Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0733

    Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU.Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/10/2022; Imħassar b' 32019R0517

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/733/oj

    32002R0733



    Official Journal L 113 , 30/04/2002 P. 0001 - 0005


    Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-22 ta' April 2002

    dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell EU.

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 156 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara l-kkousidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat [3],

    Billi:

    (1) Il-ħolqien tal-Qasam ta' l-Ogħla Livell.eu (TLD) hija nkluża bħala waħda mill-miri biex jiġi aċċelerat il-kummerċ elettroniku fl-inizjattiva e-Europe kif konfermata mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f'Lisbona fit-23 u fl-24 ta' Marzu 2000.

    (2) Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni ta' l-Internet tirreferi għall-ħolqien ta'.eu TLD u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2000 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni ta' l-Internet [4] jinkarigaw lill-Kummissjoni li tinkoraġġixxi l-koordinazzjoni tal-politika b'relazzjoni ma' l-amministrazzjoni ta' l-Internet.

    (3) It-TLDs huma parti ntegrali mill-infrastruttura ta' l-Internet. Huma element essenzjali ta' l-interoperabilità globali tal-World Wide Web ("WWW" jew "il-Web"). Il-konnessjoni u l-presenza permessa bl-allokazzjoni ta' l-ismijiet għall-qasam u l-indirizzi relatati jippermettu lill-utenti li jsibu kompjuters u websites fuq il-Web. It-TLDs huma wkoll parti integrali ta' kull indirizz ta' l-Internet tal-posta elettronika.

    (4) Il-.eu TLD għandu jippromwovi l-użu ta', u l-aċċess għal, networks ta' l-Internet u s-suq virtwali bażat fuq l-Internet, skond Artikolu 154(2) tat-Trattat, billi jipprovdi qasam ta' reġistrazzjoni komplementari għall-kodiċi eżistenti tal-pajjiż fl-Oqsma ta' l-Ogħla Livell (cc TLDs) jew ir-reġistrazzjoini globali fl-oqsma ta' l-ogħla livell ġeneriċi, u għandhom b'konsegwenza jżidu l-għażla u l-kompetizzjoni.

    (5) Il-EU TLD għandu jtejjeb l-interoperabilità tan-networks trans-Ewropew, skond Artikoli 154 and 155 tat-Trattat, billi jassigura d-disponibilità ta' servers ta' ismijiet .eu fil-Komunità. Dan jeffettwa t-topoloġija u l-infrastruttura teknika ta' l-Internet fl-Ewropa li tebbenefika minn sett addizzjonali ta' servers ta' ismijiet fil-Komunità.

    (6) Permezz ta'.ue TLD, is-suq ta' l-Internet għandu jikseb viżibilità ogħla fis-suq virtwali ibbażat fuq l-Internet. L-.eu TLD għandu jipprovdi rabta identifikata b'mod ċar mal-Komunità, il-kwadru legali assoċjat, u s-suq Ewropew. Għandu jippermetti li mpriżi, organizzazzjonijiet u persuni naturali ġewwa l-Komunità jirreġistraw f'qasam speċifiku li għandu jagħmel ovvja din ir-rabta. Bħala tali, .eu TLD mhux biss ikun parti prinċipali fil-bini għall-kummerċ elettroniku fl-Ewropa iżda għandu wkoll isostni l-għanijiet ta' Artikolu 14 tat-Trattat.

    (7) L-.ue TLD jista' jaċċelera l-benefiċċji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni fl-Ewropa kollha kemm hi, għandu rwol fl-integrazzjoni ta' l-Istati Membri futuri fl-Unjoni Ewropea, u jgħin fil-ġlieda kontra r-riskju ta' qasma diġitali mal-pajjiżi ġirien. Għandu għalhekk jiġi mistenni li dan ir-Regolament jiġi estiż għaż-Żona Ekonimika Ewropea u jista' jiġi mfittex li jsiru emendi għall-arranġamenti eżistenti bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi Ewropej, bil-ħsieb li jiġu akkommodati l-ħtiġiet ta'.eu TLD sabiex entitajiet f'dawk il-pajjiżi jkunu jistgħu jipparteċipaw fih.

    (8) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni tat-tagħrif personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b'konformità mal-prinċipji li jirrelataw mal-privatezza u l-protezzjoni ta' tagħrif personali.

    (9) L-amministrazzjoni ta' l-Internet ġiet ġeneralment ibbażata fuq il-prinċipji ta' nuqqas ta' ndħil, amministrazzjoni u regolamentazzjoni minnhom stess. Sal-limitu possibbli u mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-Komunità, dawn il-prinċipji għandhom ukoll japplikaw għal .eu ccTLD. L-implimentazzjoni ta'.eu TLD jista' jikkonsidra l-aqwa prattiċi f'dan ir-rigward u jista' jiġi sostnut b'linji gwida volontarji jew kodiċi ta' kondotta fejn xieraq.

    (10) L-istabbiliment ta'.eu TLD għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' l-immaġini ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-networks globali ta' informazzjoni u jagħti valur miżjud lis-sistema ta' l-ismijiet ta' Internet b'żieda mas-ccTLDs nazzjonali.

    (11) L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta'.eu TLD, li jipprovdi għan-nomina ta' Reġistru u li jistabbilixxi l-kwadru ta' politika ġenerali li fih għandu jiffunzjona dan ir-Reġistru. Is-ccTLDs nazzjonali m'humiex koperti b'dan ir-Regolament.

    (12) Ir-Reġistru huwa l-entità nkarigata mill-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġar ta'.eu TLD, inkluża l-manutenzjoni tad-databases korrispondenti u s-servizzi assoċjati pubbliċi ta' mistoqsijiet, l-akkreditazzjoni tar-Reġistraturi, ir-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet tal-qasam li għalihom issir applikazzjoni mir-Reġistraturi akkreditati, l-operazzjoni tas-servers ta' l-ismijiet TLD u d-disseminazzjoni tal-files taż-żona TLD. Servizzi pubbliċi ta' mistoqsijiet assoċjati mat-TLD issir referenza għalihom bħala mistoqsijiet "Min hu". Id-Databases tat-tip "Min hu" għandhom ikunu b'konformità mal-liġi tal-Komunità dwar il-protezzjoni tat-tagħrif u l-privatezza. L-aċċess għal dawn id-databases jipprovdi informazzjoni dwar id-detentur ta' l-isem ta' qasam u huwa għodda essenzjali biex jirrinforza l-konfidenza ta' l-utent.

    (13) Wara l-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' proċedura ta' għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, tinnomina Reġistru. Il-Kummissjoni għandha tidħol f'kuntratt mar-Reġistru magħżul li għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet li japplikaw għar-Reġistru dwar l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar ta'.eu TLD li għandu jkun limitat fiż-żmien u li jista' jiġġedded.

    (14) Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi għan-nom tal-Komunità, talbet għad-delega tal-kodiċi ta' l-UE għall-għan tal-ħolqien ta' Internet ccTLD. Fil-25 ta' Settembru 2000, l-Internet Corporation for Assigned Names and Numbers (ICANN) ħarġet riżoluzzjoni li tipprovdi li l-"kodiċi alpha-2 huma delegabbli bħala ccTLDs fil-każi biss fejn l- Aġenzija ta' Manutenzjoni ISO 3166, fuq il-lista eċċezzjonali tagħha ta' riżerva, ħarġet riżervazzjoni għall-kodiċi li jkopri kull applikazzjoni ta' ISO 3166-1 li teħtieġ rappreżentazzjoni kodifikata fl-isem tal-pajjiż, territorju jew żona involuta". Dawk il-kondizzjonijiet huma konformi mal-kodiċi ta' l-UE li huwa għalhekk "delegabbli" għall-Komunità.

    (15) ICANN hija fil-preżent responsabbli biex tikkoordina d-delega tal-kodiċi li jirrappresentaw l-ccTLD lir-Reġistri. Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2000 tinkoraġġixxi l-implimentazjoni tal-prinċipji li huma applikati għar-Reġistri ccTLD adottati mill-Kumitat Governattiv ta' Konsulenza (GAC). Dan ir-Reġistru għandu jidħol f'kuntratt ma' l-ICANN li jirrispetta l-prinċipji GAC.

    (16) L-adozzjoni ta' politika pubblika li titratta reġistrazzjoni spekulattiva u abbużiva ta' l-ismijiet taqasam għandha tipprovdi li d-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti mill-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u korpi pubbliċi għandhom jibbenefikaw minn perjodu speċifiku ta' żmien ("sunrise period") li matulu r-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet tagħhom ta qasama tkun esklussivament riżervata għal dawk id-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u korpi pubbliċi.

    (17) L-ismijiet ta qasam m'għandhomx jiġu revokati arbitrarjament. Revoka tista', iżda, tinkiseb b'mod partikolari jekk l-isem ta' qasam jkun manifestement kuntrarju għall-ordni pubbliku. Il-politika tar-revoka għandha madanakollu tipprovdi għal mekkaniżmu f'waqtu u effiċjenti.

    (18) Għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kwistjoni ta' bona vacantia biex ikun trattat l-istatus ta' l-ismijiet ta' qasam li r-reġistrazzjoni tagħhom ma tiġix imġedda jew li, per eżempju minħabba liġi suċċessiva, jitħallew mingħajr detentur.

    (19) Ir-reġistru ġdid .eu TLD m'għandux ikollu s-setgħa li joħloq oqsma tat-tieni livell bl-użu ta' kodiċi alpha-2 li jirrappresentaw pajjiżi.

    (20) Fi ħdan il-qafas stabbilit minn dan ir-Regolament, ir-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet ta' .eu TLD u l-prinċipji ta' politika pubblika dwar reġistrazzjoni, l-għażliet varji inkluż il-metodu li "min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel" għandhom jiġu kunsidrati meta tiġi formulata l-politika dwar ir-reġistrazzjoni.

    (21) Meta ssir referenza għall-partijiet interessati, għandha ssir dispożizzjoni għall-konsultazzjoni li tkun tħaddan, b'mod partikolari, l-awtoritajiet pubbliċi, impriżi, organizzazzjonijiet u persuni naturali. Ir-reġistru jista' jistabbilixxi korp konsultattiv biex jorganizza din il-konsultazzjoni.

    (22) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi l-kriterji għall-proċedura ta' l-għażla tar-Reġistru, in-nominazzjoni tar-Reġistru, kif ukoll l-adozzjoni ta' regoli tal-politika pubblika, għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

    (23) Minħabba li l-għan ta' l-implimentazzjoni proposta, jiġifieri l-implimentazzjoni ta'.eu TLD, ma jistgħax suffiċjentement jinkiseb mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għan u kamp ta' l-applikazzjoni

    1. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jimplimenta il-qasam ta' l-ogħla livell tal-kodiċi .eu tal-pajjiż. (ccTLD) ġewwa l-Komunità. Dan ir-Regolament jistipula l-kondizzjonijiet għal din l-implimentazzjoni, inkluża n-nomina ta' Reġistru, u jistabbilixxi l-kwadru ġenerali tal-politika li fiha r-Reġistru għandu jiffunzjona.

    2. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati membri fir-rigward ta' ccTLDs nazzjonali.

    Artikolu 2

    Tifsiriet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

    (a) "Reġistru" tfisser l-entità fdata bl-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar ta' .eu TLD inkluża l-manutenzjoni tad-databases korrispondenti u s-servizzi pubbliċi ta' mistoqsijiet assoċjati, ir-reġistrazzjoni ta' l-ismijiet ta qasam, l-operazzjoni tar-Reġistru ta' l-ismijiet ta' qasam, l-operazzjoni tas-servers ta' l-ismijiet tar-reġistru TLD u d-disseminazzjoni ta' files taż-żona TLD;

    (b) "Reġistratur" tfisser persuna jew entità li, permezz ta' kuntatt mar-Reġistru, tipprovdi servizzi ta' reġistrazzjoni ta' l-ismijiet ta' qasam lir-reġistranti.

    Artikolu 3

    Karatteristiċi tar-Reġistru

    1. Il-Kummissjoni għandha:

    (a) tistabbilixxi, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 6(3), il-kriterji u l-proċedura għan-nomina tar-Reġistru;

    (b) tinnomina, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 6(2), ir-Reġistru wara li tippublika sejħa għall-espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u wara l-proċedura għal dik is-sejħa tkun tlestiet;

    (ċ) tidħol, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 6(2), f'kuntratt li għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet li skond dawn il-Kummissjoni tissorvelja l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar ta' .eu TLD mir-Reġistru. Il-kuntratt bejn il-Kummissjoni u r-reġistru għandu jkun għal żmien limitat u għandu jkun jista' jiġġedded.

    Ir-Reġistru m'għandux ikun jista' jaċċetta reġistrazzjonijiet sakemm il-politika tar-reġistrazzjoni tkun f'postha.

    2. Ir-Reġistru għandu jkun organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt, kostitwit skond il-liġi ta' l-Istat Membru u li jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, l-amministrazzjoni ċentrali u l-post prinċipali tan-neġozju ġewwa l-Komunità.

    3. Wara li jkun kiseb il-kunsens minn qabel mill-Kummissjoni, ir-Reġistru għandu jidħol f'kuntratt kif xieraq li jipprovdi għad-delega tal-kodiċi.eu ccTLD. Għal dan il-għan il-prinċipji relevanti adottati mill-Kumitat Konsultattiv Governattiv għandhom ukoll jiittieħdu f'konsiderazzjoni.

    4. Ir-Reġistru .eu TLD m'għandux jaġixxi hu stess bħala Reġistratur.

    Artikolu 4

    Obbligi tar-Reġistru

    1. Ir-Reġistru għandu josserva r-regoli, il-politika u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-kuntratti msemmija f'Artikolu 3. Ir-Reġistru għandu josserva proċeduri trasparenti u mhux diskriminatorji.

    2. Ir-Reġistru għandu:

    (a) jorganizza, jamminsitra u jimmaniġġja l-.eu TLD fl-interess ġenerali u fuq il-bażi tal-prinċipji tal-kwalità, effiċjenza, fidabilità u aċċessibilità;

    (b) jirreġistra ta' l-ismijiet ta' qasam ta'.eu TLD permezz ta' Reġistratur.eu akkreditat mitlub minn kull:

    (i) impriża li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju ġewwa l-Komunità, jew

    (ii) organizzazzjoni stabbilita fil-Komunità mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali, jew

    (iii) persuna naturali residenti ġewwa l-Komunità;

    (ċ) jimponi tariffi direttament relatati ma’ l-ispejjeż magħmula;

    (d) jimplimenta politika ta' soluzzjonijiet extra-ġudizzjarji ta' konflitti bbażata fuq l-irkupru ta' l-ispejjeż u proċedura biex tirriżolvi malajr disputi bejn detenturi ta' l-ismijiet ta' qasam fir-rigward ta' drittijiet li jirrelataw ma' ismijiet inklużi drittijiet ta' proprjetà intellettwali kif ukoll disputi b'relazzjoni ma' deċiżjonijiet individwali mir-reġistru. Din il-politika għandha tiġi adottata skond Artikolu 5(1) u tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali. Il-politika għandha tipprovdi garanziji adegwati proċedurali għall-partijiet konċernati, u għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull proċedura fil-qrati;

    (e) jadotta proċeduri għal, u jwettaq, akkreditazzjoni ta' Reġistraturi.eu u jassigura kondizzjonijiet effettivi u ġusti ta' kompetizzjoni fost ir-Registraturi .eu;

    (f) jassigura l-integrità tad-databases ta' l-ismijiet ta' qasam.

    Artikolu 5

    Kwadru tal-politika

    1. Wara li tikkonsulta mar-Reġistru u wara li ssegwi l-proċedura msemmija f'Artikolu 6(3), il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ta' politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet ta' .eu TLD u l-prinċipji tal-politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Il-politika pubblika għandha tinkludi:

    (a) politika dwar is-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' konflitti;

    (b) politika pubblika dwar reġistrazzjoni spekulattiva u abużżiva ta' ismijiet ta' qasam inkluża l-possibiltà ta' reġistrazzjonijiet ta' ismijiet ta' qasam f'fażijiet biex jiġu assigurati opportunitajiet temporanji xierqa għad-detenturi ta' drittijiet li kienu jeżistu qabel rikonoxxuti jew stabbiliti bil-liġi nazzjonali u/jew tal-Komunità u biex korpi pubbliċi jirreġistraw isimhom;

    (ċ) politika dwar il-possibiltà tar-revokazzjoni ta' ismijiet ta' qasam, inkluża l-kwistjoni ta' bona vacantia,

    (d) kwistjonijiet dwar il-lingwa u kunċetti ġeografiċi;

    (e) it-trattament ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra.

    2. Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'lista limitata ta' ismijiet rikonoxxuti b'mod wiesa' fir-rigward ta' kunċetti ġeografiċi u/jew ġeopolitiċi li jeffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tagħhom li jistgħu jew:

    (a) li ma jiġux reġistrati, jew

    (b) li jiġu reġistrati biss taħt qasam tat -tieni livell skond ir-regoli tal-politika pubblika.

    Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lir-Reġistru mingħajr dewmien bil-lista ta' l-imijiet notifikati li għalihom japplikaw dawk il-kriterji. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista fl-istess żmien li tinnotifika lir-Reġistru.

    Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni fi żmien 30 jum tal-pubblikazzjoni tqajjem oġġezzjoni għal xi partita nkluża fil-lista notifikata, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri, skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 6(3), biex tirrimedja s-sitwazzjoni.

    3. Qabel ma jinbdew l-operazzjonijiet tar-reġistrazzjoni, ir-Reġistru għandu jadotta l-politika inizjali ta' reġistrazzjoni għall-.eu TLD b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u partijiet oħra nteressati. Ir-Reġistru għandu jimplimenta fil-politika ta' reġistrazzjoni r-regoli tal-politika pubblika adottati skond il-paragrafu 1, waqt li jittieħe kont tal-listi ta' eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

    4. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tinforma lill-Kumitat imsemmi f'Artikolu 6 dwar l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 6

    Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit b'Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni li għandu x'jaqsam man-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) [6]. Sakemm il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet jiġi stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit b'Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/387/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar l-istabbiliment tas-suq intern għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni permezz ta' l-implimentazzjoni tal-provista ta' network miftuħ [7].

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont ta' Artikolu 8 tagħha.

    3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jittieħed kont ta' Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu stipulat f'Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit bħala wieħed ta' tliet xhur.

    4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    Artikolu 7

    Riżervazzjoni ta' drittijiet

    Il-Kummissjoni għandha żżomm id-drittijiet kollha li jirrelataw ma' l-.eu TLD inkluż, b'mod partikolari, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u drittijiet oħra tad-databases tar-Reġistru meħtieġa biex jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u d-dritt li tinnomina mill-ġdid ir-Reġistru.

    Artikolu 8

    Rapport ta' implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni, l-effettività u l-iffunzjonament ta'.eu TLD sena wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u wara dan kull sentejn.

    Artikolu 9

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta' April 2002.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Arias Cañete

    [1] ĠU Ċ 96 E, tas- 27.3.2001, p. 333.

    [2] ĠU Ċ 155, tad- 29.5.2001, p. 10.

    [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Lulju 2001 (ĠU Ċ 65 E, ta' l- 14.3.2002, p. 147), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Novembrur 2001 (ĠU Ċ 45 E, tad- 19.2.2002, p. 53) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Frar 2002 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2002.

    [4] ĠU Ċ 293, ta' l- 14.10.2000, p. 3.

    [5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    [6] ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 33.

    [7] ĠU L 192, ta' l-24.7.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, tad-29.10.1997, p. 23).

    --------------------------------------------------

    Top