EUR-Lex Juurdepääs Euroopa Liidu õigusaktidele

Tagasi EUR-Lexi avalehele

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32000L0056

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE ta' l-14 ta' Settembru 2000 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE fuq il-liċenzi tas-sewqanTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 237, 21.9.2000, lk 45—57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 07 Volum 005 P. 88 - 100

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Dokumendi õiguslik staatus Kehtetud, Kehtetuks muutumise kuupäev: 18/01/2013; Impliċitament imħassar minn 32006L0126

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/56/oj

32000L0056



Official Journal L 237 , 21/09/2000 P. 0045 - 0057


Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 2000/56/KE

ta' l-14 ta' Settembru 2000

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE fuq il-liċenzi tas-sewqan

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 fuq il-liċenzi tas-sewqan [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/26/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 7(a)(2) tagħha,

Billi:

(1) Il-lista tal-kodiċi Kommunitarji armonizzati kif deskritta fl-Anness I u Ia tad-Direttiva 91/439/KEE jeħtieġ tiġi adattata.

(2) Il-lista tal-kodiċi Kommunitarji armonizzati teħtieġ aktar speċifikazzjoni invista tal-progress xjentifiku u tekniku fuq il-post tax-xogħol u l-esperjenza prattika addizjonali miksuba bl-aġġustamenti rilevanti.

(3) Il-bżonnijiet minimi għat-testijiet tas-sewqan kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/439/KEE għandhom jiġu reveduti fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam.

(4) Ir-revizjoni ta' l-Anness II huwa neċessarju biex iżid jarmonizza t-testijiet tas-sewqan fil-Komunitàu jaġġorna l-ħtiġiet fl-ittestjar mal-bżonnijiet tat-traffiku ta' kuljum. Kriterji għat-testijiet fejn għandu x'jaqsam it-test prattiku għandhom jiġu introdotti biex iżidu aktar fl-armonija.

(5) Ir-revizjoni ta' l-Anness II għandha l-għan dirett biex tittejjeb is-sigurtà fit-toroq. Għalhekk, il-ħtiġiet minimi tat-test teoriku u t-test prattiku għandhom jogħlew.

(6) Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-liċenzi tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 91/439/KEE qiegħda tiġi emendata kif ġej:

1. L-Anness I u l-Anness Ia qed jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

2. L-Anness II qed jinbidel bit-test fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux anqas tard mit-30 ta' Settembru 2003. Dawn għandhom mill-aktar fis jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta L-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tnax il-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Settembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi President

[1] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 150, tas-7.6.1997, p. 41.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Fl-Anness I, il-punt (2), rigward il-paġna 4 tal-liċenza, u fl-Anness Ia, il-punt (2), rigward il-paġna 2 tal-liċenza, il-punt (a)(12), l-ewwel inċiż għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"— il-kodiċi minn 01 sa 99: il-kodiċi Komunitarji armonizzati

IS-SEWWIEQ (Ir-raġunijiet mediċi)

01. Il-korrezzjoni u/jew il-protezzjoni tal-vista

01.01 In-nuċċali

01.02 Il-lenti/ijiet tal-kuntatt0}

01.03 Il-ħġieġprotettiv

01.04 Il-lenti opaka

01.05 L-għata ta' l-għajnejn

01.06 In-nuċċali jew il-lentijiet tal-kuntatt

02. L-għajnuna tas-smigħ/ tal-kommunikazzjoni

02.01 L-għajnuna tas-smigħgħal widna waħda

02.02 L-għajnuna tas-smigħgħall-widnejn

03. Il-prosteżi/ortożi tar-riġlejn u d-dirgħajn

03.01 Il-prosteżi/ortożi tad-dirgħajn

03.02 Il-prosteżi/ortożi tar-riġlejn

05. L-użu limitat (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju, is-sewqan suġġett għal restrizzjonijiet għal raġunijiet mediċi)

05.01 Limitat għal vjaġġi ta' matul il-ġurnata (per eżempju: siegħa wara s-sebħu siegħa qabel inżul ix-xemx)

05.02 Limitat għal vjaġġi b'radius ta'… km mill-post tar-residenza tad-detentur jew biss ġewwa l-belt/ir-reġjun…

05.03 Is-sewqan mingħajr passiġġieri

05.04 Limitat għal vjaġġi b'veloċità ta' mhux aktar minn… km/s

05.05 Is-sewqan awtorizzat biss meta akkompanjat minn detentur ta' liċenza tas-sewqan

05.06 Mingħajr karru

05.07 Sewqan mhux permess fuq l-awtostradi

05.08 Ebda alkoħol

IL-MODIFIKI FIL-VETTURA

10. It-trasmissjoni mmodifikata

10.01 It-trasmissjoni manwali

10.02 It-trasmissjoni awtomatika

10.03 It-trasmissjoni operata mekkanikament

10.04 Il-lieva ta' l-ingranaġġ aġġustata

10.05 Mingħajr ingranaġġ sekondarju

15. Il-klaċċ immodifikat

15.01 Il-pedala tal-klaċċa ġġustata

15.02 Il-klaċċ manwali

15.03 Il-klaċċ awtomatiku

15.04 Il-pedala tal-klaċċ kompartimentalizzata/ tintewa/tinqala'

20. Is-sistemi tal-brejkijiet immodifikati

20.01 Il-pedala tal-brejk aġġustata

20.02 Il-pedala tal-brejk imkabbra

20.03 Il-pedala tal-brejk adattata biex tintuża bis-sieq ix-xellugija

20.04 Il-pedala tal-brejk permezz tal-pett

20.05 Il-pedala tal-brejk inklinata

20.06 Il-brejk normali operat bl-idejn (adattat)

20.07 L-użu massimu tal-brejk normali msaħħaħ

20.08 L-użu massimu tal-brejk ta' l-emerġenza integrat fil-brejk normali

20.09 Il-brejk ta' l-ipparkjar aġġustat

20.10 Il-brejk ta' l-ipparkjar operat b'elettriku

20.11 Il-brejk ta' l-ipparkjar operat bis-sieq (aġġustat)

20.12 Kompartiment quddiem il-pedala tal-brejk li tintewa/tinqala'

20.13 Il-brejk operat bl-irkoppa

20.14 Il-brejk normali operat b'elettriku

25. Is-sistema ta' l-aċċelerazzjoni mmodifikata

25.01 Il-pedala ta' l-aċċeleratur aġġustata

25.02 Il-pedala tal-aċċeleratur operata bil-pett

25.03 Il-pedala tal-aċċeleratur inklinata

25.04 L-aċċeleratur manwali

25.05 L-aċċeleratur ma' l-irkoppa

25.06 L-aċċeleratur bis-servo (elettriku, pnewmatiku, eċċ.)

25.07 Il-pedala ta' l-aċċeleratur fuq ix-xellug tal-pedala tal-brejk

25.08 Il-pedala ta' l-aċċeleratur fuq il-xellug

25.09 Kompartiment quddiem il-pedala ta' l-aċċeleratur li tingħalaq/tinqala'

30. Is-sistemi tal-brejk u l-aċċeleratur immodifikati u kkombinati

30.01 Il-pedali paralleli

30.02 Il-pedali fl-istess livell (jew kwazi)

30.03 L-aċċeleratur u l-brejk jisslajdja

30.04 L-aċċeleratur u l-brejk jisslajdja u bl-orteżi

30.05 L-aċċeleratur u l-pedali tal-brejk jingħalqu/jinqalgħu

30.06 L-art merfugħa

30.07 Kompartiment fuq in-naħa tal-pedala tal-brejk

30.08 Kompartiment għall-prosteżi fuq in-naħa tal-pedala tal-brejk

30.09 Kompartiment quddiem il-pedali ta' l-aċċeleratur u tal-brejk

30.10 Sapport għall-għarqub/għar-riġel

30.11 L-aċċeleratur u l-brejk jaħdmu bl-elettriku

35. Il-pożizzjoni tal-kontrolli mmodifikata

(Is-swiċċijiet tad-dawl, tal-windscreen wiper/washer, tal-ħorn, ta' l-indikaturi tad-direzzjoni, eċċ.)

35.01 L-apparat tal-kontroll operabbli mingħajr influwenza negattiva fuq l-iggwidar u l-operat

35.02 L-apparat tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh it-tmun tas-seweqan u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta, eċċ.)

35.03 L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh it-tmun tas-sewqan u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta bl-id ix-xelluġija

35.04 L-apparati ta' kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idu t-tmun tas-sewqan-steering u aċċesorji (knob, fork, eċċ.) bl-id il-leminija

35.05 L-apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma wieħed jerħi minn idejh it-tmun tas-sewqan u l-aċċessorji (il-pum, il-furketta eċċ) u l-aċċeleratur u l-mekkaniżmi ikkombinati tal-brejkijiet

40. L-iggwidar bit-tmun immodifikat

40.01 L-iggwidar normali bit-tmun assistit

40.02 L-iggwidar bit-tmun assistit rinforzat

40.03 L-iggwidar bit-tmun b'sistema ta' backup

40.04 Il-kolonna tat-tmun imtawla

40.05 Ir-rota tat-tmun aġġustata (Ir-rota tat-tmun b'qabda akbar u/jew eħxen ir-rota tat-tmun b'dijametru mnaqqas, eċċ.)

40.06 Ir-rota tat-tmun inklinata

40.07 Ir-rota tat-tmun vertikali

40.08 Ir-rota tat-tmun orizzontali

40.09 Is-sewqan operat bis-saqajn

40.10 It-tmun aġġustat alternattivament (bil-manku, eċċ.)

40.11 Il-pum fuq ir-rota tat-tmun

40.12 L-orteżi ta' l-id fuq ir-rota tat-tmun

40.13 L-orteżi tenodese

42. Il-mera/mirja li juru wara mmodifikati

42.01 Il-mera esterna li turi wara (fuq ix-xellug jew) fuq il-lemin

42.02 Il-mera esterna li turi wara qiegħda fuq il-ġenb

42.03 Mera addizzjonali ġewwinija li tippermetti li wieħed jara t-traffiku ta' wara

42.04 Il-mera panoramika ġewwinija li turi wara

42.05 Il-mera li turi l-oġġetti moħbija fuq wara

42.06 Il-mera/mirja barranija li juru wara u li jaħdmu bl-elettriku

43. Il-maqgħad tas-sewwieq immodifikat

43.01 Il-maqgħad tas-sewwieq f'għoli biżżejjed u b'distanza normali mir-rota tat-tmun u mill-pedala

43.02 Il-maqgħad tas-sewwieq aġġustat skond is-sura tal-ġisem

43.03 Il-maqgħad tas-sewwieq bis-sapport laterali għall-istabbiltà meta wieħed ikun bilqiegħda

43.04 Il-maqgħad tas-sewwieq bl-armrest

43.05 Il-maqgħad tas-sewwieq jisslajdja u mtawwal

43.06 Iċ-ċinturin tas-sigurtà aġġustat

43.07 Iċ-ċinturin ta' sigurtà tat-tip ta' arnes

44. Il-modifiki tal-muturi (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju)

44.01 Il-brejk operat singolu

44.02 Il-brejk operat bl-id (aġġustat) (fuq ir-rota ta' quddiem)

44.03 Il-brejk operat bis-sieq (aġġustat) (fuq ir-rota ta' wara)

44.04 Il-manku ta' l-aċċeleratur (aġġustat)

44.05 It-trasmissjoni manwali u l-klaċċmanwali (aġġustati)

44.06 Il-mera /mirja li turi/juru wara (aġġustati)

44.07 Il-mezzi tal-kontroll (l-indikaturi tad-direzzjoni, id-dwal tal-brejkijiet)(aġġustati)

44.08 L-għoli tal-maqgħad li jippermetti lis-sewwieq, meta jkun bilqiegħda, li jkollu saqajh it-tnejn imissu ma' l-art fl-istess ħin

45. Il-mutur b'karozza tal-ġenb biss

50. Ristrett għal numru speċifiku ta' vettura/chassis (in-numru ta' l-identifikazzjoni tal-vettura, VIN)

51. Ristrett għal pjanċa speċifika ta' reġistrazzjoni/vettura (in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura, VRN)

KWISTJONIJIET AMMINISTRATIVI

70. Il-bdil tal-liċenza Nru… maħruġa minn… (id-distintiv ta' l-EU/UN fil-każ ta' pajjiż terz; e.g: 70.0123456789.NL)

71. Id-dupliċi tal-liċenza Nru… (id-distintiv ta' l-EU/UN fil-każ ta' pajjiż terz; e.ż: 71.987654321.HR)

72. Ristrett għall-vetturi tal-kategorija A li jkollhom kapaċità ċilindrika massima ta' 125 cc u qawwa massima ta' 11 KW (A1)

73. Ristrett għall-vetturi tal-kategorija B ta' tip ta' triċikli jew kwadriċikli bil-mutur (B1)

74. Ristrett għall-vetturi tal-kategorija C li l-massa massima awtorizzata tagħhom ma tkunx aktar minn 7500 kg (C1)

75. Ristrett għall-vetturi tal-kategorija D li ma jkollhomx aktar minn 16-il post, minbarra l-post tas-sewwieq (D1)

76. Ristrett għall-vetturi tal-kategorija C li l-massa massima awtorizzata tagħhom ma tkunx aktar minn 7500 kg (C1), li jkunu mehmuża ma' karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta' aktar minn 750 kg, basta l-massa massima awtorizzata tas-sensiela ta' vetturi hekk iffurmata ma tkunx aktar minn 12000 kg, u li l-massa massima awtorizzata tal-karru ma tkunx aktar mill-massa mhux mgħobbija tal-vettura li tirmonka (C1+E)

77. Ristrett għall-vetturi tal-kategorija D li ma jkollhomx aktar minn 16-il post għall-passiġġieri, minbarra l-post tas-sewwieq (D1), mehmuża ma' karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun aktar minn 750 kg basta (a) il-massa massima awtorizzata tas-sensiela tal-vetturi hekk iffurmata ma tkunx aktar minn 12000 kg u l-massa massima awtorizzata tal-karru ma tkunx aktar mill-massa mhux mgħobbija tal-vettura li tirmonka u (b) il-karru ma jintużax biex iġorr il-passiġġieri (D1+E)

78. Ristrett għall-vetturi bi trasmissjoni awtomatika

(Id-Direttiva 91/439/KEE, l-Anness II, 8.1.1., §2)

79. (…) Ristrett għall-vetturi li jikkonformaw ma' l-ispeċifiċi indikati fil-parentesi, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva

90.01: lejn ix-xellug

90.02: lejn il-lemin

90.03: xellug

90.04: lemin

90.05: id

90.06: sieq

90.07: użabbli"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS II

I. IL-ĦTIĠIET MINIMI GĦAT-TESTIJIET TAS-SEWQAN

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-applikanti għal-liċenzi tas-sewqan ikollhom it-tagħrif u l-kompetenzi u juru l-imġieba meħtieġa biex isuqu vettura bil-mutur. It-testijiet introdotti għal dan l-effett iridu jikkonsistu:

- f'test teoretiku, u mbagħad

- f'test tal-kompetenzi u l-imġieba.

Il-kondizzjonijiet li taħthom dawn it-testijiet għandhom isiru huma mniżżlin hawn taħt.

A. IT-TEST TEORETIKU

1. Il-forma:

Il-forma magħżula għandha tkun tali li tassigura li l-applikant ikollu t-tagħrif meħtieġ dwar is-suġġetti elenkati fil-punti minn 2 sa 4.

Kull applikant għal-liċenza f'kategorija waħda li jkun għadda mit-test tat-teorija għal-liċenza f'kategorija differenti jista' jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet komuni tal-punti minn 2 sa 4.

2. Il-kontenut tat-test tat-teorija rigward il-kategoriji kollha tal-vetturi

2.1. Jistgħu jsiru domandi fuq kull punt imniżżel hawn taħt, filwaqt li l-kuntest u l-forma tad-domandi għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru:

2.1.1. Ir-regolamenti tat-traffiku fit-toroq:

- partikolarment rigward is-senjaletika tat-toroq, il-marki u s-sinjali, id-dritta u l-limiti tal-veloċità;

2.1.2. Is-sewwieq:

- l-importanza ta' l-attenzjoni u r-rispett versu dawk kollha li jużaw it-toroq,

- il-perċezzjoni, il-ġudizzju u t-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment waqt reazzjoni, kif ukoll it-tibdil ta' l-imġieba fis-sewqan minħabba l-influwenza tal-alkoħol, tad-drogi u tal-prodotti mediċinali, l-istat mentali u l-għajja;

2.1.3. It-triq:

- l-aktar prinċipji importanti li rigward l-osservanza tad-distanza prudenti bejn il-vetturi, id-distanzi għall-ibbrejkjar u roadholding taħt diversi kondizzjonijiet tat-temp u tat-toroq,

- il-fatturi tar-riskju fis-sewqan relatati ma' diversi kondizzjonijiet tat-toroq, partikolarment kif jinbidlu skond it-temp u l-ħin tal-ġurnata jew tal-lejl,

- il-karatteristiċi ta' diversi tipi ta' toroq u l-ħtiġiet statutorji relatati magħhom;

2.1.4. L-oħrajn kollha li jużaw it-toroq:

- il-fatturi speċifiċi ta' riskju relatati man-nuqqas ta' l-esperjenza ta' l-utenti l-oħra tat-toroq u l-kategoriji l-aktar vulnerabbli ta' l-utenti bħat-tfal, dawk li jkunu mixjin, iċ-ċiklisti u nies b'mobilità mnaqqsa,

- ir-riskji involuti fil-moviment u fis-sewqan ta' diversi tipi ta' vetturi u d-diversi angoli li s-sewwieq tagħhom ikun jista' jara.;

2.1.5. Ir-regoli ġenerali u r-regolamenti kif ukoll kwistjonijiet oħrajn:

- ir-regoli rigward id-dokumenti amministrattivi meħtieġa għall-użu tal-vetturi,

- ir-regoli ġenerali li jispeċifikaw kif sewwieq għandu jaġixxi fil-każ ta' aċċident (jattiva apparati ta' twissija u jqanqal l-allarm) u l-miżuri li jista' jieħu biex jgħin lill-vittmi ta' aċċident tat-traffiku fejn ikun meħtieġ,

- il-fatturi ta' sigurtà relatati mal-vettura, il-piżu l-persuni li jinġarru;

2.1.6. Il-prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura;

2.1.7. L-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-triq; l-applikanti għandhom ikunu kapaċi jagħrfu d-difetti l-aktar komuni, partikolarment fit-tmun, fis-suspension u s-sistemi ta' l-ibbrejkjar, fit-tyres, fid-dwal u fl-indikaturi tad-direzzjoni, fir-rifletturi, fil-mirja li juru wara, fil-windscreen u l-wipers, fis-sistema ta' l-exhaust, fiċ-ċinturin tas-sigurtà u fl-allarm permezz tal-ħoss;

2.1.8. It-tagħmir tas-sigurtà tal-vettura u partikolarment, l-użu taċ-ċinturin tas-sigurtà, il-kuxxinett tar-ras u t-tagħmir tas-sigurtà għat-tfal;

2.1.9. Ir-regoli rigward l-użu tal-vettura f'relazzjoni ma' l-ambjent (l-użu xieraq ta' apparati tat-twissija permezz tas-smigħ, il-konsum moderat ta' karburant, il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' tniġġis eċċ.).

3. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-kategoriji A u A1

3.1. Il-kontroll obbligatorju tat-tagħrif ġenerali fuq:

3.1.1. L-użu ta' xedd protettiv bħalma huma l-ingwanti, il-buts, il-ħwejjeġ u l-elmu ta' sigurtà;

3.1.2. Il-viżibiltàtal-motoċiklisti għal oħrajn li jużaw it-toroq;

3.1.3. Il-fatturi tar-riskju relatati ma' diversi kondizzjonijiet tat-toroq kif stabiliti hawn fuq b'attenzjoni speċjali għall-partijiet li jkunu jiżolqu bħalma huma l-għotjien tad-drenaġġ, is-sinjali tat-toroq bħalma huma l-linji u l-vleġeġ, il-linji tat-tram;

3.1.4. L-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq kif stabiliti hawn fuq b'attenzjoni speċjali għas-swiċċtal-waqfien ta' l-emerġenza, il-livelli taż-żejt u l-katina.

4. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-kategoriji C, C+E, C1, C1 +E, D, D+E, D1 u D1 +E

4.1. Il-verifika obbligatorja tat-tagħrif ġenerali fuq:

4.1.1. Ir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 [1]; l-użu tat-tagħmir ta' l-irrekordjar kif definit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 [2];

4.1.2. Ir-Regoli rigward it-tip ta' trasport ikkonċernat: l-oġġetti jew il-passiġġieri;

4.1.3. Id-dokumenti tal-vettura u tat-trasport meħtieġa għat-trasport nazzjonali u internazzjonali ta' l-oġġetti u l-passiġġieri;

4.1.4. X'wieħed għandu jagħmel fil-każ ta' aċċident; it-tagħrif dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu wara aċċident jew avveniment simil, inkluża l-azzjoni ta' l-emerġenza bħalma hi l-evakwazzjoni tal-passeġġieri u t-tagħrif bażiku dwar l-ewwel għajnuna;

4.1.5. Il-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu matul it-tneħħija u l-bdil tar-roti;

4.1.6. Ir-regoli dwar il-piż u d-dimensjonijiet tal-vettura; ir-regoli fuq il-limitaturi tal-veloċità;

4.1.7. L-ostruzzjoni ta' l-angolu tal-vista mill-karatteristiċi tal-vetturi tagħhom;

4.1.8. Il-qari tal-mappa tat-toroq, l-ippjanar tar-rotot, inkluż l-użu ta' sistemi elettroniċi tannavigazzjoni (mhux obbligatorju);

4.1.9. Il-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: il-kontroll tat-tagħbija (l-istivar u l-irbit), id-diffikultajiet rigward id-diversi tipi ta' tagħbijiet (e.ż. il-likwidi, it-tagħbijiet sospiżi), it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija u l-użu ta' l-apparat tat-tagħbija (il-kategoriji C, C+E, C1, C1+E biss);

4.1.10. Ir-responsabbiltà tas-sewwieq rigward il-ġarr tal-passiġġieri; il-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri; il-ġarr tat-tfal; il-verifiki meħtieġa qabel qabel is-sewqan; kull tip ta' karozza tal-linja għandu jkun rappreżentat fit-test tat-teorija (il-karrozzi tal-linji u l-pulmen pubbliċi u, l-karrozzi tal-linji b'dimensjonijiet speċjali,…) (il-kategoriji D, D+E, D1, D1+E biss).

4.2. It-test obbligatorju tat-tagħrif ġenerali tad-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin rigward il-kategoriji C, C+E, D u D+E:

4.2.1. Il-prinċipji tal-kostruzzjoni u l-funzjonament ta': il-magni b'kombustjoni interna, il-fluwidi (e.ż. iż-zejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid), is-sistema tal-karburant, is-sistema elettrika, is-sistema ta' l-ignition, is-sistema tat-trasmissjoni (il-klaċċ, l-ingranaġġ, etc.);

4.2.2. Il-lubrikazzjoni u l-protezzjoni kontra l-iffriżar;

4.2.3. Il-prinċipji tal-kostruzzjoni, it-twaħħil, l-użu korrett u l-kura tat-tyres;

4.2.4. Il-prinċipji dwar it-tipi, l-operat, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutennzjoni jum b'jum tal-partijiet tal-brejkijiet u tat-trażżin tal-veloċità, u l-użu tal-brejkijiet anti-lock;

4.2.5. Il-prinċipji dwar it-tipi, l-operat, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutenzjoni jum b'jum tas-sistemi tal-coupling (il-kategoriji C+E, D+E biss);

4.2.6. Il-metodi kif wieħed isib l-kawzi tal-ħsarat li jikkaġunaw il-waqfien;

4.2.7. Il-manuntenzjoni preventiva tal-vetturi u t-tiswijiet neċessarji għall-funzjonament;

4.2.8. Ir-responsabiltà tas-sewwieq rigward l-aċċettazzjoni, it-trasport u t-twassil tal-merkanzija skond il-kondizzjonijiet miftiehma (il-kategoriji, C+E biss).

B. IT-TEST DWAR L-ABBILTÀ U l-KOMPORTAMENT

5. Il-vettura u t-tagħmir tagħha

5.1. Is-sewqan ta' vettura bi trasmissjoni manwali għandu jkun suġġett għal test dwar il-kompetenzi u l-imġieba li jsir fuq vettura bi trasmissjoni manwali.

Jekk applikant joqgħod għat-test tal-kompetenzi u ta' l-imġieba fuq vettura bi trasmissjoni awtomatika dan għandu jiġi rrekordjat fuq kull liċenza fuq il-bażi ta' test ta' din ix-xorta. Il-liċenzi b'din l-indikazzjoni għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta' vetturi bi trasmissjoni awtomatika.

"Vettura bi trasmissjoni awtomatika" tfisser vettura li fiha l-proporzjon ta' l-ingranaġġ bejn il-magna u r-roti jista' jiġi varjat bl-użu biss ta' l-aċċeleratur jew tal-brejkijiet.

5.2. Il-vetturi użati fi testijiet tal-kompetenzi u l-imġieba għandhom jikkonformaw mal-kriterji minimi mogħtija hawn taħt. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal kriterji aktar iebsa jew jzidu oħrajn.

Il-kategorija A:

- L-aċċess progressiv (l-ewwel klawsola ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(1)(b)): mutur mingħajr karozza tal-ġenb b'kapaċita kubiku ta' l-fuq minn 120 cm3, kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 100 km/s;

- L-aċċess dirett (it-tieni klawsola ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(1)(b)): mutur mingħajr karrozza tal-ġenb b'mutur ta' qawwa ta' mill-anqas 35 kW;

Is-sotto-kategorija A1:

Mutur mingħajr il-karozza tal-ġenb b'kapaċità kubika ta' mill-anqas 75 cm3;

Il-kategorija B:

Kategorija ta' vettura b'erba' roti kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 100 km/s;

Il-kategorija B+E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategotija B b'karru li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta' mill-anqas 1000 kilogramm, kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 100 km/s, li ma jaqax taħt il-kategorija B; il-kompartiment tal-merkanzija tal-karru għandu jikkonsisti fi struttura li tkun kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' l-istess wisa' u għoli daqs il-vettura tal-mutur; l-istruttura li tkun il-kaxxa magħluqa tista' wkoll tkun ftit anqas wiesgħa mill-vettura tal-mutur basta l-vista għal fuq wara tkun viżibbli biss permezz ta' l-użu ta' mirja esterni li juru wara l-vettura bil-mutur; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'minimu ta' 800 kilogramm ta' massa totali reali;

Is-sotto-kategorija B1:

Triċiklu jew kwadriċiklu motorizzat ta' veloċità ta' mill-anqas 60 km/h;

Il-kategorija C:

Vettura tal-kategorija C b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 12000 kilogramm, ta' tul mill-anqas ta' tmien metri, ta' wisa ta' mill-anqas 2,40 metri u kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/s; li fiha jkollha l-brejkijiet anti-lock, mgħammra b'ingranaġġ li jkollu mill-anqas tmiem proporzjonijiet għal quddiem u apparat għall-irrekordjar kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tal-merkanzija għandu jkun jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' l-istess għoli u wisa' tal-karru; il-vettura għandha tkun ippreżentata b' massa minima totali reali ta' 10000 kilogramm;

Il-kategorija C+E:

jew vettura artikolata jew kombinazzjoni ta' vettura tat-test tal-kategorija C b'karru magħha ta' mill-anqas 7,5 metri tul; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandu jkollhom massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 20000 kilogramm, tul ta' mill-anqas 14-il metru u wisa' ta' mill-anqas 2,40 metri, għandhom ikunu kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/s, ikun fihom brejkijiet anti-lock, mgħammra b'ingranaġġ li jkollu tmien proporzjonijiet għal quddiem u apparat għall-irrekordjar kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tal-merkanzija għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' wisa' u għoli daqs it-trakk; kemm il-vettura artikolata kif ukol il-kombinazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b'massa minima totali reali ta'15000 kilogramm;

Is-sotto-kategorija C1:

Vettura tas-sotto-kategorija C1 b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 4 000 kilogramm, b'tul ta' mill-anqas ħames metri u kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/h; li jkollha fiha brejkijiet antil-lock u li tkun mgħammra bl-apparat ta' l-irrekordjar kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85; il-kompartiment tal-merkanzija għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas ta' wisa' u għoli daqs it-trakk;

Is-sotto-kategorija C1+E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-sotto-kategorija C1 b'karru b'massa awtorizzata massima ta' mill-anqas 1250 kilogramm; din il-kombinazzjoni għandha tkun mill-anqas tmiem metri fit-tul u kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/s; il-kompartiment tal-merkanzija tal-karru għandu jkun jikkonsisti f'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas tal-wisa' u l-għoli tat-trakk; l-istruttura tal-kaxxa magħluqa tista' wkoll tkun ftit iżgħar fil-wisa' mit-trakk ipprovdut basta l-vista lura tkun possibli bl-użu tal-mirja esterni li juru wara fuq il-vettura motorizzata; il-karru għandu jkun ippreżentat b'massa minima totali reali ta' 800 kilogramm;

Il-kategorija D:

Vettura tal-kategorija D b'tul ta' mill-anqas 10 metri, b'wisa' ta' mill-anqas 2,40 metri u kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/s; mgħammra bi brejkijiet anti-lock u armata b'apparat ta' l-irrekordjar kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

Il-kategorija D+E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija D u karru b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1 250 il-kilogramm, ta' wisa' ta' mill-anqas 2,40 metri u kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/s; il-kompartiment tal-merkanzija tal-karru għandu jkun jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas żewġ metri wiesgħa u żewġ metri twila; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kilogramm;

Is-sottokategorija D1:

Vettura tas-sotto-kategorija D1 b'massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 4000 kilogramm, b'tul ta' mill-anqas ħames metri u kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/s; mgħammra bi brejkijiet anti-lock u armata b'apparat ta' l-irrekordjar kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

Is-sotto-kategorija D1+E:

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-sottokategorija D1 b'karru ta' massa massima awtorizzata ta' mill-anqas 1250 kilogramm u kapaċi għal veloċità ta' mill-anqas 80 km/s; il-kompartiment tal-merkanzija tal-karru għandu jikkonsisti fi struttura b'kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas żewġmetri wiesgħa u żewġ metri għolja; il-karru għandu jiġi ppreżentat b'massa totali reali minima ta' 800 kilogramm;

Il-vetturi tat-testijiet għall-kategoriji B+E, C, C+E, C1, C1 +E, D, D+E, D1 u D1 +E li ma jkunux konformi mal-kriterji minimi ta' hawn fuq imma li kienu jintużaw fiż-żmien jew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva tal-Kummissjoni, jistgħu xorta jintużaw għal perjodu ta' mhux aktar minn għaxar snin wara dik id-data. Il-ħtiġiet relatati mat-tagħbija li għandha tinġarr minn dawn il-vetturi, jistgħu jiġu implimentati minn Stati Membri sa għaxar snin minn mindu tidħol fis-seħħdin id-Direttiva.

6. Il-kompetenzi u l-imġieba li għandhom jiġu ttestjati rigward il-kategoriji A u A1

6.1. Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi li jsuqu bla periklu

6.1.1. Jaġġustaw l-ilbies protettiv, bħalma huma l-ingwanti, il-buts, il-ħwejjeġu l-elmu ta' sigurtà;

6.1.2. Jittestjaw fuq fuq il-kondizzjoni tat-tyres, il-brejkijiet, it-tmun, is-swiċċgħall-waqfien ta' l-emerġenza (jekk ikun applikabbli), il-katina, il-livelli taż-żejt, id-dwal, ir-rifletturi, l-indikaturi tad-direzzjoni u l-apparat tat-twissija permezz tal-ħoss.

6.2. Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

6.2.1. Itellgħu u jniżżlu l-mutur fuq l-istand tiegħu u jmexxuh, mingħajr l-għajnuna tal-magna, billi jimxu maġenb il-vettura;

6.2.2. Jipparkjaw il-mutur fuq l-istand tiegħu;

6.2.3. Ta' l-anqas żewġmanuvri li għandhom isiru b'veloċità baxxa, li jinkludi s-slalom; din għandha tkun tali li tippermetti li l-kompetenza tiġi ttestjata dwar kif wieħed jimmnauvra l-klaċċ flimkien mal-brejk, il-bilanċ, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur u l-pożizzjoni tas-saqajn fuq il-foot-rests;

6.2.4. Ta' l-anqas żewġ manuvri għandhom isiru f'veloċità qawwija, li minnhom waħda bit-tieni jew bit-tielet ingranaġġ, mill-anqas bit-30 km/s u manuvra biex tevita ostaklu b'veloċità minima ta' 50 km/s; din għandha tippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza tal-pożizzjoni fuq il-mutur, id-direzzjoni tal-vista, il-bilanċ, it-teknika fl-iggwidar u teknika fit-tibdil ta' l-ingranaġġi;

6.2.5. L-ibbrejkjar: ta' l-anqas għandhom isiru żewġ eżerċizzji ta' l-ibbrejkjar, inkluż l-ibbrejkjar ta' l-emerġenza ta' 50 km/s; dan irid jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza fl-operat tal-brejkijiet ta' quddiem u ta' wara, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur.

Il-manuvri speċjali msemmija taħt il-punti minn 6.2.3 sa 6.2.5 għandhom jiġu implimentati mill-anqas ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

6.3. L-imġieba fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

6.3.1. Il-ħruġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; il-ħruġminn awtostrada;

6.3.2. Is-sewqan f'toroq dritti; is-sorpass ta' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spażji kkonfinati;

6.3.3. Is-sewqan madwar liwjiet;

6.3.4. Salib-it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions;

6.3.5. Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; it-tibdil tal-korsija;

6.3.6. L-avviċinament/il-ħruġfuq awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm): ir-resqien lejn il-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; it-tluq mill-korsija tad-deċelerazzjoni;

6.3.7. Is-sorpass/il-passaġġ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibli); is-sewqan maġenb ostakli, e.ż. karozzi pparkjati; meta tiġi maqbuż minn traffiku ieħor (jekk ikun xieraq);

6.3.8. IL-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): roundabouts; railway level crossings; waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; pedestrian crossings; is-sewqan 'il fuq/'l isfel fuq sidrin;

6.3.9. It-teħid ta' prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettua.

7. Il-kompetenzi u l-imġieba li għandhom jiġu ttestjati rigward il-kateġoriji B, B1 u B+E

7.1. Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li jkollhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

L-applikanti għandhom juru li jkunu kapaċi li jkunu ppreparati biex isuqu bla periklu billi jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:

7.1.1. L-aġġustament tal-maqgħad kif ikun meħtieġbiex tinkiseb pożizzjoni bilqiegħda korretta;

7.1.2. L-aġġustament tal-mirja li juru wara, iċ-ċinturin tas-sigurtà u l-kuxxinetti tar-ras jekk ikun hemm;

7.1.3. L-iċċekkjar li l-bibien ikunu magħluqa;

7.1.4. L-iċċekkjar fuq fuq tal-kondizzjoni tat-tyres, it-tmun, il-brejkijiet, il-fluwidi (e.g. iż-żejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid), id-dwal, ir-rifletturi, l-indikaturi tad-direzzjoni u l-apparat tat-twissija permezz tal-ħoss;

7.1.5. L-iċċekkjar tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien tal-merkanzija, l-illokkjar tal-kabina, il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategorija B+E biss);

7.1.6. L-iċċekkjar tal-mekkaniżmu tal-coupling u l-brejk u l-konnessjonijiet elettriċi (il-kategorija B+E biss);

7.2. Il-kategoriji B u B1: il-manuvri speċjail li għandhom jiġu ttestjati għax għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

Għażla tal-manuvri li ġejjin għandhom jiġu ttestjati (mill-anqas żewġ manuvri dwar erba' punti, inkluż wieħed dwar l-ingranaġġ ta' lura):

7.2.1. It-treġġigħ lura f'direzzjoni dritta jew it-treġġigħ lura lejn il-lemin jew lejn ix-xellug madwar kantuniera waqt li tinżamm il-korsija korretta tat-traffiku;

7.2.2. Id-dawran tal-vettura biex tħares lejn id-direzzjoni opposta, bl-użu ta' l-ingranaġġta' quddiem u ta' wara;

7.2.3. Parking tal-vettura u jħallu spazju ta' parking (parallel, oblique jew angolu rett, 'il quddiem jew lura, fuq post ċatt, 'il fuq jew 'l isfel);

7.2.4. L-użu preċiż tal-brejkijiet biex issir waqfa; imma, li ssir waqfa ta' emerġenza mhix obbligatorja.

7.3. Il-kategorija B+E: il-manuvri speċjali għandhom jiġu ttestjati għax għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

7.3.1. L-ingaġġ jew id-disingaġġ, jew id-disingaġġ u l-ingaġġ mill-ġdid ta' karru minn mal-vettura motorizzata tagħha; il-manuvra għandha tinvolvi li l-vettura li tirmonka tiġi pparkjata ħdejn il-karru (i.e. mhux f'sensiela waħda);

7.3.2. It-treġġigħ lura matul liwja, li r-rotta tagħha għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri;

7.3.3. Is-sigurtà fl-ipparkjar waqt it-tagħbija/il-ħatt.

7.4. L-imġieba qalb it-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu l-azzjonijiet li ġejjin kollha f'sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, għalkollox bla periklu waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji:

7.4.1. Is-sewqan 'il barra mill-parkeġġ: wara l-ipparkjar, wara waqfa fit-traffiku; waqt il-ħruġ fuq l-awtostrada;

7.4.2. Is-sewqan fuq toroq dritti; il-passaġġ minn ma' vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spazji kkonfinati;

7.4.3. Is-sewqan madwar il-liwjiet;

7.4.4. Salib it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u l-junctions;

7.4.5. Il-bdil tad-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; il-bdil tal-korsiji;

7.4.6. Id-dħul u l-ħruġ mill-awtostradi jew manuvri simili (jekk ikun hemm): id-dħul mill-korsija ta' l-aċċelerazzjoni; il-ħruġmill-korsija ta' l-aċċelerazzjoni;

7.4.7. Is-sorpass/il-qlugħ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); is-sewqan maġenb l-ostakli, e.ż. karozzi pparkjati; is-sorpass minn traffiku ieħor (jekk xieraq);

7.4.8. Fatturi tat-toroq speċjali (jekk hemm): ir-roundabouts; ir-railway level crossings; il-waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; il-pedestrian crossings; is-sewqan f'niżliet jew telgħat twal;

7.4.9. It-teħid tal-prekawzjonijiet neċessarji kollha waqt l-inżul mill-vettura.

8. Il-kompetenzi u l-imġieba għandha tiġi ttestjata rigward il-kategoriji C, C+E, C1, C1 +E, D, D+E, D1 u D1+E

8.1. IL-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sigurtà fit-triq

L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jkunu lesti li jsuqu bla periklu billi jissodisfaw il-ħtiġiet li ġejjin:

8.1.1. L-aġġustament tas-siġġu kif neċessarju biex tinkiseb il-pożizzjoni korretta tas-siġġu;

8.1.2. L-aġġustament tal-mirja li juru wara, taċ-ċinturin tas-sigurtà u tal-kuxxinetti tar-ras jekk ikun hemm;

8.1.3. Il-kontrolli mhux ippjanati tal-kondizzjoni tat-tyres, it-tmun, il-brejkijiet, id-dwal, ir-rifletturi, l-indikaturi tad-direzzjoni u tal-mezzi tat-twissija permezz tas-smigħ;

8.1.4. Il-kontroll tas-sistemi tal-brejkijiet u s-sistemi ta' l-iggwidar operati bil-qawwa tal-magna, l-iċċekkjar tal-kondizzjoni tar-roti, l-iskorfini tar-roti, il-parafangi, il-windscreen, it-twieqi u wipers, il-fluwidi (e.g. iż-żejt tal-magna, ir-refriġerant, il-washer fluid); l-iċċekkjar u l-użu ta' l-istrumentazzjoni inkluż l-apparat ta' l-irrekordjar kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

8.1.5. L-iċċekkjar tal-pressa ta' l-arja, tat-tankijiet ta' l-arja u tas-suspension;

8.1.6. L-iċċekkjar tal-fatturi tas-sigurtŕ relatati mat-tagħbija tal-vettura: l-istruttura, il-pjanċi, il-bibien mnejn tidħol it-tagħbija, il-mekkaniżmu tat-tagħbija (jekk ikun hemm), l-illokkjar tal-kabina (jekk ikun hemm), il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategoriji C, C+E, C1, C1+E biss);

8.1.7. L-iċċekkjar tal-mekkaniżmu tal-coupling u l-brejkijiet u l-konnessjonijiet elettriċi (il-kategoriji C+E, C1 +E, D+E, D1+E biss);

8.1.8. Li persuna tkun kapaċi biex tieħu l-miżuri speċjali tas-sigurtà rigward il-vettura; tikkontrolla persunitha, il-bibien tas-servizz, il-ħruġ ta' l-emerġenza, l-apparat ta' l-ewwel għajnuna, l-apparat tat-tifi tan-nar u l-apparat l-ieħor ta' sigurtà (il-kategoriji D, D+E, D1, D1+E biss);

8.1.9. Il-qari tal-mappa tat-triq, l-ippjanar tar-rotta, inkluż l-użu tas-sistemi elettroniċi tan-navigazzjoni (mhux obbligatorju).

8.2. Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati għax għandhom effett fuq is-sigurtà fit-toroq

8.2.1. L-ingaġġu disingaġġ, jew id-disingaġġ u l-ingaġġ mill-ġdid ta' karru mill-vettura motorizzata tiegħu; il-manuvra għandha tinvolvi l-vettura li tirmonka li tkun ipparkjata biswit il-karru (i.e. mhux wara xulxin) (il-kategoriji C+E, C1 +E, D+E, D1+E biss);

8.2.2. It-treġġigħ lura madwar kurva, li l-linja tagħħha għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri;

8.2.3. L-ipparkjar bla periklu ma' rampa/pjattaforma tat-tagħbija jew ma' stallazzjoni simili (il-kategoriji C, C+E, C1, C1+E biss);

8.2.4. L-ipparkjar biex il-passiġġieri jitħallew jitilgħu jew jinżlu minn fuq ix-xarabank bla periklu (il-kategoriji D, D+E, D1, D1+E biss).

8.3. L-imġieba fit-traffiku

L-applikanti għandhom jagħmlu dan li ġej f' sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, b'sigurtà kompleta u jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha:

8.3.1. Isuqu 'l barra mill-: parkeġġ, wara waqfa fit-traffiku; meta joħorġu minn triq sekondarja;

8.3.2. Is-sewqan f'toroq dritti; is-sorpass ta' vetturi li ġejjin minn quddiem, inkluż fi spazji kkonfinati;

8.3.3. Is-sewqan madwar il-liwjiet;

8.3.4. Salib it-toroq: l-avviċinament u l-qsim ta' salib it-toroq u junctions;

8.3.5. Il-bdil fid-direzzjoni: id-dawran lejn ix-xellug u l-lemin; il-bdil minn korsija għal oħra;

8.3.6. Id-dħul u l-ħruġminn awtostradi (jekk ikun hemm): id-dħul ma' oħrajn mill-korsija ta' l-aċċellerazzjoni; il-ħruġ minn korsija tad-deċelerazzjoni;

8.3.7. Is-sorpass/il-qligħ: is-sorpass ta' traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); is-sewqan maġenb l-ostakli, e.ż. il-karozzi pparkjati; is-sorpass minn traffiku ieħor (jekk ikun hemm);

8.3.8. Il-fatturi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): ir-roundabouts; il-qsim tal-linji tal-ferrovija; il-waqfiet tat-tramm/tax-xarabank; il-pedestrian crossings; is-sewqan matul inżul u tlajja' twal;

8.3.9. It-teħid tal-prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura.

9. L-għoti tal-marki fit-test tal-kompetenzi u l-imġieba

9.1. Għal kull sitwazzjoni ta' sewqan imsemmija hawn fuq, it-test għandu jirrifletti l-grad ta' faċilità li biha l-applikant juża l-kontrolli tal-vettura u l-ħila ppruvata tiegħu li jsuq fit-traffiku kompletament bla periklu. L-ezaminatur għandu jħossu moħħu mistrieħmatul it-test. L-iżbalji fis-sewqan jew l-imġieba perikoluża li immedjatament jipperikolaw is-sigurtà tal-vettura tat-test, il-passiġġieri ta' ġo fiha jew lil dawk fit-triq għandhom jiġu ppenalizzati billi t-test ifalli, kemm jekk l-eżaminatur, jew il-persuna li tkun takkumpanjahom, ikollu jinterveni u kemm jekk le. Minkejja dan, l-eżaminatur għandu jkun ħieles biex jiddeċiedi jekk it-test dwar il-kompetenzi u l-imġieba għandux jieqaf jew le.

L-eżaminaturi tas-sewqan għandhom ikunu mħarrġa biex jivvalutaw b'mod korrett l-abbiltà ta' l-applikant biex isuq bla periklu. Ix-xogħol ta' ezaminaturi tas-sewqan irid ikun immonitorjat u ssorveljat, minn korp awtorizzat minn Stat Membru, biex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet skond in-normi stabiliti f'dan l-Anness.

9.2. Matul il-valutazzjoni tagħhom, l-ezaminaturi tas-sewqan għandhom jagħmlu attenzjoni speċjali għall-fatt dwar jekk l-applikant ikunx qiegħed juri mġiba difensiva u soċjali fis-sewqan. Din għandha tirrifletti l-istil globali tas-sewqan u l-ezaminatur tas-sewqan għandu jqis dan fl-impressjoni ġenerali dwar l-applikant. Din għandha tinkludi sewqan adattat u determinat (bla periklu), waqt li tqis il-kondizzjonijiet tat-triq u tat-temp, waqt li tqis traffiku ieħor, waqt li tqis l-interessi ta' dawk l-oħrajn li jużaw it-toroq (partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli) u l-antiċipazzjoni.

9.3. L-ezaminatur tas-sewqan għandu, barra minn hekk, iqis jekk l-applikant ikunx:

9.3.1. Jikontrolla l-vettura sewwa; waqt li jitqiesu: l-użu korrett taċ-ċinturin tas-sigurtà, il-mirja li juru wara, il-kuxxinetti tar-ras; il-maqgħad; l-użu korrett tad-dwal u apparat ieħor; l-użu korrett tal-klaċċ, l-ingranaġġi, l-aċċeleratur, is-sistemi ta' l-ibbrejkjar (inkluża t-tielet sistema ta' l-ibbrejkjar, jekk ikun hemm), l-iggwidar; il-kontroll tal-vettura taħt diversi ċirkostanzi, b'diversi veloċitajiet; is-serjetà fit-triq; il-piż u d-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tal-vettura; il-piż u t-tip tat-tagħbija (il-kategoriji B+E, C, C+E, C1, C1+E, D+E, D1+E biss); il-kumdità tal-passiġġieri (il-kategoriji D, D+E, D1, D1+E biss) (ebda aċċelerazzjoni f'salt, sewqan bla skossi u ebda bbrejkjar b'sabta);

9.3.2. Is-sewqan b'mod ekonomiku u tajjeb għall-ambjent, waqt li jittieħed inkonsiderazzjoni d-dawran kull minuta, il-bdil ta' l-ingranaġġi, l-ibbrejkjar u l-aċċelerazzjoni (il-kategoriji B+E, C, C+E, C1, C1+E, D, D+E, D1, D1+E biss);

9.3.3. L-osservazzjoni: l-osservazzjoni ta' kollox; l-użu korrett tal-mirja; il-vista għall-bogħod, għan-nofs, għal distanza ravviċinata;

9.3.4. Il-prijorità: id-dritta il-prijorità f'salib it-toroq, l-intersezzjonijiet u l-junctions; id-dritta f'okkazjonijiet oħra (e.ż. il-bdil tad-direzzjoni, il-bdil tal-korsiji, il-manuvri speċjali);

9.3.5. Il-pożizzjoni korretta fit-triq: il-pożizzjoni kif suppost fit-triq, fit-trejqiet, madwar ir-roundabouts, madwar liwjiet, adattata għat-tip u l-karatteristiċi tal-vettura; it-teħid tal-pożizzjoni bil-quddiem;

9.3.6. Iż-żamma tad-distanza: iż-żamma ta'distanza adegwata fuq quddiem u fuq il-ġenb; iż-żamma ta' distanza minn oħrajn li qed jużaw it-triq;

9.3.7. Il-veloċità: li ma għandhiex tiskorri l-veloċità massima permissibbli; l-adattament tal-veloċità skond il-kondizzjonijiet tat-temp/tat-traffiku u fejn ikun xieraq sal-limiti nazzjonali tal-veloċità; is-sewqan b'veloċità tali li l-waqfien sa distanza tat-triq li tkun visibbli u bla ostakoli jkun possibbli; l-adattament tal-veloċità għall-veloċità ġenerali bħal ta' dawk l-istess li jkunu jużaw it-triq;

9.3.8. Id-dwal tat-traffiku, is-sinjali tat-toroq u indikazzjonijiet oħra: l-aġir korrett rigward id-dwal tat-traffiku,; il-konformità ma' l-istruzzjonijiet mill-kontrolluri tat-traffiku; l-aġir korrett dwar is-sinjali tat-toroq (il-projbizzjonijiet jew l-ordnijiet); it-teħid ta' azzjoni xierqa dwar il-marki tat-toroq;

9.3.9. L-użu tas-sinjali: l-għoti tas-sinjali fejn ikun neċessarju, korrettament u fil-waqt; l-indikazzjoni tad-direzzjonijiet b'mod korrett; it-teħid ta' azzjoni xierqa rigward is-sinjali kollha li jsiru minn dawk l-oħrajn kollha li jużaw it-toroq;

9.3.10. L-ibbrejkjar u l-waqfien: id-deċellerazzjoni fil-waqt, l-ibbrejkjar jew il-waqfien skond iċ-ċirkostanzi; l-antiċipazzjoni; l-użu tad-diversi sistemi ta' l-ibbrejkjar (għall-kategoriji C, C+E, D, D+E); l-użu ta' sistemi ta' riduzzjoni tal-veloċità minbarra l-brejkijiet (għall-kategoriji C, C+E, D, D+E biss).

10. It-tul tat-test

It-tul tat-test u d-distanza misjuqa għandhom ikunu biżżejjed biex jiġu eżaminati l-kompetenzi u l-imġieba kif hemm stabilit fil-paragrafu B ta' dan l-Anness. F'ebda ċirkostanzi l-ħin mgħoddi fis-sewqan fit-toroq ma għandu jkun anqas minn 25 minuta għall-kategoriji A, A1, B, B1 u B+E u 45 minuta għall-kategoriji l-oħra. Dan ma jinkludix ir-riċeviment ta' l-applikant, il-preparazzjoni tal-vettura, il-kontroll tekniku tal-vettura li għandu effett fuq is-sigurtà fit-triq, il-manuvri speċjali u t-tħabbir tar-riżultat tat-test prattiku.

11. Il-post tat-test

Il-parti tat-test biex li teżamina l-manuvri speċjali tista' ssir fuq art speċjali għat-testijiet. Fejn ikun prattikabbli, dik il-parti tat-test fejn tiġi eżaminata l-imġieba fit-traffiku għandha ssir f'toroq 'il barra mill-abitant, expressways u awtostradi (jew toroq simili), kif ukoll fuq kwalunkwe tip ta' toroq urbani (iż-żoni residenzjali, iż-żoni ta' 30 u 50 km/s, expressways urbani) li għandhom jirrappreżentaw id-diversi tipi ta' diffikultajiet li x'aktarx jiltaqa' magħhom is-sewwieq. Hija ħaġa mixtieqa wkoll li t-test isir f'diversi kondizzjonijiet ta' densità tat-traffiku. Il-ħin mgħoddi fis-sewqan fit-toroq għandu jintuża bl-aħjar mod biex l-applikant eżaminat fid-diversi żoni traffikużi li wieħed jista' jiltaqa' magħhom, b'enfasi speċjali biex dawn il-postijiet jinbidlu.

II. IT-TAGĦRIF, IL-KOMPETENZA U L-IMĠIEBA BIEX WIEĦED ISUQ VETTURA MOTORIZZATA

Is-sewwieqa tal-vetturi motorizzati kollha għandhom f'kull ħin ikollhom it-tagħrif, il-kompetenzi u l-imġieba deskritti taħt il-punti minn 1 sa 9 hawn fuq, bil-għan li jkunu kapaċi biex:

- Jagħrfu l-perikoli tat-traffiku u jqisu s-serjetà tagħhom;

- Ikollhom kontroll suffiċjenti tal-vettura tagħhom biex ma joħolqux sitwazzjonijiet perikolużi u biex jirreaġixxu b'mod xieraq jekk sitwazzjonijiet bħal dawn iseħħu;

- Iħarsu r-regolamenti tat-traffiku fit-toroq, u partikolarment dawk maħsuba biex jiprevenu l-aċċidenti fit-toroq u biex it-traffiku jibqa' miexi;

- Jindunaw b'xi difetti tekniċi kbar fil-vettura tagħhom, partikolarment dawk li jistgħu jkunu ta' perikolu għas-siġurtà, u jaraw li dawn jitranġaw kif suppost;

- Jagħtu kas tal-fatturi kollha li jeffettwaw l-imġieba fis-sewqan (e.ż. l-alkoħol, l-għajja, il-vista ħażina, eċċ.) biex jibqgħu jużaw il-fakultajiet kollha meħtieġa għal sewqan bla periklu;

- Jgħinu biex tiġi assigurata s-sigurtà għal dawk kollha li jużaw it-toroq, u partikolarment dawk l-aktar dgħajfa u l-aktar esposti billi juru rispett xieraq lejn l-oħrajn.

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-miżuri xierqa biex jassiguraw li s-sewwieqa li jkunu tilfu t-tagħrif, il-kompetenzi u l-imġieba kif deskritti taħt il-punti minn 1 sa 9 ikunu jistgħu jiksbu dan it-tagħrif u dawn il-kompetenzi mill-ġdid u jkomplu juru dik l-imġieba meħtieġa biex isuqu vettura motorizzata.

"

[1] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1.

[2] ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8.

--------------------------------------------------

Üles