Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0779

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2003 tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali mill-pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3988)Test b’relevanza għall-ŻEE

    ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R2235

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/779/oj

    32003D0779



    Official Journal L 285 , 01/11/2003 P. 0038 - 0041


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-31 ta’ Ottubru 2003

    tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali mill-pajjiżi terzi

    (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3988)

    (Test b’relevanza għall-ŻEE)

    (2003/779/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw importazzjoni u kummerċ fil-Komunità tal-Prodotti mhux suġġetti għall-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) fid- Direttiva 89/662/KEE u fir-rigward il-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE [1] l-aħħar emendata, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/721/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 10(2)(a) u (c) tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/187/KE tat-18 ta’ Marzu 1994 tniżżel il-kondizzjonijet meħtieġa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi [3] ġiet emendata ħafna drabi fis-sustanza [4]. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, id-Deċiżjoni msemmija għandha tiġi kodifikata.

    (2) L-Anness I(2) tad-Directive 92/118/KEE jippermetti l-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali casings minn kull pajjiż terz li għaddew minn trattament preskritt.

    (3) Il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimal u ċ-ċertifikat veterinarju għandhom jiġu stabbiliti biex jagħtu garanzija li t-trattament preskritt ikun sar.

    (4) Il-miżuri li ntlaħqu f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L- Artikolu 1

    L-Istati Membri se jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali casings minn xi wieħed mill-pajjiżi terzi flimkien maċ-ċertifikat tas-saħħa kif kien stabbilit fl-Anness I, dan se jikkonsisti f’paġna waħda u għandu jimtela almenu bil-lingwa uffiċjali ta’ wieħed mill-Istati Membri li qed iwettaq il-kontroll ta’ l-importazzjoni.

    L- Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 94/187/KE hija revokata.

    Ir-referenzi għad-Deċiżjoni revokata se jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u jridu jinqraw b’mod li jaqblu mat-tabella korrelazzjoni fl-Anness III.

    L- Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, fil-31 ta’ Ottubru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 62, 15.03.93, p. 49.

    [2] ĠU L 260, 11.10.03, p. 21.

    [3] ĠU L 89, 06.04.94, p. 18.

    [4] Ara l-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Id-Deċiżjoni mħassra u l-emendi suċċessivi

    Id-Deċiżjoni 94/187/KE | (ĠU L 89, tas-6.4.1994, p. 18) |

    Id-Deċiżjoni 94/461/KE, l-Artikolu 2 biss | (ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 88) |

    Id-Deċiżjoni 94/775/KE, l-Artikolu 2 biss | (ĠU L 310, tat-3.12.1994, p. 77) |

    Id-Deċiżjoni 95/88/EC, l-Artikolu 1 biss | (ĠU L 69, tad-29.3.1995, p. 45) |

    Id-Deċiżjoni 95/230/EC, l-Artikolu 1 biss | (ĠU L 154, tal-5.7.1995, p. 19) |

    DEĊIŻJONI Nru 96/106/EC, l-Artikolu 1 biss | (ĠU L 24, tal-31.1.1996, p. 34) |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    IT-TABELLA KORRELATA

    Id-Deċiżjoni 94/187/KE | Din id-Deċiżjoni |

    L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

    — | L-Artikolu 2 |

    L-Artikolu 2 | — |

    L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

    l-Anness | L-Anness I |

    — | L-ANNESS II |

    — | l-Anness III |

    --------------------------------------------------

    Top