This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0018
Directive 2003/18/EC of the European Parliament and of the Council of 27 March 2003 amending Council Directive 83/477/EEC on the protection of workers from the risks related to exposure to asbestos at work (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħolTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħolTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 97, 15.4.2003, p. 48–52
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 04/01/2011; Impliċitament imħassar minn 32009L0148
Official Journal L 097 , 15/04/2003 P. 0048 - 0052
Id-Direttiva 2003/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/477/KEE dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kommissjoni [1], imħejjija wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali u mal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq ix-Xogħol, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Tratttat [3], Billi: (1) Fil-Konklużjoni tiegħu tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema kontra r-riskji mill-esposizzjoni għall-asbestos [4] il-Kunsill stieden lill-Kommissjoni biex tressaq proposti biex tiġi emendata d-Direttiva 83/477/KEE [5], waqt li tikkunsidra nb’mod partikolari il-merti li jiġu konsidrati mill-ġdid u adattati miżuri protettivi għal dawk li l-aktar jinsabu fil-perikolu, b’, od partikolari ħaddiema li jneħħu l-asbestos u ħaddiema li aċċidentalment jiltaqgħu ma’ l-asbestos fix-xogħol fil-kors ta’ attivitajiet ta’ tiswija u manutenzjoni. (2) F’dawk il-Konklużżjonijiet, il-Kommissjoni kienet mistiedna biex tibgħat proposti biex tiġi emendata d-Direttiva 83/477/KEE fid-dawl tar-riċerka aktar dettaljata dwar il-limiti għall-esposizzjoni għall-chrysotile u l-metodu kif jitkejjel l-asbestos fl-arja imwettqa fuq il-bażi ta’ metodu adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Passi simili għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ fibri li jissostitwixxu. (3) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, fl-opinjoni tiegħu dwar l-asbestos [6], talab lill-Kommissjoni biex tieħu miżuri ġodda biex jitnaqqsu r-riskji għall-ħaddiema.. (4) Il-projbizzjoni dwar il-marketing u l-użu ta’ chrysotile asbestos introdotta bid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi u preparazzjonijiet [7] b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005, għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis sostanzjali fl-esposizzjoni għall-asbestos tal-ħaddiema. (5) Il-ħaddiema kollha għandhom ikunu protetti kontra r-riskji assoċjati ma’ esposizzjoni għall-esbestos u d-derogi applikabbli għas-setturi tal-baħar u l-ajru għandhom għalhekk jitneħħew. (6) Sabiex tiġi assigurata kjarezza fid-definizzjoni tal-fibri, dawn għandhom ikunu definiti mill-ġdid jew f’termini mineraloġiċi jew fir-rigward tan-numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) tagħhom. (7) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità li jikkonċernaw il-marketing u lużu ta’ l-asbestos, l-illimitar ta’ l-attivitajiet li jinvolvu esposizzjoni għall-asbestos għandu jkollu rwol importanti ħafna fil-prevenzjoni ta’ mard assoċjat ma’ dak l-esposizzjoni. (8) Is-sistema ta’ notifika għal attivitajiet li jinvolvu esposizzjoni għall-asbestos għandha tiġi adattata għal sitwazzjonijiet ġodda tax-xogħol. (9) Huma importanti li jiġu eliminati attivitajiet li jesponu l-ħaddiema għall-fibri ta’ l-asbestos matul l-estrazzjoni ta’ asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ rpodotti ta’ l-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti li jkun fihom fibri ta’ l-asbestos miżjuda apposta, minħabba l-livell għoli tagħhom u li ma jistgħax jiġi prevvist ta’ esposizzjoni. (10) Waqt li jingħata kont tal-kapaċita teknika l-artar reċenti, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata b’mod aktar preċiż il-metodoloġija tal-kampjonar użata biex tkejjel il-livell ta’ asbestos fl-arja u l-metodu ta’ kif jingħaddu l-fibri. (11) Għalkemm s’issa għadu ma kienx possibbli li tiġi identifikata l-għatba ta’ esposizzjoni li taħtha l-asbestos ma jinvolviex ir-riskju tal-kanċer, il-valur tal-limitu għall-esposizzjoni okkupazzjonali għall-asbestos għandu jitnaqqas. (12) L-impjegati għandhom ikunu meħtieġa li jirrekordjaw, qabel il-bidu ta’ xi proġett ta’ tneħħija ta’ asbestos, il-presenza jew il-presenza preżunta ta’ asbestos f’bini jew stallazzjonijiet u jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-oħrajn li jistgħu jkunu esposti għall-asbestos bħala riżultat ta’ l-użu tiegħu, tal-manutenzjoni jew ta’ attivitajiet oħrajn fi jew fuq il-bini. (13) Għandu jiġi assigurat li d-demolizzjoni jew ix-xogħol ta’ tneħħija ta’ l-asbestos jitwettaq minn impriżi li huma familjari mal-prekawzjonijiet kollha li għandhom jittieħdu biex jiġu protetti l-ħaddiema. (14) Taħriġ speċjali għall-ħaddiema esposti jew li x’aktarx ikunu esposti għall-asbestos għandu jiġi provdut sabiex jikkontribwixxi sinjifikament għat-tnaqqis tar-riskji relatati ma’ dak l-esposizzjoni. (15) Il-kontenut tar-reġistru ta’ l-esposizzjonir u r-records mediċi kif hemm provdut fid-Direttiva 83/477/KEE għandhom jinġiebu f’linja mar-records imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-esposizzjoni ta’ karċinoġeni fuq ix-xogħol (Is-Sitt Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [8]. (16) Ir-rakkomandazzjonijiet prattiċi dwar is-sorveljanza klinika ta’ ħaddiema esponuti għandhom ikunu aġġornati fid-dawl tal-kompetenza medika l-aktar reċenti, bil-ħsieb tal-kxif kmieni ta’ patoloġiji marbuta ma’ l-asbestos. (17) Billi l-objettiv ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri t-titjib fil-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-esposizzjoni ta’ asbestos fuq ix-xogħol, ma jistgħax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif preskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif preskritt f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma’ tmurx l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv. (18) L-emendi li jinsabu f’din id-Direttiva jikkostitwixxu kontribuzzjoni konkreta lejn il-ħolqien ta’ dimensjoni soċjali fis-suq intern. (19) Dawn l-emendi huma limitati għall-minimu sabiex ma jimponux piż żejjed fuq il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. (20) Id-Direttiva 83/477/KEE għandha għalhekk tiġi hekk emendata, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 83/477/KEE hija b’dan emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jitħassar; 2. l-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "asbestos"; tfisser is-silikati fibrużi li ġejjin: - Asbestos actinolite, CAS Nru 77536–66–4 [9], - Asbestos gruenerite (amosite) CAS Nru 12172–73–5 [10], - Asbestos anthophyllite, CAS Nru 77536–67–5 [11], - Chrysotile, CAS Nru 12001–29–5 [12], - Crocidolite, CAS Nru 12001–28–4 [13], - Asbestos tremolite, CAS Nru 77536–68–6 [14]."; 3. fl-Artikolu 3: (a) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "3. B’dan illi l-esposizzjoni tal-ħaddiema jkun sporadiku u ta’ intensità baxxa, u meta jkun ċar mir-riżultati ta’ l-istima tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2 li l-limitu ta’ l-esposizzjoni għall-asbestos m’għandux jinqabeż fl-arja taż-żona tax-xogħol, l-Artikoli 4, 15 u 16 jistgħu jiġu skartati meta x-xogħol jinvolvi: (a) attivitajiet ta’ manutenzjoni qasira, mhux kontinwa li fihom jintmissu biss materjali li li ma jinkisrux malajr, (b) it-tneħħija mingħajr deterjorazzjoni ta’ materjali mhux degradati li fihom il-fibri ta’ l-asbestos huma mqabbda sew mal-matriċi, (ċ) enkapsulazzjoni jew issiġillar ta’ materjali li jkun fihom l-asbestos li huma f’kondizzjoni tajba, (d) immonitorjar ta’ l-arja u kontroll, u l-ġbir ta’ kampjuni biex jiġi aċċertat jekk materjal speċifiku jkunx fih l-asbestos." (b) il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal: "3 bis L-Istati Membri għandhom, wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali jippreskrivu linji gwida prattiċi għall-istabbiliment ta’ esposizzjoni sporadiku u ta’ intensità baxxa, hekk kif provdut fil-paragrafu 3."; 4. L-artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "2. In-notifikazzjoni għandha tintbagħat minn min iħaddem lill-awtorità responsabbli ta’ l-Istati Membri, qabel ma jinbeda x-xogħol, skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali. Id-deskirzzjoni għandha tinkludi ta’ l-anqas deskrizzjoni qasira ta’: (a) il-lokazzjoni u s-sit tax-xogħol, (b) it-tip u l-kwantitajiet ta’ asbestos użati jew immaniġġati, (ċ) l-attivitajiet u l-proċessi involuti, (d) in-numru ta’ ħaddiema involuti, (e) id-data tal-bidu tax-xogħol u t-tul ta’ żmien, (f) miżuri meħuda biex jillimitaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għall-asbestos."; (b) il-punt 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "4. Kull darba li bidla fil-kondizzjonijiet tax-xogħol x’aktarx li tirriżulta f’żieda sinjifikanti f’esposizzjoni għat-trab ta’ l-asbestos jew materjali li jkun fihom l-sabestos, għandha tintbagħat notifikazzjoni ġdida."; 5. fl-Artikolu 5 il-paragrafu li ġej għandu jiżdied: "Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità dwar il-marketing u l-użu ta’ l-asbestos, attivitajiet li jesponu lill-ħaddiema għall-fibri ta’l-asbestos matul l-estrazzjoni ta’ asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti ta’ l-asbestos jew il-manifattura u l-ipproċessar ta’ prodotti li jkun fihom asbestos miżjud apposta għandhom ikunu projbiti, bl-eċċezzjoni tat-trattament u d-disponiment ta’ prodotti li jirriżultaw mid-demolizzjoni u t-tneħħija ta’ l-asbestos."; 6. L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 6 Għall-attivitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 3(1), l-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos fuq il-post tax-xogħol għandu jitnaqqas għal minimu u f’kull każ taħt il-limitu tal-valur preskritt fl-Artikolu 8, b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin: 1. in-numru ta’ ħaddiema esposti jew x’aktarx li jkunu esposti għat-trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos għandu jkun limitat għall-figura l-aktar baxxa possibbli; 2. il-proċessi tax-xogħol għandhom ikunu disinjati biex ma jipproduċux trab ta’ l-asbestos jew, jekk dan ikun impossibbli, li jiġi evitat ir-rilaxx ta’ trab ta’ l-asbestos fl-arja; 3. il-postijiet kollha u l-apparat involut fit-trattament ta’ asbestos għandu jkun kapaċi li jiġi regolarment u effettivament imnaddaf u mantnut; 4. l-asbestos jew materjal li fih l-asbestos li jiġġenera t-trab għandu jiġi maħżun u trasportat f’pakketti ssiġillati kif imiss; 5. l-iskart għandu jinġabar u jitneħħa mill-post tax-xogħol kemm jista’ jkun malajr f’pakketti ssiġillati kif imiss b’tabelli li jindikaw li jkun fihom l-asbestos. Din il-miżura ma tapplikax għal attivitajiet tal-minjieri. Dak ir-rimi għandu mbagħad jiġi ttrattat skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż [15]."; 7. L-artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 7 1. Skond ir-riżultati ta’ l-stima inizjali tar-iskju, u sabiex tiġi assigurata konformità mal-limitu tal-valur preskritt fl-Artikolu 8, il-kejl tal-fibri ta’l-asbestos fl-arja fil-post tax-xogħol għandu jitwettaq regolarment. 2. Il-kampjonar għandu jkun rappresentattiv ta’ l-esposizzjoni personali tal-ħaddiema għal trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li jkun fihom l-asbestos. 3. Il-kampjonar għandu jitwettaq wara konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom f’impriżi. 4. Il-kampjonar għandu jitwettaq minn persunal kwalifikat kif imiss. Il-kampjuni meħuda għandhom sussegwentement ikunu analizzati, skond il-paragrafu 6, f’laboratorji mgħamra biex jingħaddu l-fibri. 5. It-tul ta’ żmien tal-kampjonar għandu jkun tali li esposizzjoni rappresentattiv jista’ jiġi stabbilit għal perjodu ta’ referenza ta’ tmien sigħat (xift wieħed) permezz ta’ kejl jew kalkolazzjonijiet peżati skodn il-ħin. 6. L-għadd tal-fibri għandu jitwettaq kull fejn possibbli permezz ta’ PCM (phase-contrast microscope) skond il-metodu rakkomandat ta’ l-1997 WHO (Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa) [*] Stabbiliment ta’ konċentrazzjonijiet ta’ fibri li jinġarru fl-arja. Metodu rakkomandat, permezz ta’ phase-contrast optical microscopy (metodu membrane filter), WHO, Geneva 1997 (ISBN 92 4 154496 1). jew xi metodu ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Għall-għanijiet tal-kejl ta’ l-asbestos fl-arja, kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu, dawk il-fibri biss b’tul ta’ aktar minn 5 mikrometri, wisa’ ta’ aktar minn 3 mikrometri u proporzjon ta’ tul/wisa’ akbar minn 3:1 għandu jingħata kont tagħhom."; 8. L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 8 Min iħaddem għandu jassigura li ebda ħaddiem ma jiġi espost għall-konċentrazzjoni fl-arja ta’ asbestos li teċċedi ż-0,1 fibri kull cm3 fuq medja ta’ perjodu ta’ tmien sigħat peżat skond il-ħin (TWA)."; 9. fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 għandu jitħassar; 10. l-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "Fejn il-limitu tal-valur preskritt fl-Artikolu 8 jinqabeż, ir-raġunijiet għaliex il-limitu jkun inqabeż għandhom jiġu identifikati u miżuri adattati biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni għandom jittieħdu mill-aktar fis possibbli." (b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "3. Fejn l-esposizzjoni ma jistgħax jitnaqqas b’mezzi oħra u fejn il-konformità mal-limitu tal-valur tagħmel meħtieġ l-ilbies ta’ apparat tan-nifs individwali protettiv, dan m’għandux ikun permanenti u għandu jinżamm għall-minimu strett meħtieġ għal kull ħaddiem. Matul perjodi ta’ xogħol li jeħtieġu l-użu ta’ dak l-apparat, għandha ssir dispożizzjoni għal perjodi ta’ mistrieħ adattati għall-kondizzjonijiet fiżiċi u klimatoloġiċi u, fejn relevanti, b’konsultazzjoni mal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom, skond il-liġijiet u l-prattika nazzjonali."; 11. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: "L-Artikolu 10a Qabel ma jinbeda xogħol ta’ demolizzjoni jew manutenzjoni, min iħaddem għandu jieħu, fejn xieraq billi jikseb informazzjoni mis-sidien tal-post, il-passi kollha meħtieġa biex jidentifika materjali preżunti li fihom l-asbestos. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-presenza ta’ asbestos f’materjal jew kostruzzjoni, id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu osservati."; 12. fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "1. Fil-każ ta’ ċerti attivitajiet bħal demolizzjoni, tneħħija, tiswija u manutenzjoni li fir-rigward tagħhom ikun prevvist li l-limitu tal-valur stipulat fl-Artikolu 8 jinqabeż minkejja l-użu ta’ miżuri tekniċi preventivi għall-illimitar ta’ asbestos f’konċentrazzjoni ta’ arja, min iħaddem għandu jistabbilixxi l-miżuri maħsuba biex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-ħaddiema waqt li jkunu qed jaħdmu f’dawk l-attivitajiet, b’mod partikolari dan li ġej: (a) il-ħaddiema għandu jinħarġilhom apparat respiratorju adattat u apparat ieħor personali protettiv, li għandu jintlibes; u (b) għandhom jitqiegħdu sinjali ta’ twissija li juri li huwa prevvist li l-limitu tal-valur preskritt fl-Artikolu 8 sejjer jinqabeż; u (ċ) it-tixrid ta’ trab li joħroġ mill-asbestos jew materjali li fihom l-asbestos barra l-post jew is-sit ta’ l-azzjoni għandu jkun prevenut."; 13. fl-Artikolu 12(2), l-ewwel żewġ subparagrafi għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: "2. Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreskrivi l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Il-pjan għandu b’mod partikolari jispeċifika li: - asbestos u/jew prodotti li fihom l-asbestos għandhom jitneħħew qabel ma tiġi applikata t-teknika tad-demolizzjoni, ħlief fejn dan joħloq riskju akbar għall-ħaddiema milli jekk l-asbestos jew il-prodotti li fhiom l-asbestos jitħallew fil-post; - l-apparat personali protettiv imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) għandu jkun provdut, fejn meħtieġ; - meta x-xogħol jew id-demolizzjoni jew tneħħija ta’ l-asbestos ikun tlesta, l-assenza ta’ riskji ta’ esposizzjoni għall-asbestos fil-post tax-xogħol għandha tiġi verifikata b’konformità mal-leġislazzjoni u l-prattika nazzjonali."; 14. l-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu: "L-Artikolu 12a 1. Min iħaddem għandu jipprovdi taħriġ adattat għall-ħaddiema kollha li huma, jew li x’aktarx ikunu, esposti għal trab li jkun fih l-asbestos. Dak it-teħriġ għandu jkun provdut f’intervalli regolari u bl-ebda spiża għall-ħaddiema. 2. Il-kontenut tat-taħriġ għandu jkun jiftiehem faċilment mill-ħaddiema. Għandu jippermettilhom li jiksbu l-għerf meħtieġ u l-kapaċitajiet f’termini ta’ prevenzjoni u sigurtà, partikolarment fir-rigward: (a) il-proprjetajiet ta’ l-asbestos u l-effetti tiegħu fuq is-saħħa, inkluż l-effett sinerġistiku tat-tipjip; (b) it-tipi ta’ prodotti u materjali li x’aktarx ikun fihom l-asbestos; (ċ) l-operazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f’esposizzjoni għall-asbestos u l-importanza ta’ kontrolli preventivi biex jiġi minimizzat l-esposizzjoni; (d) prattiċi ta’ xogħol bla perikolu, kontrolli u apparat protettiv; (e) ir-rwol xieraq, l-għażla, is-selezzjoni, il-limitazzjonijiet u l-użu kif imiss ta’ apparat respiratorju; (f) proċeduri ta’ emerġenza; (g) proċeduri ta’ dekontaminazzjoni; (h) rimi tal-iskart; (i) ħtiġiet ta’ eżami mediku. 3. Linji gwida prattiċi għat-taħriġ ta’ ħaddiema li jneħħu l-asbestos għandhom ikunu żviluppati fil-livell tal-Komunità. Artikolu 12b Qabel ma jitwettaq xogħol ta’ demolizzjoni jew tneħħija ta’ asbestos, id-ditti għandhom jipprovdu evidenza ta’ l-abbiltà tagħhom f’dan il-qasam. L-evidenza għandha tiġi stabbilita skond il-liġijiet u/jew prattika nazzjonali."; 15. fl-Artikolu 14(2), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "(b) jekk ir-riżultati jeċċedu l-limitu tal-valur preskritt fl-Artikolu 8 il-ħaddiema konċernati u r-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment ikunu nformati kemm jista’ jkun malajr bil-fatt u r-raġunijiet għal dan u l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom fl-impriża jew stabbiliment ikunu konsultati dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu jew, f’emerġenza, jiġi nfurmati bil-miżuri li jkunu ittieħdu."; 16. fl-Artikolu 15, il-punt (3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "3. Informazzjoni u pariri għandhom jingħataw lill-ħaddiema fir-rigward ta’ xi stima tas-saħħa tagħhom li jistgħu jgħaddu minnha wara t-tmiem ta’ l-esposizzjoni. It-tabib jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza medika ta’ ħaddiema jista’ jindika li s-sorveljanza medika għandha tkompli wara t-tmiem ta’ l-esposizzjoni sakemm huma jqiesu li dan ikun meħtieġ biex tiġi salvagwardata s-saħħa tal-persuna konċernata. Dik is-sorveljanza li tkompli għandha titwettaq skond il-liġijiet u l-prattiċi ta’ l-Istati Membri individwali."; 17. fl-Artikolu 16, il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "2. Ir-reġistru msemmi fil-punt 1 u records mediċi msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jinżammu għal ta’ l-anqas 40 sena wara t-tmiem ta’ l-esposizzjoni, skond il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali."; 18. fl-Artikolu 16, il-punt ġdid li ġej għandu jiżdied: "3. Id-dokumenti msemmija fil-putn 2 għandhom jintgħamlu disponibbli għall-awtorità responsabbli fil-każi fejn l-impriża ma tibqax tinnegozja, skond il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali."; 19. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: "L-Artikolu 16a L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet adegwati li jkunu applikabbli fil-każ ta’ ksur tal-leġislazzjoni nazzjonali adottata bis-saħħa ta’ din id-Direttiva. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi."; 20. L-Anness I għandu jitħassar; 21. fl-Anness II, il-punt 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "3. L-eżami tas-saħħa tal-ħaddiema għandu jitwettaq skond il-prinċipji u l-prattiċi ta’ mediċina okkupazzjonali. Għandu jinkludi ta’ l-anqas il-miżuri li ġejjin: - iż-żamma ta’ records ta’ l-istorja medika u okkupazzjonali tal-ħaddiem, - intervista personali, - eżami kliniku ġenerali, b’referenza partikolari għas-sider, - testijiet tal-funzjoni tal-pulmun (volumi u rati tal-kurrent respiratorju). It-tabib u/jew l-wtorità responsabbli għas-sorvelljanza tas-saħħa għandu jiddeċiedi dwar aktar eżamijiet, bħal testijiet ta’ sputum cytology jew X-ray tas-sider jew tomodensitometry, fid-dawl ta’ l-għerf dwar is-saħħa okkupazzjonali l-aktar reċenti disponibbli." Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ April 2006. Għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kommissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kid issir dik ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kommissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Marzu 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President M. Stratakis [1] ĠU C 304 E, tat-30.10.2001, p. 179 uĠU C 203 E, tas-27.8.2002, p. 273. [2] ĠU C 94, tat-18.4.2002, p. 40. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2002 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settemrbu 2003 (ĠU C 269 E, tal-5.11.2002, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2002 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2003 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU C 142, tas-7.5.1998, p. 1. [5] ĠU L 263, ta’ l-24.9.1983, p. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/24/KE (ĠU L 131, tal-5.5.1998, p. 11). [6] ĠU C 138, tat-18.5.1999, p. 24. [7] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kommissjoni 2001/91/KE (ĠU L 286, tat-30.10.2001, p. 27). [8] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/38/KE (ĠU L 138, ta’ l-1.6.1999, p. 66). [9] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS). [10] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) [11] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) [12] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) [13] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) [14] Numru fir-reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) [15] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, pġ. 28). --------------------------------------------------