzjarji f’ammonti ffissati b’referenza għall-valur xieraq. Dan il-permess jew ħtieġa jistgħu jkunu restritti sabiex jikkonsolidaw il-kontijiet kif imfissra fid-Direttiva 83/349/KEE. Artikolu 42f Minkejja l-Artikolu 31(1)(ċ), l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu fil-każ tal-kumpaniji kollha jew xi klassijiet ta’ kumpaniji li, fejn xi attiv hu stmat skond l-Artikolu 42e, bidla fil-valur tiddaħħal fil-kont tal-qliġħ u telf."; 13. fl-Artikolu 43(1)(6) ir-referenza għal "Artikoli 9 u 10" għandha tinbidel b’referenza għal "Artikoli 9, 10 u 10a"; 14. l-Artikolu 46 għandu jkun emendat kif ġej: (a) paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. (a) Ir-rapport ta’ kull sena għandu jkollu fih ta’ l-anqas reviżjoni xierqa ta’ l- iżvilupp u l-prestazzjoni kummerċjali tal-kumpanija u tal-posizzjoni tagħha, kif ukoll deskrizzjoni tar-riskji prinċipali u l-inċertezzi li tiffaċċja. Ir-reviżjoni għandha tkun analiżi bilanċjata u komprensiva ta’ l-iżvilupp u l- prestazzjoni tal-kummerċ tal-kumpanija u l-posizzjoni tagħha, marbuta mad- daqs u l-komplessità tal-kummerċ; (b) Minħabba l-ħtieġa sabiex jiftiehem l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-posizzjoni tal-kumpanija, l-analiżi għandu jkollu fih kemm finanzi u, fejn hu xieraq, indikazzjonijiet ewlenin ta’ prestazzjoni mhux finanzjarja relevanti għall- kummerċ partikolari, li jinkludi informazzjoni relatata ma’ materji ambjentali u tal-ħaddiema; (ċ) Meta tipprovdi l-analiżi tagħha, ir-rapport annwali għandu, fejn xieraq, jinkludi referenzi għal spjegazzjonijiet addizzjonali ta’ l-ammonti rapportati fil-kontijiet ta’ kull sena"; (b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "4. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeżentaw kumpaniji koperti bl-Artikolu 27 mill-obbligazzjoni tal-paragrafu 1(b) ta’ hawn fuq sa fejn din tirrelata għall- informazzjoni mhux finanzjarja ’"; 15. fl-Artikolu 48, it-tielet sentenza għandha titħassar; 16. fl-Artikolu 49, it-tielet sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: "Ir-rapport tal-persuna jew persuni responsabbli mill-verifiki tal-kontijiet ta’ kull sena (hawnhekk iżjed ’il quddiem: awdituri statutarji) ma għandux jakkumpanja din il-pubblikazzjoni, imma għandu jkun żvelat jekk opinjoni vverifikata kemm jekk mhux kwalifikata, kwalifikata jew kinitx kontra espressa, jew jekk l-awdituri statutarji setgħux jesprimu opinjoni verifikata. Għandu jkun żvelat ukoll jekk ir-rapport ta’ l-awdituri jinkludix referenza għal xi materji li l-awdituri statutarji jkunu ġibdu l-attenzjoni għalihom mingħajr ma jikkwalifikaw l-opinjoni verifikata"; 17. l-Artikolu 51(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Kontijiet ta’ kull sena tal-kumpaniji għandhom ikunu verifikati minn persuna waħda jew aktar approvati mill-Istati Membri sabiex iwettqu verifiki statutorji fuq il-bażi tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta’ l-10 ta’ April 1984 fuq l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli mit-twettiq ta’ verifiki statutarji tad-dokumenti tal-kontijiet [*] ĠU L 126, tat-12.5.1984, pġ. 20.. L-awdituri statutarji għandhom ukoll jesprimu opinjoni li tikkonċerna l-konstistenza jew xort’oħra tar-rapport ta’ kull sena mal-kontijiet ta’ kull sena ta’ l-istess sena finanzjarja."; 18. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 51a 1. Ir-rapport ta’ l-awdituri statutarji għandu jinkludi: (a) daħla li ta’ l-anqas għandha tiddentifika l-kontijiet ta’ kull sena li huma suġġetti għall-verifika statutarja, flimkien mal-qafas tar-rapport finanzjarju li kien qed jiġi applikat fit-tħejjijiet tagħhom; (b) deskrizzjoni ta’ l-iskop tal-verifika statutarja li ta’ l-anqas għandha tidentifika ma’ liema standards tal-verifiki wettqet il-verifika statutarja; (ċ) opinjoni verifikata li għandha tiddikjara biċ-ċar l-opinjoni ta’ l-awdituri tal-verifika jekk il-kontijiet annwali jagħtux stampa ċara skond il-qafas tar-rapport finanzjarju relevanti u, fejn xieraq, jekk il-kontijiet ta’ kull sena żammewx mal-ħtiġiet statutarji; l-opinjoni verifikata għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata, opinjoni avversa jew, jekk l-awdituri statutarji jistgħux jesprimu opinjoni verifikata, jiċħdu xi opinjoni: (d) referenza għal xi materji li l-awdituri statutarji b’permezz ta’ enfasi ġibdu l-attenzjoni għalihom mingħajr ma jikkwalifikaw l-opinjoni verifikata; (e) opinjoni li tikkonċerna l-konsistenza jew xort’oħra tar-rapport ta’ kull sena bil-kontijiet ta’ kull sena għall-istess sena finanzjarja. 2. Ir-rapport għandu jkun iffirmat u ddatat mill-awdituri statutarji"; 19. l-Artikolu 53(1) għandu jitħassar; 20. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 53a L-Istati Membri m’għandhomx jagħmlu disponibbli l-eżenzjonijiet imniżżlin fl-Artikoli 11, 27, 46, 47 u 51 fil-każ ta’ kumpaniji li s-sigurtajiet tagħhom jitħallew għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kull Stat Membru li jaqa’ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 fuq is-servizzi ta’ investiment fl-oqsma tas-sigurtajiet [*] ĠU L 141, tat-11.6.1993, pġ. 27. id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p 1).."; 21. fl-Artikolu 56(1) ir-referenza għal "Artikolu 9, 10" għandha tinbidel b’referenza għal "Artikolu 9, 10, 10a"; 22. fl-Artikolu 60, l-ewwel paragrafu, l-kliem, "fuq il-bażi tal-valur fis-suq tagħhom" għandu jinbidel bi "fuq il-bażi tal-valur xieraq tagħhom"; 23. fl-Artikolu 61a, ir-referenza għal "Artikolu 42a sa 42d" għandha tinbidel b’referenza għal "Artikolu 42a sa 42f". Artikolu 2 Id-Direttiva 83/349/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 1, paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej: "2. Barra l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li kull impriża regolata bil-liġijiet tal-pajjiż tagħha sabiex tagħmel kontijiet konsolidati u rapport konsolidat annwali jekk: (a) dik l-impriża (impriża parent) għandha s-saħħa li teżerċita, jew teżerċita attwalment, influwenza dominanti jew kontroll fuq impriżi oħra (impriża sussidjarja); jew (b) dik l-impriża (impriża parent) u impriżi oħra (impriża sussidjarja) huma ġestiti fuq bażi waħda mill-impriża parent"; 2. fl-Artikolu 3(1), ir-referenza għal "Artikolu 13, 14 u 15" għandha tinbidel b’referenza għal "Artikolu 13 and 15"; 3. l-Artikolu 6 għandu jkun emendat kif ġej: (a) paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "4. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal meta waħda mill-impriżi li ser tiġi kkonsolidata hija kumpanija li għandha s-sigurtajiet tagħha jitħallew għall-kummerċ f’suq regolat ta’ xi Stat Membru li taqa’ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(13) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tas-sigurtajiet. [*] ĠU L 141, tat-11.6.1993, pġ. 27. id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/87/KE u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p 1)."; (b) paragrafu 5 għandu jitħassar; 4. l-Artikolu 7 għandu jkun emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 1(b), it-tieni sentenza għandha titħassar; (b) fil-paragrafu 2(a), ir-referenza għal "Artikolu 13, 14 u 15" għandha tinbidel bir-referenza għal "Artikolu 13 and 15"; (ċ) paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej: "3. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-kumpaniji li s-sigurtajiet tagħhom jitħallew għall-kummerċ f’xi suq regolat ta’ kull Stat Membru li jaqgħu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE."; 5. fl-Artikolu 11(1)(a) ir-referenza għal "Artikolu 13, 14 u 15" għandha tinbidel b’referenza għal "Artikolu 13 u 15"; 6. L-Artikolu 14 għandu jitħassar; 7. fl-Artikolu 16(1) għandhom jiżdiedu dawn is-subparagrafi li ġejjin: "L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jeħtieġu d-dħul ta’ prospetti oħra fil-kontijiet konsolidati b’żieda mad-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu."; 8. fl-Artikolu 17(1) ir-referenza għal "Artikolu 3 sa 10" għandu jinbidel bir-referenza għal "Artikolu 3 sa 10a"; 9. L-Artikolu 34 għandu jkun emendat kif ġej: (a) fil-punt (2)(b) it-termini "Artikoli 13 u 14 u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(3)," għandhom jinbidlu bir-referenza għal "Artikolu 13 u"; (b) fil-punt (5) il-kliem "u dawk esklużi skond l-Artikolu 14" għandhom jitħassru; 10. L-Artikolu 36 għandu jkun emendat kif ġej: (a) paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: "1. Ir-rapport annwali konsolidat għandu jkollu ta’ l-anqas reviżjoni ġusta ta’ l-iżvilupp u l-prestazzjoni tal-kummerċ u tal-posizzjoni ta’ l-impriżi mdaħħla fil-konsolidazzjoni meħuda bħala waħda, flimkien mad-deskrizzjoni tar-riskji u inċertezzi prinċipali li jħabbtu wiċċhom magħhom. Ir-reviżjoni għandha tkun analiżi bbilanċjata u komprensiva ta’ l-iżvilupp u l-prestazzjoni tal-kummerċ u tal-pożizzjoni ta’ l-impriżi mdaħħla f’konsolidazzjoni meħuda bħala waħda, konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tal-kummerċ. Safejn huwa neċessarju sabiex wieħed jifhem dan l-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-posizzjoni, l-analiżi għandha tinkludi kemm l-indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni finanzjarji, u fejn xieraq, l-indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni mhux finanzjarji relevanti għal dak il-kummerċ partikolari, li tinkludi informazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali u tal-ħaddiema. Fil-provvista ta’ l-analiżi tagħha, ir-rapport annwali konsolidat għandu, fejn xieraq, jipprovdi referenzi għal u spjegazzjonijiet adizzjonali ta’ ammonti rappurtati fil-kontijiet konsolidati."; (b) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "3. Fejn jenħtieġ rapport konsolidat ta’ kull sena b’żieda mar-rapport ta’ kull sena, iż-żewġ rapporti jistgħu jkunu ppreżentati bħala rapport wieħed. Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport waħdani, jista’ jkun xieraq li tingħata enfażi akbar għal dawk il-kwistjonijiet li huma sinifikanti għall-impriżi mdaħħla fil-konsolidazzjoni meqjusin bħala waħda."; 11. L-Artikolu 37 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 37 1. Il-kontijiet konsolidati tal-kumpaniji għandhom ikunu vverifikati minn persuna waħda jew aktar approvati minn Stat Membru li l-liġijiet tiegħu jirregolaw l-impriża parent biex tagħmel verifiki statutarji fuq il-bażi ta’ Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta’ l-10 ta’ April 1984 fuq l-approvazzjonijiet ta’ persuni responsabbli li jwettqu l-verifiki statutarji ta’ dokumenti tal-kontijiet [*] ĠU L 126, tat-12.5.1984, pġ. 20.. Il-persuna jew persuni responsabbli għall-verifiki tal-kontijiet konsolidati (hawnhekk iżjed ’il quddiem: l-awdituri statutarji) għandhom jesprimu opinjoni li tikkonċerna l-konsistenza jew xort’oħra tar-rapport annwali konsolidat mal-kontijiet konsolidati ta’ l-istess sena finanzjarja. 2. Ir-rapport ta’ l-awdituri statutorji għandhom ikollhom: (a) daħla li għandha ta’ l-anqas tidentifika l-kontijiet konsolidati li huma suġġetti għall-verifika statutarja, flimkien mal-qafas tar-rapport finanzjarju li kien qed jiġi applikat għat-tħejjija tagħhom; (b) deskrizzjoni ta’ l-għan tal-verifika statutarja li għandha ta’ l-anqas tidentifika skond liema standard ta’ verifika wettqet il-verifika statutorja; (ċ) opinjoni ta’ verifika għandha tgħid ċar l-opinjoni ta’ l-awdituri statutarji jekk il-kont konsolidat jagħtix stampa reali skond il-qafas tar-rapport finanzjarju relevanti u, fejn xieraq, jekk l-kontijiet konsolidati żammewx mal-ħtiġiet statutarji; l-opinjoni ta’ verifika għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata, opinjoni avversa jew, jekk l-awdituri statutarji jistgħux jesprimu opnijoni verifikata, jiċħdu opinjoni; (d) referenza għal xi kwistjonijiet għal-liema l-awdituri statutarji permezz ta’ enfasi jiġbdu l-attenzjoni g]all-opinjoni verifikata mingħajr ma jikkwalifikawha; (e) opinjoni li tikkonċerna l-konsistenza jew xort’oħra tar-rapport annwali konsolidat mal-kontijiet konsolidati għall-istess sena finanzjarja. 3. Ir-rapport għandu jkun iffirmat u ddatat mill-awdituri statutarji. 4. Fejn il-kontijiet ta’ kull sena ta’ l-impriża parent huma mehmuża mal-kontijiet konsolidati, ir-rapport ta’ l-awdituri statutarji meħtieġ minn dan l-Artikolu jista’ jingħaqad ma’ kull rapport ta’ l-awdituri statutarji tal-kontijiet annwali ta’ l-impriża parent meħtieġ mill-Artikolu 51 tad-Direttiva 78/660/KEE."; 12. fl-Artikolu 38, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "7. Paragrafi 2 u 3 m’għandhomx jgħoddu għall-kumpaniji li s-sigurtajiet tagħhom jistgħu jitħallew għall-kummerċ fuq suq regolat ta’ xi Stat Membru li jidħlu fit-tifssira ta’ l-Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE." Artikolu 3 Id-Direttiva 86/635/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "1. L-Artikoli 2, 3, 4(1), (3) sa (6), l-Artikoli 6, 7, 13, 14, 15(3) u (4), l-Artikoli 16 sa 21, 29 sa 35, 37 sa 41, 42 l-ewwel sentenza, 42a sa 42f, 45(1), 46(1) u (2), l-Artikoli 48 sa 50, 50a, 51(1) sa 51a, 56 sa 59, 61 u 61a tad-Direttiva 78/660/KEE għandhom jgħoddu għall-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, ħlief fejn din id-Direttiva tiddisponi xort’oħra. Madankollu, l-Artikoli 35(3), 36, 37 u 39(1) sa (4) ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-attiv u passiv li huma stmati skond it-Taqsima 7a tad-Direttiva 78/660/KEE. 2. Fejn fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE hemm referenza għall-Artikoli 9, 10 u 10a (karta ta’ bilanċ) jew għall-Artikoli 22 sa 26 (kont ta’ qligħ u telf) tad-Direttiva 78/660/KEE, dawn ir-referenzi għandhom jitqiesu li huma referenzi għall-Artikoli 4 u 4a (karta ta’ bilanċ) jew għall-Artikoli 26, 27 u 28 (kont ta’ qligħ u telf) ta’ din id-Direttiva."; 2. L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej: (a) l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: "l-Istati Membri għandhom jippreskrivu t-tqassim li ġej għall-karta ta’ bilanċ. Bħala alternattiva, L-Istati Membri jistgħu jħallu jew jiħtieġu istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jadottaw il-preżentazzjoni tal-karta ta’ bilanċ kif imniżżla fl-Artikolu 4a"; (b) taħt "Passiv", fil-punt 6, it-titolu "Tad-disposizzjonijiet għall-passiv u ħlasijiet" għandu jinbidel b’"Disposizzjonijiet"; 3. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 4a Minflok il-preżentazzjoni ta’ l-oġġetti tal-karta ta’ bilanċ skond l-Artikolu 4, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jiħtieġu istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew ċertu klassijiet ta’ istitutzzjoni ta’ kreditu, biex jippreżentaw dawk l-oġġetti klassifikati mix-xejra tagħhom u skond l-istralċ relattiv tagħhom sakemm l-informazzjoni mogħtija hija ta’ l-anqas ekwivalenti għal dak meħtieġ mod ieħor fl-Artikolu 4."; 4. fl-Artikolu 26, għandu jiżdied l-paragrafu li ġej: "Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 78/660/KEE, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jinħtieġu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha, jew xi klassijiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, sabiex jippreżentaw prospett tal-prestazzjoni tagħhom minflok il-preżentazzjoni ta’ oġġetti ta’ qligħ u telf skond l-Artikoli 27 jew 28, iżda li l-informazzjoni mogħtija hija ta’ l-anqas ekwivalenti għal dak meħtieġ mod ieħor b’dawk l-Artikoli."; 5. L-Artikolu 43(2)(f) għandu jitħassar. Artikolu 4 Id-Direttiva 91/674/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 1, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "1. L-Artikoli 2, 3, 4(1), (3) sa (6), 6, 7, 13, 14, 15(3) u (4), 16 sa 21, 29 sa 35, 37 sa 41, 42, 42a sa 42f, 43(1), punti 1 sa 7 u 9 sa 14, 45(1), 46(1) u (2), 48 sa 50, 50a, 51(1), 51a, 56 sa 59, 61 u 61a tad-Direttiva 78/660/KEE għandhom jgħoddu għall-impriżi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, ħlief fejn din id-Direttiva jsemmi xort’oħra. L-Artikoli 46, 47, 48, 51 u 53 ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jgħoddu għall-attiv u l-passiv li huma stmati skond it-Taqsima 7a tad-Direttiva 78/660/KEE. 2. Fejn fid-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE issir referenza għall-Artikoli 9, 10 u 10a (karta ta’ bilanċ) jew għall-Artikoli 22 sa 26 (kont ta’ qligħ u telf) tad-Direttiva 78/660/KEE, din ir-referenza għandha titqies li hija referenza għall-Artikolu 6 (karta ta’ bilanċ) jew għall-Artikolu 34 (kont ta’ qligħ u telf) ta’ din id-Direttiva kif xieraq."; 2. l-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 4 1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għaqda ta’ underwriters bħala Lloyd’s. Għall-għan ta’ din id-Direttiva kemm Lloyd’s kif ukoll sindakati ta’ Lloyd’s għandhom jitqiesu li huma impriżi ta’ assigurazzjoni. 2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 65(1), Lloyd’s għandhom iħejju kontijiet aggregati minflok kontijiet konsolidati meħtieġa bid-Direttiva 83/349/KEE. Kontijiet aggregati għandhom jitħejjew bil-kumulattività tal-kontijiet kollha sindakati"; 3. fl-Artikolu 6, taħt "Passiv", fil-punt E, it-Titolu "disposizzjonijiet għar-riskji oħra u ħlasijiet" għandhom jinbidlu b’ "Dispożizzjonijiet oħra"; 4. l-Artikolu 46 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 5, għandhom jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin: "L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi għal din il-ħtieġa"; (b) paragrafu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: "6. Għandu jitniżżel fin-noti dwar il-kontijiet il-metodu(i) applikat għal kull oġġett ta’ investiment, flimkien ma’ l-ammonti determinati."; 5. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 46a 1. Fejn l-attiv u l-passiv huma stmati skond it-Taqsima 7a tad-Direttiva 78/660/KEE, għandhom jgħoddu l-paragrafi minn 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu. 2. L-investimenti murija bħala attiv taħt D għandhom jintwerew bil-valur xieraq tagħhom. 3. Fejn investimenti jintwerew bil-prezz tagħhom ta’ xiri, il-valur xieraq tagħhom għandu jkun żvelat fin-noti dwar il-kontijiet. 4. Fejn investimenti jintwerew bil-valur xieraq tagħhom, il-prezz tagħhom ta’ xiri għandu jkun żvelat fin-noti dwar il-kontijiet. 5. L-istess metodu ta’ valutazzjoni għandu jkun applikat għall-investiment kollu inkluż f’kull oġġett muri b’numerazzjoni għarbija jew murija bħala attiv taħt Ċ(I). L-Istati Membri jistgħu jħallu derogi minn din il-ħtieġa. 6. Il-metodu(i) applikati għal kull oġġett ta’ investiment għandu jitniżżel fin-noti dwar il-kontijiet, flimkien ma’ l-ammonti hekk determinati."; 6. l-Anness għandu jitħassar. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. Artikolu 6 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President G. Drys [1] ĠU C 227 E, ta’ l-24.9.2002, pġ. 336. [2] ĠU C 85, tat-8.4.2003, pġ. 140. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2003 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ 6 ta’ Mejju 2003. [4] ĠU L 243, tal-11.9.2002, pġ. 1. [5] ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, pġ. 11. Id-Direttiva bħalma kienet emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28). [6] ĠU L 193, tat-18.7.1983, pġ. 1. id-Direttiva bħalma kienet emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/65/KE. [7] ĠU L 156, tat-13.6.2001, pġ. 33. [8] ĠU L 372, tal-31.12.1986, pġ. 1. id-Direttiva bħalma kienet emendata l-aħħar bid-Direttiva 2001/65/KE. [9] ĠU L 374, tal-31.12.1991, pġ. 7. [10] ĠU L 193, tat-18.7.1983, pġ. 1.Direttiva emendatal 1-aħħar- Direttiva 2001/65/Ke tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill(ĠU L 283, tas-27.10.2001, pġ. 28)." --------------------------------------------------