EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0017

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Deċiżjoni 2001/765/KE u li tawtorizza lill-Istati Membri li jippermettu li jsir marketing temporanju ta’ materjal riproduttiv għall-foresti li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttivi 66/404/KEE u 71/161/KEE (innotifikata bid-dokument numru C(2001) 4769)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 6, 10.1.2002, p. 63–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/17(1)/oj

32002D0017



Official Journal L 006 , 10/01/2002 P. 0063 - 0064


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Diċembru 2001

li temenda d-Deċiżjoni 2001/765/KE u li tawtorizza lill-Istati Membri li jippermettu li jsir marketing temporanju ta’ materjal riproduttiv għall-foresti li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttivi 66/404/KEE u 71/161/KEE

(innotifikata bid-dokument numru C(2001) 4769)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/17/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/404/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-bejgħ ta’ materjal riproduttiv għall-foresti [1], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikulari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/161/KEE tat-30 ta’ Marzu 1971 dwar il-livelli ta’ kwalità esterni tal-materjal riproduttiv tal-foresti mibjugħ fi ħdan il-Komunità [2], kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Il-produzzjoni tal-materjal riproduttiv ta’ l-ispeċi indikati fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni hija f’dan il mument insuffiċjenti fi Spanja u fi Franza, bir-riżultat li l-ħtiġijiet tagħhom għal materjal riproduttiv ta’ dawk l-ispeċi li jikkonformaw mal-provvedimenti tad-Direttivi 66/404/KEE jew 71/161/KEE ma jistgħux jiġu soddisfatti.

(2) Stati Membri oħra u pajjiżi terzi m’humiex f’pożizzjoni li jipprovdu materjal riproduttiv suffiċjenti ta’ l-ispeċi rilevanti li jagħti l-istess garanziji bħall-materjal riproduttiv tal-Komunità u li jikkonforma mal-provvedimenti tad-Direttiva 66/404/KEE jew 71/161/KEE.

(3) Għal din ir-raġuni, Spanja u Franza talbu lill-Kummissjoni, fis-17 ta’ Settembru u d-29 ta’ Ottubru 2001 rispettivament, konformi ma’ dawk id-Direttivi, biex jawtorizzawhom li jaċċettaw għal bejgħ zerriegħa li tkun tissodisfa kondizzjonijiet anqas stretti minn dawk preskritti f’dawk id-Direttivi.

(4) Sabiex jiġi maħsub għan-nuqqas, l-Istati Membri applikanti għandhom għalhekk jiġu awtorizzati li jippermettu, għal perijodu limitat, il-bejgħ ta’ żerriegħa ta’ l-ispeċi rilevanti li tkun tissodisfa kundizzjonijiet anqas stretti.

(5) Għal skopijiet ġenetiċi, iż-żerriegħa trid tiġi miġbura mill-postijiet fejn joriġinaw l-ispeċi rilevanti u fil-limiti naturali tagħhom u għandhom jingħataw il-garanziji l-aktar stretti possibbli sabiex tiġi assigurata l-identità taż-żerriegħa. Barra dan, iż-żerriegħa għandha tiġi mibjugħa biss jekk tkun akkompanjata b’dokument li jkun fih ċerti dettalji taż-żerriegħa konċernata.

(6) Kull Stat Membru għandu, barra dan, ikun awtorizzat li jippermetti, fit-territorju tiegħu, il-bejgħ ta’ żerriegħa li tkun tossodisfa kondizzjonijiet anqas stretti rigward l-oriġini, jekk il-bejgħ ta’ din iż-żerriegħa ikun ġie awtorizzat fi Spanja jew fi Franza skond din id-Deċiżjoni.

(7) Għal din ir-raġuni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/765/KE [3] għandha tiġi emendata.

(8) Il-miżuri maħsuba f’din id Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal tat-Tkabbir għall-Agrikoltura, Ortikoltura u x-Xjenza li tistudja t-Tħawwil ta’ Siġar fil-Foresta.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2001/765/EC huwa b’dan emendat kif ġej:

1. fil-kolonni bit-titolu "Abies alba, kg, Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Spanja u jiġu mibdula b’ "70" u "EC (E/OEP)";

2. fil-kolonni bit-titolu "Larix leptolepis, kg, Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Spanja u jiġu mibdula b’ "15" u "CN, JP";

3. fil-kolonni bit-titolu "Pinus strobus, kg, Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Spanja u jiġu mibdula b’ "3" u "US";

4. fil-kolonni bit-titolu "Picea sitchensis, kg, Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Spanja u jiġu mibdula b’ "30" u "US";

5. fil-kolonni bit-titolu "Pseudotsuga taxifolia, kg, Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Spanja u jiġu mibdula b’ "280" u "EC (E/OEP), US (California, Oregon, Washington)";

6. fil-kolonni bit-titolu "Larix decidua Mill., Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Franza, "CZ (Sudeten), CZ u SK (oriġini Pollakka)" jiġu mibdula b’ "CZ (Sudeten), SK (Sudeten) u PL (Polonja ċentrali)";

7. fil-kolonni bit-titolu "Quercus pedunculata Ehrh., kg, Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Franza u jiġu mibdula b’ "1500" u "EC (F/OEP)";

8. fil-kolonni bit-titolu "Quercus sessiliflora Sal., kg, Provenance" fl-annotazzjoni li tirrigwarda Franza u jiġu mibdula b’ "5200" u "EC (F/OEP)".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2326/66.

[2] ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 14.

[3] ĠU L 288, ta’ l-1.11.2001, p. 40.

--------------------------------------------------

Top