EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1011

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1011/2002 ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 li jimponi dazju definittiv kontra l-fqigħ tas-suq fuq importi ta’ karbonju attivat mitħun (KAM) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 155, 14.6.2002, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/06/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1011/oj

32002R1011



Official Journal L 155 , 14/06/2002 P. 0001 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1011/2002

ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002

li jimponi dazju definittiv kontra l-fqigħ tas-suq fuq importi ta’ karbonju attivat mitħun (KAM) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. INVESTIGAZZJONI TA’ QABEL

(1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1006/96 tat-3 ta’ Ġunju 1996 [2], il-Kunsill impona dazju definittiv kontra l-fqigħ tas-suq fuq importi ta’ karbonju attivat mitħun li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

B. INVESTIGAZZJONI PRESENTI

(2) Wara pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti [3] tal-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni ta’ skadenza depożitata mill-Kunsill Ewropew ta’ l-Industrija Kimika (KEIK) f’isem żewġ prodotturi, li flimkien jirrappreżentaw proporzjon maġġuri (aktar minn 80 %) tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ karbonju attivat mitħun (KAM). It-talba allegat li fqigħ tas-suq bi ħsara ta’ importi li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (Ċina) x’aktarx jerġa’ jiġri jekk il-miżuri jkunu skadew.

(3) Wara li stabbilixxiet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed xhieda għall-ftuħ ta’ reviżjoni, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni [4] skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ir-Regolament bażiku).

(4) L-investigazzjoni fil-possibilta ta’ kontinwazzjoni jew li jerġa’ jseħħ il-fqigħ tas-suq jew ħsara koprieti il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2000 sal-31 ta’ Mejju 2001 (PI). L-eżami ta’ xejriet rilevanti għall-istima ta’ possibilta ta’ kontinwazzjoni jew li terġa’ sseħħ il-ħsara kopriet il-perjodu mill-1997 sa l-aħħar tal-PI (perjodu ta’ analiżi).

(5) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi applikanti tal-Komunità, l-esportaturi u produtturi esportaturi fiċ-Ċina, importaturi/negozjanti, utenti u supplenti, li kienu magħrufa li huma konċernati, bil-ftuħ tar-reviżjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-dawn il-partijiet kollha u dawk li għarrfu lilhom infushom fil-limitu taż-żmien dikjarat fl-Avviż tal-ftuħ. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet direttament konċernati l-opportunita li jagħmlu l-ħsibijiet magħrufa bil-miktub u li jitolbu smigħ.

(6) Il-Kummissjoni bagħtet 26 kwestjonarju lil importaturi/negozjanti mhux relatati u 49 kwestjonarju lil esportaturi u produtturi esportaturi fiċ-Ċina. Barra minn hekk, minħabba fin-numru apparentament għoli ta’ esportaturi u produtturi esportaturi tal-prodott konċernat fiċ-Ċina, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju fejn staqsiet tagħrif speċifiku dwar volum u prezzijiet medji ta’ bejgħ ta’ KAM (kwestjonarju kampjun) ta’ kull esportatur u produttur esportatur konċernat, sabiex jiġi stabbilit jekk kampjunar huwiex meħtieġ. L-ebda risposta ma ġiet irċevuta minn importaturi/negozjanti, u esportatur wieħed fiċ-Ċina rrisponda għall-kwestjonarju kampjun, imma sosegwentement waqaf jikkopera.

(7) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet l-oħra kollha magħrufa li huma konċernati u rċevew risposti miż-żewġ produtturi tal-Komunità li f’isimhom it-talba għal reviżjoni kienet depożitata u minn żewġ suppelenti ta’ materji primi u żewġ utenti.

(8) Il-Kummissjoni fittxet u ivverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-għan ta’ l-istabbilizzazzjoni tal-possibilta ta’ kontinwazzjoni jew li jerġa jseħħ il-fqigħ tas-suq u ħsara u għall-istabbilizzazzjoni ta’ l-interess tal-Komunità. Visti ta’ verifikazzjoni twettqu fuq il-fondijiet ta’ dawn il-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi fil-pajjiż analogu L-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

- NORIT Americas Inc, Atlanta, Georgia;

Produtturi tal-Komunità:

- Norit NV, Netherlands,

- Ceca SA, France.

Ċ. IL-PRODOTT MEQJUS U L-PRODOTT SIMILI

(9) Il-prodott meqjus huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri KAM klassifikabbli korrentement fil-kodiċi tan-NK ex38021000. Huwa għamla mikroporuża ta’ karbonju, miksub minn varjeta ta’ materja prima bħal ma huma faħam, peat, injam, lignit, għadam taż-żebbuġ jew qxur ta’ barra ta’ ġewż ta’ l-indi, li huma attivati permezz ta’ fwar jew proċess kimiku. KAM huwa trab fin ħafna. Karbonji attivati huma mibjugħa wkoll f’għamla granulari (karbonju attivat granulat jew KAG) li mhumiex koperti mill-miżuri fis-seħħ.

(10) Sosegwenti għall-imposizzjoni ta’ miżuri definittivi fl-1996, ċerti diffikultajiet dehru rigward id-distinzjoni ta’ karbonju attivat mibjugħ fl-għamla ta’ trab minn karbonju attivat mibjugħ f’għamla granulari. F’dan ir-rigward, huwa mportati li wieħed jinnota li ż-żewġ prodotti huma magħmula minn settijiet ta’ partikoli ta’ karbonju li d-daqs tagħhom ivarja u li ma hemmx livell stabbilit internazzjonali rigward KAM. Għalhekk, għall-għan ta’ implimentazzjoni tal-miżuri, il-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità definixxa l-KAM kif ġej: "karbonju attivat mitħun jikkonsisti minn mill-inqas 90 percent skond il-massa (% m/m) ta’ partikoli b’daqs inqas minn 0,5 mm". L-investigazzjoni kkonfermat l-eżattezza ta’ din id-definizzjon.

(11) L-applikazzjonijiet ġenerali ta’ KAM huma: trattament ta’ l-ilma (proċess biex jiġi prodott ilma tajjeb għax-xorb (potable) u ilma skart), purifikazzjoni tal-gass u ta’ l-arja, irkupru tas-solvent, tneħħija tal-kulur taz-zokkor, żjut u xaħmijiet veġetali, tneħħija tar-riħa u purifikazzjoni ta’ prodotti differenti fl-industriji kimiċi (jiġifieri aċidi organiċi) jew farmaċewtiċi (jiġifieri kapsula gastrointestinali) jew ta’ l-ikel (jiġifieri xorb alkoliku u minerali).

(12) Kif muri fl-investigazzjoni ta’ qabel, u kif ikkonfermat fl-investigazzjoni presenti, ġie stabbilit li KAM prodott u mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità u KAM importat miċ-Ċina huma f’kull rigward identiċi u jaqsmu għalhekk l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi. Iċ-Ċina hija ekononija f’transizzjoni u, kif imsemmi f’reċitazzjoni 18, il-valur normali kellu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif miksub f’pajjiż terz ta’ ekonomija tas-suq. Skond it-tagħrif disponibbli, il-KAM prodott u mibjugħ f’pajjiż terz ta’ ekonomija tas-suq, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandha l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi bħall-KAM prodott fiċ-Ċina u esportat lill-Komunità. Għalhekk, huma meqjusa li huma prodotti simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

D. POSSIBILTA TA’ KONTINWAZZJONI JEW LI JERĠA’ JSEĦĦ IL-FQIGĦ TAS-SUQ

1. Rimarki preliminari

(13) Bi qbil ma’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, l-għan ta’ reviżjoni ta’ skadenza huwa biex jiġi stabbilit jekk l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontiwazzjoni jew li jerġa’ jseħħ il-fqigħ tas-suq.

(14) F’dan ir-rigward, il-volumi esportati lill-Komunità matul il-PI ġew eżaminati. Għandu jiġi notat li ladarba l-ebda mill-esportaturi Ċiniżi lanqas xi importatur fil-Komunità ma koperaw matul l-investigazzjoni preżenti, fatti magħrufa (data) ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti bi qbil ma’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi ta’ tagħrif disponibbli. Minħabba fl-imposizzjoni ta’ dazji definittivi kontra l-fqigħ tas-suq fl-1996, l-istatistiċi tal-Komunità huma disponibbli għal importi ta’ KAM. Dawn l-istatistiċi ġew konfermati minn tagħrif ta’ riċerka tas-suq sottomess mill-produtturi tal-Komunità li qed jilmentaw. Fuq din il-bażi, u fl-assenza ta’ xi tagħrif ieħor aktar ta’ min joqgħod fuqu, dawn l-istatistiċi ntużaw. Urew li matul il-PI 993 tunnellati mettriċi ta’ KAM ġew importati miċ-Ċina fil-Komunità.

(15) Matul il-PI oriġinali, il-volum ta’ importazzjoni ta’ KAM Ċiniż fil-Komunità ammonta għal 4008 tunnellata mettrika, jiġifieri approssimamenti 10 % tal-konsum tal-Komunità. Importi waqgħu fl-1996 wara l-imposizzjoni tad-dazju kontra l-fqigħ tas-suq għal 960 tunnellata mettrika u baqgħu relattivament stabbli fis-snin ta’ wara, fejn laħqu 842 tunnellata mettrika fl-1999, u 811 tunnellata mettrika fl-2000.

(16) Is-sehem tas-suq ta’ importi Ċiniżi ta’ KAM fil-Komunità kif irrekordjat f’Eurostat huwa inqas minn 3 % imma madankollu sinifikanti, jiġifieri ‘l fuq mill-għatba de minimis tar-Regolament bażiku [5].

2. Possibilita ta’ kontinwazzjoni ta’ fqigħ tas-suq

(17) Fil-kuntest tal-possibilta ta’ kontinwazzjoni ta’ fqigħ tas-suq, ġie investigat jekk fqigħ tas-suq ta’ esportazzjonijiet miċ-Ċina kienx qed iseħħ korrentement. Kien fuq il-bażi li, jekk fqigħ tas-suq kien qed iseħħ f’dan il-waqt, din tista’ tkun indikazzjoni importanti li fqigħ tas-suq x’aktarx ikompli fil-futur, jekk il-miżuri jiġu permessi li jiskadu.

(a) Pajjiż analogu

(18) Minħabba li ċ-Ċina hija ekonomija f’transizzjoni, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif miksub f’pajjiż terz ta’ ekonomija tas-suq xierqa magħżul bi qbil ma’ l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(19) L-Istati Uniti ta’ l-Amerika ġew magħżula bħala pajjiż analogu xieraq fil-proċediment oriġinali. Kif indikat fl-Avviż ta’ Ftuħ, il-Kummissjoni kellha f’moħħha li tuża l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bħala pajjiż analogu xieraq fil-proċediment presenti wkoll. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni żvelat li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kien il-pajjiz analogu l-aktar xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika huwa wieħed mill-akbar pajjiżi produtturi ta’ KAM fid-dinja kollha. Ċifri sottomessi mill-produttur li jikkopera fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-produtturi tal-Komunità wara t-talba ta’ reviżjoni wrew li l-volum ta’ produzzjoni taż-żewġ pajjiżi huwa paragunabbli. Barra minn hekk, kif imsemmi f’reċitazzjoni 12 KAM prodott u mibjugħ fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika instab li huwa prodott simili għal KAM prodott fiċ-Ċina u esportat lill-Komunità. Bejgħ domestiku magħmul mill-produttur li qed jikkopera ta’ l-Istati Uniti (f’termini ta’ volum) kien rappreżentattiv meta paragunat għall-importi ta’ KAM miċ-Ċina fil-Komunità. Finalment, il-livell ta’ kompetizzjoni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika nstab li huwa għoli ħafna. B’żieda mal-kompetizzjoni fost numru ta’ produtturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, kien hemm ukoll kompetizzjoni minn KAM importat (prinċipalment miċ-Ċina, il-Filippini u s-Sri Lanka), li seta’ ġie mportat mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi jew dazji ta’ importazzjoni. Barra minn hekk, il-produttur ewlieni mill-Istati Uniti ta’ KAM kien dispost li jikkopera.

(20) Meta jitqies dan imsemmi hawn fuq, u la l-ebda kummenti ma ġew irċevuti dwar l-għażla tal-pajjiż analogu minn xi waħda mill-partijiet interessati, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ġiet magħżula konsegwentement bħala l-pajjiż analogu l-aktar xieraq.

(b) Valur normali

(21) Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, ġie kunisdrat jekk bejgħ domestiku ta’ KAM fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika seta’, meta jitqies il-prezz mitlub, jidher li huwa magħmul fil-kors ordinarju ta’ kummerċ. B’hekk il-Kummissjoni eżaminat jekk bejgħ domestiku kienx bi qligħ. Għal dan il-għan l-ispiża sħiħa ta’ produzzjoni kull unit ta’ kull grad matul il-PI ġiet paragunata mal-prezz medju kull unit tat-transazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ kull grad magħmula matul l-istess perjodu. Instab li l-bejgħ kollu sar bi qligħ. L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-bejgħ kollu sar lil pajjiżi indipendenti. Bħala riżultat il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli għal KAM minn konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti matul il-kors ordinarju ta’ kummerċ intużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali bi qbil ma’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(ċ) Prezz ta’ esportazzjoni

(22) Kif diġa msemmi, la l-esportaturi Ċiniżi u lanqas produtturi esporaturi, lanqas xi importatur ta’ KAM fil-Komunità ma koperaw f’dan il-proċediment. Għalhekk, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ fatti disponibbli bi qbil ma’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Kif diġa msemmi f’reċitazzjoni 14 tar-Regolament presenti, u fl-assenza ta’ aktar tagħrif ieħor ta’ min joqgħod fuqu, dan diġa sar b’riferenza għal Eurostat.

(23) Fatti magħrufa (data) f’Eurostat huma rekordjati fuq bażi ta’ fruntiera ta’ Komunità Ewropea p.a.t. Dawn il-prezzijiet twasslu għal bażi ta’ frank abbord (fob) billi tnaqqsu spejjeż ta’ vjaġġ fl-oċean u ta’ assigurazzjoni. It-tagħrif meħtieġ dwar dawn l-ispejjeż ġie sottomess mill-industrija tal-Komunità u wżat fil-kalkoli, fl-assenza ta’ aktar tagħrif ieħor ta’ min joqgħod fuqu.

(d) Paragun

(24) Għall-għan li jiġi żgurat paragun bil-fier bejn valur normali u prezz ta’ esportazzjoni, tqiesu d-differenzi f’fatturi, li nstabu li jaffettwaw prezzijiet u paragun ta’ prezz bi qbil ma’ l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, saru aġġustamenti għal differenzi fil-livell ta’ kummerċ, commissions, pakkjar u spejjeż ta’ trasport ġewwa ‘l pajjiż

(25) Sakemm u safejn il-valur normali huwa konċernat, l-ispiża mejda mwieżna ta’ trasport ġewwa ‘l pajjiż u l-ispiża ta’ pakkjar kull unit ġew imnaqqsa mill-prezz ta’ bejgħ domestiku. L-ispiża ta’ trasport ġewwa ‘l pajjiż inkludew spejjeż ta’ assigurazzjoni, tagħbija u ħatt. Meta jitqies in-nuqqas ta’ koperazzjoni ta’ l-esportaturi Ċiniżi jew produtturi esportaturi, u fl-assenza ta’ aktar tagħrif ta’ min joqgħod fuqu, l-istess ammont għal trasport ġewwa ‘l pajjiż u pakkjar ġie mnaqqas mill-prezz ta’ esportazzjoni fob.

(26) Sakemm u safejn spejjeż ta’ pakkjar huma konċernati, xhieda ġiet sottomessa lill-Kummissjoni mill-industrija tal-Komunitam li qed tilment, li wriet li għall-inqas ftit mill-prodott esportat lill-Komunità ġie pakkjat f’basktijiet waqt li l-valur normali ġie stabbilit fuq bażi ta’ spejjeż ta’ ex pakkjar. Il-prezz ta’ esportazzjoni ġie għalhekk aġġustat ‘l isfel għal ammont xieraq ta’ spejjeż ta’ pakkjar.

(27) Bejgħ domestiku fl-Istati Uniti ta’ l-Ameriku sar prinċipalment lil utenti ta’ l-aħħar, waqt li esportazzjonijiet Ċiniżi ta’ KAM huma, fuq il-bażi ta’ tagħrif disponibbli, prinċipalemt magħmula lil kummerċjanti/distributuri. Għalhekk, il-valur normali ġie aġġustat minn skont lid- distributur applikabbli fis-suq domestiku ta’ l-Istati Uniti.

(28) Barra minn hekk u skond ix-xhieda sottomessa mill-industrija tal-Komunità, kważi l-bejgħ ta’ esportazzjoni kollu miċ-Ċina sar permezz ta’ aġenziji ta’ esportazzjoni, minħabba fil-ħtieġa tal-liċenzji ta’ esportazzjoni. Għalhekk,miżata ta’ commissjoni ta’ 1 % ġiet imnaqqsa mill-prezz ta’ esportazzjoni.

(e) Marġini ta’ dumping

(29) Il-valur normali medju mwieżen u l-prezz ta’ esportazzjoni medju mwieżen tal-gradi kollha ġew paragunati fl-istess livell ta’ kummerċ, jiġifieri distributuri/negozjanti. Il-paragun wera li esportazzjonijiet ta’ KAM lill-Komunità faqgħu s-suq b’marġini sostanzjali matul il-PI. Il-marġini ta’ fqigħ tas-suq kien ugwali għall-ammont li bih il-valur normali qabeż il-prezzijiet għal esportazzjonijiet lill-Komunità. Il-marġini ta’ fqigħ tas-suq medju mwieżen qabeż l-40 %.

3. Żvilupp ta’ importi jekk il-miżuri jiskadu

(30) Ġie eżaminat ukoll kif importi ta’ KAM miċ-Ċina se jiżviluppaw jekk il-miżuri jiskadu. Għal dak il-għan il-kapaċita ta’ produzzjoni żejda fiċ-Ċina, volum ta’ esportazzjoni u s-suq domestiku fiċ-Ċina kif ukoll l-imġieba tal-prezz Ċiniż lejn pajjiżi terzi oħra ġiet eżaminata. Fl-assenza ta’ koperazzjoni minn produtturi esportaturi, intuża tagħrif ta’ riċerka tas-suq sottomess mill-industrija tal-Komunità.

(a) Kapaċita ta’ produzzjoni, suq domestiku fiċ-Ċina u volum ta’ esportazzjoni

(31) It-tagħrif disponibbli lill-Kummissjoni wera li ċ-Ċina, flimkien ma’ l-Istati Uniti, hija l-akbar produttur u esporatur ta’ karbonju attivat (granulari u mitħun) fid-dinja. Produzzjoni attwali ta’ karbonju attivat fiċ-Ċina ammontat għal xi 100000 tunnellata mettrika fl-1998 skond ċensiment industrijali statistiku, provvdut mill-industrija tal-Komunità, li minnu 40 % jew 40000 tunnellata mettrika huwa f’għamla ta’ trab. Kapaċita ta’ produzzjoni ġiet stmata għal 140000 tunnellata mettrika matul l-istess perjodu bażat fuq il-kapaċita tal-produtturi Ċiniżi l-aktar importanti li jirrappreżentaw 31 % tal-kapaċita totali Ċiniża, li minnha mill-inqas nofs tista’ tiġi dedikata għall-produzzjoni ta’ KAM, jiġifieri 70000 tunnellata mettrika. Kapaċita żejda ta’ approssimament 30000 tunnellata mettrika kienet għalhekk disponibbli fl-1998 biex jiġi prodott KAM.

(32) Fuq il-bażi ta’ fatti magħrufa (data) disponibbli għas-snin ta’ qabel inklużi fiċ-ċensiment industrijali statistiku msemmi fuq, ġie stmat li r-rata ta’ tkabbir annwali ta’ konsum, produzzjoni u kapaċita ta’ produzzjoni ta’ KAM fiċ-Ċina ammontat għal mill-inqas 5 %. Fuq din il-bażi kapaċitajiet żejda ta’ KAM se jilħqu t-36000 tunnellata mettrika fl-2003. Minħabba fis-sitwazzjoni speċifika fis-suq domestiku (ara li ġej) il-kapaċita totali żejda tkun disponibbli għal esportazzjoni.

(33) Barra minn hekk, skond iċ-ċensiment industrijali statistiku msemmi fuq, is-suq domestiku Ċiniż ġie karatterizzat minn provvista eċċessiva sinifikanti li tirriżulta fi prezzijiet mhux stabbli. Għalhekk, produtturi Ċiniżi ta’ KAM daru aktar għal swieq ta’ esportazzjoni, ħafna drabi l-uniku possibilta biex tinżamm xi produzzjoni. Huwa importanti li wieħed jinnota li ma kien hemm l-ebda restrizzjoni ta’ esportazzjoni (oħra għajr liċenzji ta’ esportazzjoni) ta’ KAM fiċ-Ċina. Meta titqies is-sitwazzjoni fis-suq domestiku Ċiniż, il-kapaċitajiet żejda sinifikanti u l-bżonn b’konsegwenza li wieħed jesplora swieq ta’ esportazzjoni, kien meqjus possibbli li prezzijiet ta’ esportazzjoni jkunu fuq livell baxx u li jifqgħu s-suq.

(34) Swieq ewlenija ta’ esportazzjoni għal KAM Ċiniż kienu l-Asja tan-naħa tax-xlokk, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Ewropa. Madankollu, skond ix-xhieda sottomessa mill-industrija tal-Komunità, il-bżonn addizzjonali għal KAM importat fil-pajjiżi terzi l-oħra jkun minimu u l-kapaċita li jiġu assorbiti aktar esportazzjonijiet Ċiniżi għalhekk ikun kważi negliġibbli. Barra minn hekk għandu jiġi notat li numru ta’ swieq ta’ esportazzjoni potenzali fir-reġjun ta’ l-Asja japplikaw tariffi tad-dwana għoljin għal KAM, bħall-Indja u l-Indonesja.

(35) B’kuntrast, jekk id-dazju kontra l-fqigħ tas-suq jitneħħa, is-suq tal-Komunità jkun jista’ jassorbi kwantitajiet kbar ta’ KAM Ċiniż minħabba fil-konsum sinifikanti tal-Komunità. F’dan ir-rigward, għandu jiġi notat ukoll li esportaturi Ċiniżi għadhom preżenti fis-suq tal-Komunità permezz ta’ importaturi relatati, li jiffaċilita importazzjonijiet miżjuda u distribuzzjoni ta’ KAM.

(36) Bħala konklużjoni, jekk il-miżuri jitneħħew, huwa possibbli li produtturi Ċiniżi jżidu l-utilizzazzjoni ta’ kapaċita tagħhom, minħabba li l-Komunità tkun tista’ ssir suq ta’ esportazzjoni attraenti.

(b) Imġieba tal-prezz

(37) Analiżi ta’ l-imġieba tal-prezz ta’ esportaturi Ċiniżi lil pajjiżi terzi oħra, bħall-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Ġappun żvelat li esportazzjonijiet ta’ KAM lil dawn il-pajjiżi saru bi prezzijiet baxxi ħafna u faqgħu s-suq meta paragunati mal-valur normali stabbilit f’din l-investigazzjoni. Rigward l-Istati Uniti u skond ix-xhieda provvduta mill-industrija tal-Komunità, kif ukoll it-tagħrif provvdut mill-produttur li jikkopera fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-livell ta’ fqigħ tas-suq ikun jaqbeż l-40 %, waqt li l-marġini ta’ fqigħ tas-suq għal esportazzjonijiet lejn il-Ġappun ikun aktar minn 90 %.

(38) Waqt li titqies il-kapaċita vasta żejda disponibbli għal esportazzjoni u l-produzzjoni ta’ KAM Ċiniża mmexxija mill-esportazzjoni, huwa raġunevoli li wieħed jassumi li l-marġini ta’ fqigħ tas-suq li jistgħu jiġu prattikati fil-Komunità, x’aktarx huma għall-inqas fl-istess livell bħal dawk lil swieq ta’ esportazzjoni maġġuri ta’ KAM Ċiniżi, jekk miżuri kontra l-fqigħ tas-suq jaqgħu.

4. Konklużjoni fuq il-possibilta ta’ kontinwazzjoni ta’ fqigħ tas-suq

(39) Importi ta’ KAM Ċiniż matul il-PI saru fuq livelli de minimis u xorta faqgħu s-suq. Ġie stabbilit li l-fqigħ tas-suq baqa’ sejjer u li hemm possibilita qawwija li jkompli jekk dawn il-miżuri jiġu permessi li jaqgħu. Barra minn hekk, huwa possibbli li esportazzonijiet ta’ KAM Ċiniż lill-Komunità jiżdied b’mod sinifikanti (u jirritornaw għal mill-inqas il-livelli li jinstabu fil-PI oriġinali) u li hemm posssibilta kbira li l-prezzijiet ta’ dawn il-kwantitajiet ta’ importazzjoni addizzjonali jifqgħu s-suq f’livelli sinifikanti, jekk il-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq jaqgħu.

E. DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(40) Iż-żewġ produtturi tal-Komunità li f’isimhom ġie depożitat l-ilment ikkoperaw fl-investigazzjoni. Irrappreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni tal-Komunità ta’ KAM u għalhekk jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

F. SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

1. Konsum tal-Komunità

(41) Konsum tal-Komunità apparenti ta’ KAM ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ volumi ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, it-tagħrif li nstab fit-talba għal reviżjoni li jirrigwardja l-produtturi tal-Komunità l-oħra u l-Eurosta f’relazzjoni ma’ importi ta’ KAM.

(42) Fuq din il-bażi konsum tal-Komunità kien prattikament stabbli matul il-perjodu ta’ analiżi kemm kemm aktar baxx minn 40000 tunnellata mettrika kull sena.

2. Importi miċ-Ċina

(a) Volum, ishma tas-suq u prezzijiet

(43) Ibbażati fuq tagħrif mill-Eurostat, volumi importati miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ analiżi żdiedu ftit imma baqghu taħt it-3 % ta’ konsum, waqt li s-sehem tas-suq kien aktar minn 10 % fl-investigazzjoni ta’ qabel.

(44) Fil-perjodu ta’ analiżi, prezzijiet ta’ importi miċ-Ċina żdiedu b’ 28 %, prinċipalment għal żewġ raġunijiet. L-ewwel, minħabba fl-evoluzzjoni tar-rata ta’ skambju ta’ l-euro/dollaru, speċjalment bejn l-1999 u l-2000. It-tieni, prezzijiet tad-dinja kollha tal-faħam żdiedu kif indikat mit-tagħrif ta’ riċerka tas-suq.

Importi miċ-Ċina | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | PI |

Volum (tunnellati metriċi) | 818 | 647 | 842 | 811 | 993 |

B’indiċi | 100 | 79 | 103 | 99 | 121 |

Prezz (EUR/tunnellata mettrika) | 832 | 834 | 863 | 1089 | 1067 |

B’indiċi | 100 | 100 | 104 | 131 | 128 |

(b) Imġieba tal-prezz ta’ importazzjonijiet

(45) Anke wara l-imposizzjoni ta’ dazju kontra l-fqigh tas-suq fl-1996, prezzijiet ta’ KAM li joriġina fiċ-Ċina baqgħu aktar baxxi mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Id-differenza bi prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità kienet ta’ 15 % matul il-PI. Dan id-differenzal ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ bejgħ medju (ex-works) ta’ l-industrija tal-Komunità, bi prezzijiet Ċiniżi ta’ importazzjoni derivati mill-Eurostat u aġġustati għal spiża ta’ wara l-importazzjoni, dazji tad-dwana u kontra l-fqigħ tas-suq.

3. Sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità

(a) Rimarki preliminari

(46) Minħabba li l-industrija tal-Komunità hija kostitwita minn żewġ kumpaniji, sabiex tiġi protetta kunfidenzalita, it-tagħrif li jikkonċerna l-industrija tal-Komunità kellu jkun b’indiċi, waqt li l-ishma għall-parteċipanti kollha fis-suq kellhom ix-xtur imneħħija.

(b) Rati ta’ produzzjoni, kapaċita u utilizzazzjoni ta’ kapaċita

(47) Il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità ta’ KAM naqqset b’ 5 % fil-perjodu ta’ analiżi sa ftit aktar minn 30000 tunnellata mettrika. Il-kapaċita totali ta’ produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, mill-1998 sal-PI, kienet stabbli ta’ madwar 35000 tunnellata mettrika, b’rata għolja ta’ utilizzazzjoni.

(ċ) Bejgħ fil-Komunità u sehem tas-suq

(48) Il-volumi ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità naqqsu b’ 11 % bejn l-1997 u l-1999. Żdied ftit fl-2000 u fil-PI imma baqa’ 6 % taħt il-livell ta’ l-1997. Minħabba li l-konsum kien prattikament stabbli, is-sehem tas-suq wera l-istess xejra bħall-bejgħ. Fuq kollox, waqa’ fil-perjodu ta’ analiżi f’7 punti perċentwali biex jilħaq approssimament 60 % fil-PI.

Bejgħ f’tunnellati mettriċi | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | PI |

B’indiċi | 100 | 91 | 89 | 92 | 94 |

(d) Ħażniet

(49) Fil-perjodu ta’ analiżi, il-ħażniet ta’ l-aħħar tas-sena tal-Komunità ta’ KAM żdiedu bi 15 % minħabba li l-bejgħ naqas u t-tagħmir inħadem kontinwament sabiex jiġu evitati spejjeż ta’ furnace reignition li huma għoljin ħafna.

(e) Prezzijiet ta’ bejgħ fil-Komunità

(50) Il-prezzijiet ta’ bejgħ nett medji ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedu b’ 7 % fil-perjodu ta’ analiżi. Fl-1999 u 2000 prezzijiet kienu aktar għolja milli fil-PI.

Prezzzijiet ta’ KAM | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | PI |

B’indiċi | 100 | 103 | 111 | 110 | 107 |

(f) Qligħ u ritorn fuq investiment

(51) Wara li kellha telfiet reġistrati ta’ 10 % fl-1993, il-PI ta’ l-investigazzjoni ta’ qabel, l-industrija tal-Komunità irritornat għal qligħ fl-1997. Bl-eċċezzjoni ta’ l-2000 għal liema l-qligħ kien sodisfaċenti grazzi għall-kombinazzjoni ta’ livell għoli ta’ prezz u spejjeż kemm xejn baxxi ta’ unit, madankollu l-livell tal-qligħ miksub mill-industrija tal-Komunità qatt ma qabeż is-6 %. Ritorn fuq investimenti kien stabbli u posittiv matul il-perjodu ta’ l-analiżi.

Qligħ | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | PI |

B’indiċi | 100 | 94 | 85 | 198 | 131 |

(g) Ċaqliq ta’ flus kontanti

(52) L-industrija tal-Komunità tat prova li tiġġenera l-flus kontanti matul il-perjodu, f’ċaqliq simili lejn waħda ta’ qligħ.

(h) Abilita li jinħoloq kapital

(53) L-ebda problema speċifika biex jinħoloq kapital jew jinkiseb self ma ġiet esperjenzata mill-industrija tal-Komunità matul il-perjodu ta’ analiżi.

(i) Impjieg u salarji

(54) Impjieg fl-industrija tal-Komunità naqas b’ 9 % fil-perjodu ta’ analiżi għal inqas minn 350 persuna waqt li spejjeż totali ta’ xogħol żdiedu b’ 11 % (żieda ta’ madwar 20 % kull impjegat).

(j) Investiment

(55) Matul il-perjodu ta’ analiżi, l-industrija tal-Komunità għamlet investiment sostenut biex tiżdied il-produttivita tagħha u jiġi razzjonalizzat il-proċess ta’ produzzjoni tagħha. Is-somom investiti kull sena kienu stabbli mhux ħażin.

(k) Produttivita

(56) Il-produttivita ta’ l-industrija tal-Komunità bażata fuq tunnellati mettriċi prodotti kull persuna mpjegata għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ KAM żdiedet b’7 % fil-perjodu ta’ analiżi.

(l) Kobor ta’ fqigħ tas-suq u rkupru minn fqigħ tas-suq ta’ qabel

(57) Rigward l-impatt fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità tal-kobor tal-marġini attwali ta’ fqigħ tas-suq li jinstab matul il-PI, għandu jiġi notat li l-marġini li nstabet għaċ-Ċina hija sinifikanti. Minħabba fl-eżistenza ta’ miżuri kontra l-fqigħ tas-suq madankollu, l-industrija tal-Komunità tista’ tirkupra minn fqigħ tas-suq ta’ qabel.

4. Attivita ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(58) L-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità ta’ KAM żdiedu ftit matul il-perjodu ta’ analiżi, u jirrappreżentaw ftit aktar minn terz tal-produzzjoni totali.

5. Volumi ta’ importazzjoni u prezzijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra

(59) Il-volumi totali ta’ importazzjoni ta’ KAM minn pajjiżi terzi oħra għajr iċ-Ċina naqqsu matul il-perjodu ta’ analiżi minn xi 7600 tunnellata mettrika fl-1997 sa 5400 tunnellata mettrika fil-PI, li jikkorrespndu għal ishma tas-suq ta’ madwar 20 % u 15 % rispettivament. L-esportaturi prinċipali lill-Komunità kienu l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Malasja u l-Indonesja. Waqt li importi mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika naqqsu bin-nofs, importi minn dawn il-pajjiżi semmija l-aħħar żdiedu minn xi 1100 tunnellata mettrika fl-1997 sa 1900 tunnellata mettrika fil-PI. Prezzijiet medji ta’ importazzjoni mill-Malasja u l-Indonesja kienu aktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità u fl-istess firxa ta’ prezzijiet ta’ importazzjonijiet li jorġinaw fiċ-Ċina.

6. Bejgħ ta’ produtturi oħra tal-Komunità

(60) Produtturi oħra tal-Komunità ta’ KAM huma prinċipalment proċessuri ta’ KAG mhux suġġett għal miżuri kontra l-fqigħ tas-suq. Fil-perjodu ta’ analiżi, bdew jimportaw aktar KAG miċ-Ċina biex jitħnuħ biex jipproduċu KAM. Għalhekk, setgħu jiksbu sehem tas-suq minn 10 % fl-1997 sa aktar minn 20 % fil-PI. Din il-kompetizzjoni, madankollu, ma pprevjenietx lill-industrija tal-Komunità milli tbigħ il-KAM bi prezz li jippermetti qligħ raġunevoli.

7. Konklużjoni

(61) Il-miżuri ippermettew lill-industrija tal-Komunità li tirritorna għal qligħ u taffew il-pressjoni tal-prezz eżerċitata mill-importi li jifqgħu s-suq li joriġinaw fiċ-Ċina. Madankollu, l-industrija tal-Komunità kompliet tuża s-sehem tas-suq speċjalment minħabba li produtturi oħra tal-Komunità bdew ibigħu KAM magħmul minn KAĠ li jorġina fiċ-Ċina. Għalhekk, waqt li s-sitwazzjoni finanzjarja hija sodisfaċenti, il-posizzjoni tas-suq tagħha tibqa’ fraġli.

G. POSSIBILTA LI TERĠA’ SSEĦĦ IL-ĦSARA

(62) Huwa mfakkar li fir-reċitazzjoni 39 ġie konkluż li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal żieda sinifikanti ta’ importi li jifqgħu s-suq miċ-Ċina fil-Komunità.

(63) Tabilħaqq, jekk il-miżuri jaqgħu, huwa possibbli li volumi konsiderevoli jitwasslu bil-baħar lis-suq tal-Komunità bi prezzijiet baxxi ħafna li sinifikament jaqtgħu (undercut) il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Id-differenzal tal-prezz korrenti ta’ 15 % bejn il-prodott importat u l-prodott ta’ l-industrija tal-Komunità (ara reċitazzjoni 45) jista’ jiżdied għal 30 % (l-ammont ta’ dazju f’relazzjoni ma’ prezzijiet korrenti ta’ importazzjoni), jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għandu jiġu notat li l-prezz ta’ esportazzjoni Ċiniż korrenti lill-Komunità (fuq bażi ta’ p.a.t.) huwa f’linja ma’ prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniżi lil pajiżi terzi oħra.

(64) Huwa stmat li għall-inqas 10000 tunnellata mettrika ta’ KAM li joriġina fiċ-Ċina jista’ jiġi esportat lill-Komunità malli d-dazju jkun waqa’. Dan ikun jirrappreżenta aktar minn kwart tas-suq tal-Komunità. Bħal f’dan it-tip ta’ industrija hemm spejjeż għolja fissi u spejjeż ta’ reignition għoljin ħafna fil-każ li titwaqqaf il-produzzjoni, il-wasla ta’ din il-kwantita ta’ importi li jifqgħu s-suq immedjatament tikkawża it-tnaqqis qawwi fil-prezz fis-suq minħabba li l-industrija tal-Komunità l-ewwel tipprova li żżomm is-sehem tas-suq tagħha aħjar milli tnaqqas il-produzzjoni tagħha. Dan jiekol kompletament il-qligħ ta’ l-industrija tal-Komunità u l-industrija tirritorna għal telfiet simili għal dawk esperjenzati fl-1993. Fl-iskond medju l-industrija tal-Komunità tista’ tiġi sfurzata ‘l barra mis-suq minħabba li ma hemmx spazju aktar għal żdidiet sinifikanti f’produttivita li jippermettu li topera bi spejjeż kull unit aktar baxxi.

(65) Dan ta’ fuq għandu jidher fil-kuntest li ġej. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità bla dubju tjiebet (għalkemm din l-industrija għadha fraġli). Per eżempju, l-industrija tal-Komunità rekordjat telfiet ta’ 10,8 % fil-PI oriġinali li nbidlu fi qligħ ta’ xi 6 %. L-impatt possibbli ta’ importi miżjuda magħmula bi prezzijiet ta’ fqigħ tas-suq dikjarati fil-paragrafu preċedenti huwa konfermat ukoll meta wieħed iħares lejn it-tibdilijiet prinċipali li seħħu fis-suq bejn il-PI oriġinali u l-PI korrenti.

- Matul il-PI korrenti, is-sehem tas-suq ta’ importi miċ-Ċina kien sinifikament aktar baxxi milli matul il-PI oriġinali.

- Id-differenzal tal-prezz bejn il-prezzijiet tal-Komunità u prezzijiet ta’ l-importi Ċiniżi tnaqqas sinifikament minħabba fl-eżistenza tad-dazju.

- Matul il-PI korrenti kien hemm importi bi prezzijiet baxxi mill-Indonesja u l-Malasja imma l-kwantitajiet xorta baqgħu konsiderevolment taħt il-livelli li nstabu għaċ-Ċina fil-PI oriġinali. Ġie mfakkar ukoll li importi mill-Malasja kienu diġa preżenti fis-suq tal-Komunità matul il-PI oriġinali.

- Is-sehem tas-suq ta’ produtturi fil-Komunità, li mhumiex parti mill-industrija tal-Komunità, żdied.

Fuq din il-bażi, huwa konkluż li l-bidla prinċipali li wasslet għal titjib fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, kienet ir-restawr ta’ operat ta’ l-istess livell vis-à-vis importi ta’ KAM miċ-Ċina. Għalhekk, is-sitwazzjoni posittiva ta’ l-industrija tal-Komunità tiddeterjora malajr jekk produtturi esportaturi Ċiniżi jerġgħu jkollhom il-possibilta li jifqgħu s-suq tal-Komunità bi kwantitajiet sinifikament miżjuda.

(66) Fuq il-bażi ta’ dan msemmi fuq, huwa konkluż li, jekk il-miżuri jiġu permessi li jiskadu, hemm il-possibilta li terġa’ sseħħ il-ħsara.

H. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Rimarka preliminari

(67) Bi qbil ma’ l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk jiġu mtawwla l-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq eżistenti ikunx kontra l-interess tal-Komunità kollha. L-istabbilizzazzjoni ta’ interess tal-Komunità ġiet ibbażata fuq stima ta’ l-interessi varji kollha nvoluti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija tal-Komunità, produtturi oħra tal-Komunità, l-importaturi/negozjanti kif ukoll l-utenti u supplenti tal-prodott in konsiderazzjoni.

(68) Għandu jiġi mfakkar li, fl-investigazzjoni ta’ qabel, l-adozzjoni ta’ miżuri tqieset li mhijiex kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, l-investigazzjoni presenti hija reviżjoni, għalhekk tanalizza sitwazzjoni li fiha miżuri kontra l-fqigħ tas-suq ikunu seħħew diġa, li jkun jippermetti l-istima ta’ xi impatt negattiv mhux mistħoqq tal-miżuri korrenti kontra l-fqigħ tas-suq fuq il-partijiet konċernati.

(69) Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-benefiċċju tal-miżuri għall-industrija tal-Komunità u dwar il-possibilita li jerġa’ jseħħ fqigħ tas-suq ta’ ħsara jekk il-miżuri jiskadu, raġunijiet obbligatorjin eżistew li jistgħu jwasslu għal konklużjoni li mhijiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu miżuri f’dan il-każ partikolari.

2. Interess ta’ l-industrija tal-Komunità

(70) L-industrija tal-Komunità tat prova li hija industrija strutturali vijabbli, kapaċi li tadatta għall-kondizzjonijiet li qed jinbidlu fis-suq. Dan ġie konfermat b’mod partikolari bl-iżvilupp posittiv tas-sitwazzjoni tagħha fil-waqt meta kompetizzjoni effettiva ġiet restawrata wara l-imposizzjoni ta’ miżuri kontra l-fqigħ tas-suq fuq importi li joriġinaw fiċ-Ċina u bl-investiment ta’ l-industrija fl-aħħar żviluppi fil-kapaċita ta’ produzzjoni. Madankollu, jista’ jiġi konkluż li, mingħajr il-kontinwazzjoni ta’ miżuri kontra l-fqigħ tas-suq, hemm possibilta kbira li s-sitwazzjoni tagħha tiddeterjora serjament.

3. Interessi ta’ produtturi oħra

(71) Waqt li jitqiesu l-kwantitajiet possibbbli u l-prezzijiet ta’ KAM Ċiniż li x’aktarx jiġu esportati lill-Komunità jekk miżuri jitħallew jaqgħu, produtturi oħra ta’ KAM, inklużi minn karbonju attivat granulari li joriġina fiċ-Ċina, se jaraw ukoll is-sehem tas-suq tagħhom u s-sitwazzjoni ekonomika tiddeterjora.

4. Interessi ta’ importaturi/negozjanti mhux relatati

(72) Il-Kummissjoni bagħtet kwesjonarji lil 26 importaturi/negozjanti mhux relatati. Ma rċeviet l-ebda risposta.

(73) F’dawn iċ-ċirkostanzi ġie konkluż li l-kontinwazzjoni ta’ miżuri ma kienitx se taffettwa l-importaturi/negozjanti mhux relatati.

5. Interessi ta’ utenti

(74) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 42 utent. Irċeviet żewġ risposti mhux kompleti li minnhom kien ċar li KAM kellu impatt żgħir ħafna fuq spejjeż (inqas minn 0,1 %).

6. Interessi ta’ supplenti

(75) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 11-il supplent ta’ materji primi lil produtturi tal-KAM li minnhom irċeviet żewġ risposti biss. Ir-risposti kienu posittivi li jżommu l-miżuri fis-seħħ minħabba li dan ikun ifisser bejgħ garantit kontinwu fil-Komunità.

7. Konklużjoni

(76) Meta jiqies dan imsemmi fuq, huwa konkluż li ma hemm l-ebda raġuni obbligatorja, fuq il-bażi ta’ interess tal-Komunità, kontra li jittawwlu l-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq.

I. MIŻURI KONTRA L-FQIGĦ TAS-SUQ

(77) Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom hemm il-ħsieb li jiġi rakkomandat li jinżammu miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu li fih ikunu jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Ma rċevew l-ebda kumment.

(78) B’hekk huwa ċar minn dan imsemmi fuq li, kif provvdut mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri kontra l-fqigħ tas-suq applikabbli għal importi ta’ KAM li joriġinaw fiċ-Ċina, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1006/96, għandhom jinżammu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv kontra l-fqigħ tas-suq huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta’ karbonju attivat mitħun li jidħlu taħt il-kodiċi tan-NK 38021000 (kodiċI TARIC 38021000*20), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2. L-ammont tad-dazju definittiv kontra l-fqigħ tas-suq għandu jkun 323 EUR kull tunnellata mettrika (użin nett).

Artikolu 2

Minbarra jekk speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta’ Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Piqué I Camps

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1.Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, tal-11.10.2000, p. 2).

[2] ĠU L 134, tal-5.6.1996, p. 20.

[3] ĠU C 349, tas-6.12.2000, p. 5.

[4] Avviż ta’ ftuħ:ĠU C 163, tas-6.6.2001, p. 7.

[5] L-Artikolu 5(7) u l-Artikolu 9 (3)

--------------------------------------------------

Top