EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0886

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ importazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi, u li jemenda dak ir-Regolament

ĠU L 139, 29.5.2002, p. 30–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/886/oj

32002R0886



Official Journal L 139 , 29/05/2002 P. 0030 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2002

tas-27 ta’ Mejju 2002

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ importazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti tat-tariffi, u li jemenda dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Ftehim Bilaterali milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999 u approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [3] (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ma’ l-Isvizzera"), jikkonċerna b’mod partikolari l-ftuħ ta’ kwoti u t-tnaqqis fid-dazji tad-dwana fuq ċerti prodotti tal-ħalib li joriġinaw mill-Isvizzera. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 [4] għandu għalhekk jiġi emendat.

(2) Il-Ftehim ma’ l-Isvizzera jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiddisponi għall-amministrazzjoni ta’ tariffi ta’ kwoti fuq il-bażi ta’ perjodi ta’ sitt xhur li jibdew fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. Fl-interessi tal-koordinazzjoni u b’konformità mal-kwantitajiet ta’ kull sena previsti fil-Ftehim ma’ l-Isvizzera, il-kwoti previsti f’dak il-Ftehim għandhom jiġu amministrati fuq il-bażi ta’ l-istess intervalli.

(3) Skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, sabiex tinkiseb kwalifika għal tnaqqis mid-dazji tad-dwana fuq ċerti ġobnijiet mill-Isvizzera, għandu jiġi mħares valur minimu ħieles fil-fruntiera u hemm previst penalità fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Billi l-Ftehim ma’ l-Isvizzera ma jiddisponix aktar għal konformità mal-valur minimu ħieles fil-fruntiera, dak l-Artikolu għandu jitħassar.

(4) Sabiex importaturi li jkollhom il-ħsieb li jieħdu sehem fl-allokazzjonijiet ta’ kwoti miftuħa skond il-Ftehim ma’ l-Isvizzera jkunu jistgħu jikkonformaw ma’ l-arranġamenti ta’ approvazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ talbiet għal approvazzjoni għandu jiġi mtawwal.

(5) Il-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Renju Haxemita tal-Ġordan, mill-parti ’l oħra, iffirmat fi Brussel fl-24 ta’ Novembru 1997 u approvat bid-Deċiżjoni 2002/357/KE, CECA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [5] (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim mal-Ġordan") jikkonċerna b’mod partikolari il-konċessjoni fuq tariffi għal ċerti tipi ta’ ġobon li joriġinaw mill-Ġordan. Din il-kwota għandha tiġi amministrata skond ir-regoli stabbiliti fit-Titolu 2, Kapitolu I, tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 billi jiddaħħlu d-disposizzjonijiet meħtieġa.

(6) L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiddisponi għall-iffissar tal-kwantitajiet massimi li għalihom importaturi jistgħu jagħmlu applikazzjonijiet għal liċenza. Skond l-Artikolu 16(2), meta l-kwantità allokata fl-ewwel perjodu tkun anqas mill-kwantità disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantità li għandha tiżdied ma’ dik disponibbli għat-tieni perjodu tas-sena tal-kwota. Għandu jkun iċċarat li f’dak il-każ il-kwantitajiet imsemmijin fl-Artikolu 13 għandhom jiġu hekk aġġustati.

(7) L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiddisponi li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-listi tagħhom ta’ importaturi approvati. Sabiex kull applikant ikun jista’ jiġi identifikat iktar faċilment, it-tagħrif li għandu jintbagħat għal kull importatur għandu jiġi speċifikat.

(8) Fi spirtu ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi kanditati u biex jiġi faċilitat l-aħjar użu tal-kwoti u l-konċessjonijiet fuq tariffi mogħtija lil dawk il-pajjiżi, għandu jkun possibbli wkoll, fuq it-talba tal-pajjiż konċernat li jintbagħtu l-listi ta’ l-importaturi approvati, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ tagħrif personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ dak it-tagħrif [6].

(9) L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jobbliga lill-applikanti għall-liċenzi li jispeċifikaw il-prodotti li għandhom jiġu mportati, waqt li jindikaw fuq l-applikazzjoni għall-liċenza u l-liċenza l-kontenut eżatt ta’ xaħam u l-kontenut ta’ materja niexfa. It-tariffi ta’ kwoti amministrati skond it-Titolu 2, Kapitolu I, huma ta’ spiss is-suġġett ta’ applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni li jeċċedu bil-ħafna l-kwoti disponibbli u li għalhekk jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti ta’ allokazzjoni minima u l-allokazzjoni lill-applikanti individwali ta’ kwantitajiet li jirrappreżentaw biss frazzjon ta’ dawk li dwarhom tkun saret l-applikazzjoni. Għal dik ir-raġuni, meta jintefgħu l-applikazzjonijiet, dawn l-importaturi ma jkunux jistgħu jikkonkludu kuntratti u konsegwentement il-komposizzjoni eżatta tal-prodotti li jkollhom il-ħsieb li jimportaw taħt il-kodiċijiet murija fl-applikazzjoni għall-liċenza ma tkunx disponibbli għalihom. Darba li l-komposizzjoni eżatta tal-prodott hija disponibbli għall-importaturi meta ssir id-dikjarazzjoni ta’ l-importazzjoni, id-disposizzjonijiet konċernati għandhom għalhekk jiġu mibdula bi ħtieġa li l-importatur juri l-kontenut tal-prodotti fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-importazzjoni waqt li jkunu jitlestew il-formalitajiet tad-dwana.

(10) Sabiex tiġi monitorjata x-xejra tal-kontenuti ta’ wħud minn dawn il-prodotti, għandha wkoll issir disposizzjoni biex dan it-tagħrif jintbagħat lill-Kummissjoni. Madankollu, biex ma jitgħabbix aktar piż fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu mitluba li jibagħtu biss it-tagħrif dwar il-kontenuti li jeċċedu l-valuri rappreżentattivi ta’ referenza. Għal dak il-għan, dawn il-valuri għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-kontenuti definiti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ tariffi u statistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali [7], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2002 [8], u l-kontenuti definiti fis-Settur 9 ta’ l-Anness I mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 tas-17 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi n-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għal rifużjonijiet fuq esportazzjoni [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 749/2002 [10].

(11) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa b’dan emdendat kif ġej:

1. Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-Artikolu 5:

"(f) il-kwoti previsti fl-Anness 2 u l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 3 tal-Ftehim dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera fil-21 ta’ Ġunju 1999 [11];

(g) il-kwota prevista fl-Anness mal-Protokoll 1 tal-Ftehim mal-Ġordan [**] ĠU L 129, tal-15.5.2002, p. 3."

2. It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness I, Taqsimiet B, D u F, għal kull sena ta’ importazzjoni għandhom jinqasmu f’żewġ partijiet indaqs għall-perjodi ta’ sitt xhur li jibdew fl-1 ta’ Lulju u fl-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena."

3. L-Artikolu 10 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 10

1. Qabel l-20 ta’ Ġunju ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-listi tagħhom ta’ importaturi approvati, skond il-paragrafu 3 ta’ hawn taħt, lill-Kummissjoni, li għandha tibgħathom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Dawk l-importaturi biss li jkunu nklużi f’lista għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw għal liċenzi matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju ta’ wara, skond l-Artikoli 11 sa 14.

2. Il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tal-pajjiżi li jkunu qed japplikaw għas-sħubija li għalihom tkun infetħet kwota ta’ importazzjoni, tibgħat lista ta’ importaturi approvati bil-kondizzjoni li għal dan tikseb il-kunsens ta’ l-importaturi li jidhru fil-lista. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiksbu l-kunsens ta’ l-importaturi.

3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-listi tagħhom ta’ importaturi approvati skond il-mudell li jinsab fl-Anness XIV, li juru fit-Taqsima A ta’ dak l-Anness l-importaturi approvati li jkunu taw il-kunsens tagħhom skond il-paragrafu 2, u fit-Taqsima B ta’ dak l-Anness l-importaturi approvati l-oħra."

4. L-Artikolu 13(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. Applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom ikunu jirrelataw għal mhux anqas minn 10 tunnellati metriċi u għal mhux aktar minn 10 % tal-kwantità iffissata għall-kwota għall-perjodu ta’ sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 6.

Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmijin fl-Artikolu 5(c), (d), (e) u (g), applikazzjonijiet għal liċenzi għandhom jirrelataw għal ta’ l-anqas 10 tunnellati metriċi u għal mhux aktar mill-kwantità stabbilita għal kull perjodu skond l-Artikolu 6.

3. Il-kwantità li għaliha jistgħu isiru applikazzjonijiet għal liċenzi msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiżdied bil-kwantità li toħroġ mill-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2)."

5. L-Artikolu 18(1)(b) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(b) fil-kaxxa 15, id-deskrizzjoni tal-prodott mogħtija fl-Anness I jew, fin-nuqqas ta’ dak, id-deskrizzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-kodiċi NM indikata għall-kwota konċernata;".

6. L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punti li ġejjin (f) u (g) huma miżjuda mal-paragrafu 1:

"(f) Il-Protokoll 3 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 [*] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 189.;

(g) Il-Protokoll 3 mal-Ftehim mal-Ġordan.";

(b) għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Meta jkunu qed jitlestew il-formalitajiet tad-dwana, l-importaturi għandhom l-obbligu li jindikaw, għal importazzjonijiet ta’ ġobon kif imsemmijin fl-Anness XIII u koperti bil-kwoti msemmijin fl-Artikolu 5, fil-kaxxa 31 tad-dikjarazzjoni ta’ l-importazzjoni, il-kontenut tal-materja niexfa skond il-piż (%), il-kontenut ta’ xaħam skond il-piż (%) fil-materja niexfa u, fejn approprjat, il-kontenut tax-xaħam skond il-piż (%). Meta l-kontenuti murija jeċċedu dawk mogħtija fl-Anness XIII, l-awtoritajiet kompetenti għandhom javżaw b’dan lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr billi jibagħtulha kopja tad-dikjarazzjoni ta’ l-importazzjoni u kopja tal-liċenza rilevanti ta’ l-importazzjoni."

7. L-Artikolu 20(1)(d) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(d) il-Ftehim dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera, l-Anness 2, u l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 3."

8. L-Artikolu 23 huwa mħassar.

9. L-Anness I li jinsab ma’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness I, Taqsimiet F u G.

10. L-Anness II, Taqsima D, huwa mibdul bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

11. L-Anness III ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness XIV.

12. L-Anness IV ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness XIII.

L-Artikolu 2

Minkejja l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, talbiet għal approvazzjoni dwar kwoti li ser jinfetħu fl-1 ta’ Lulju 2002 jistgħu jintbagħtu sa l-10 ta’ Ġunju 2002.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Madankollu, l-Artikolu 1, punti 1, 2, 6(a) u 7 sa 10 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2002 esklużi d-disposizzjonijiet dwar il-Ftehim mal-Ġordan. Il-punti 4, 5, 6(b) u 12 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-27 ta’ Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

[3] ĠU L 114, tat-30.4.2002, p. 1.

[4] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29.

[5] ĠU L 129, tal-15.5.2002, p. 1.

[6] ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1.

[7] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[8] ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 8.

[9] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

[10] ĠU L 115, ta’ l-1.5.2002, p. 20.

[11] ĠU L 114, tat-30.4.2002, p. 132.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"I. F

TARRIFFI TA’ KWOTI SKOND L-ANNESSI II U III TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

Numru tal-kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju tad-dwana | Kwantità (tunnellata metrika) |

KWOTA FISSA |

2002 mill-1 ta' Lulju 2002 sat-30 ta' Ġunju 2003 | 2003 et seq. mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju |

09.4155 | ex040130 | Krema, b'kontenut ta' xaħam skond il-piż li jeċċedi s-6 % | eżenzjoni | 2167 (2000 + 167) | 2000 |

ex040310 | Yoghurt, mhux b'togħma, li ma jkunx fih miżjud frott jew kawkaw |

| | | | KWOTA PROGRESSIVA |

2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Mejju | mill- 1.6.2007 |

09.4156 | ex0406 | Ġobnijiet barra minn dawk imsemmijin fl-Anness II. D | eżenzjoni | 3354 (3000 + 354) | 4250 | 5500 | 6750 | 7646 (8000 – 354) | bla limitu |

I. G

TARIFFA TAL-KWOTA SKOND L-ANNESS TAL-PROTOKOLL I MAL-FTEHIM TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ĠORDAN

Numru tal-kwota | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju tad-dwana | Kwantità (tunnellati metriċi) |

2002 mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru | 2003 et seq. kull sena mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |

kull sena | kull sit xhur |

09.4159 | ex04069033 | Ġobon mill-ħalib tan-nagħaġ | eżenzjoni | 100 | 100 | 50 |

ex04069050" |

--------------------------------------------------

ANNESS II

"II. D

DAZJU MNAQQAS SKOND L-ANNESS III TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Dazju tad-dwana (EUR/100 kg piż nett) mill-1 ta' Ġunju |

2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 et seq. |

04022911ex04049083 | Ħalib speċjali, għat-trabi, f'kontenituri ermetikament issiġillati ta' kontenut nett li ma jeċċedix l-500 g, b'kontenut ta' xaħam skond il-piż li jeċċedi l-10 % | 43,80 | 43,80 | 43,80 | 43,80 | 43,80 | 43,80 |

ex040620 | Ġobon maħkuk jew f'forma ta' trab b'kontenut ta' ilma li ma jeċċedix l-400 g/kg ta' ġobon | eżenzjoni |

040630 | Ġobon ipproċessat | eżenzjoni |

ex04069013 | Emmentaler ta' kontenut ta' xaħam skond il-piż ta' 45 % jew aktar f'materja niexfa u mmaturat għal tliet xhur jew aktar | 6,58 | 5,26 | 3,95 | 2,63 | 1,32 | 0 |

ex04069015 | Gruyère, Sbrinz, ta' kontenut ta' xaħam skond il-piż ta' 45 % jew aktar f'materja niexfa u mmaturat għal tliet xhur jew aktar | 6,58 | 5,26 | 3,95 | 2,63 | 1,32 | 0 |

ex04069017 | Bergkäse, Appenzell, ta' kontenut ta' xaħam skond il-piż ta' 45 % jew aktar f'materja niexfa u mmaturat għal tliet xhur jew aktar | 6,58 | 5,26 | 3,95 | 2,63 | 1,32 | 0 |

ex04069018 | Fromage fribourgeois, Vacherin Mont d'Or, Tête de Moine, ta' kontenut ta' xaħam skond il-piż ta' 45 % jew aktar f'materja niexfa u mmaturat: ta' l-anqas għal xahrejn fil-kaæ ta' fromage fribourgeois,ta' l-anqas għal 18-il jum fil-kaæ ta' Vacherin Mont d'Or,ta' l-anqas għal tliet xhur fil-kaæ ta' Tête de Moine | eżenzjoni |

04069019 | Ġobon tal-ħaxixa Glaris (magħruf bħala Schabziger) magħmul minn ħalib bla xkuma u mħallat ma' ħxejjex imfarrka rqaq | eżenzjoni |

ex04069087 | Ġobon Grisons | eżenzjoni |

04069025 | Tilsit | eżenzjoni" |

--------------------------------------------------

ANNESS III

"

“ANNEX XIV

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

ANNESS IV

"

ANNESS XIII

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Kontenut ta' materja niexfa skond il-piż (%) | Kontenut ta' xaħam skond il-piż (%) fil-materja niexfa | Kontenut ta' xaħam skond il-piż (%) |

04061020 | Ġobon frisk | 47 | 71 | |

040630 | Ġobon ipproċessat | | 56 | |

04069001 | Ġobon għall-ipproċessar | 63 | 50 | |

04069013 | Emmental | 62 | 47 | |

04069021 | Cheddar | 63 | 50 | |

04069023 | Edam | 55 | 42 | |

04069069 | Ġobnijiet iebsa | 64 | 32 | |

04069078 | Gouda | 57 | 50 | |

04069081 | Cantal, Cheshire, Wensleydale, etc. | 58 | 47 | |

04069086 | Ġobnijiet oħra | 62 | 41 | |

04069087 | Ġobnijiet oħra | 63 | 62 | |

04069099 | Ġobnijiet oħra | | | 42 |

"

--------------------------------------------------

Top