EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1972

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/1999 tal-15 ta’ Settembru 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3600/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel fażi tal-programm ta’ xogħol li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tpoġġija ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti fis-suq

ĠU L 244, 16.9.1999, p. 41–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1972/oj

31999R1972



Official Journal L 244 , 16/09/1999 P. 0041 - 0041


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/1999

tal-15 ta’ Settembru 1999

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3600/92 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel fażi tal-programm ta’ xogħol li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tpoġġija ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti fis-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1992 dwar it-tpoġġija ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti fis-suq [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/1/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

(1) Billi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ sustanzi attivi diġà fis-suq sentejn wara n-notifika tad- Direttiva 91/414/KEE skond l-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva tkun organizzata mill-Kummissjoni fi programm kollaborattiv u koordinat stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1199/97 [4], li fih Stati Membri jobbligaw rwieħhom li jwettqu biċċiet ta’ xogħol speċifiċi li jikkontribwixxu għal stima xjentifika u teknika li huma l-bażi ta’ deċiżjonijiet regolatorji meħuda fuq livell tal-Komunità;

(2) Billi jkun neċessarju li kull parti nteressata jkollha aċċess kemm jista’ jkun kmieni possibbli għal informazzjoni aġġornata li jkollha x’taqsam ma’ testijiet u studji li fuqhom ġew ippreżentati talbiet għal protezzjoni tad-data kif ukoll dwar testijiet u studji li jista jkun hemm bżonnhom aktar tard sabiex tkun iffinalizzata l-evalwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjoni dwar is-sustanza attiva konċernata; filwaqt li din l-informazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli mill-Istat Membru rapporteur;

(3) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 għandu għalhekk ikun emendat sabiex ikun assigurat aċċess għal tali nformazzjoni għal kull parti nteressata;

(4) Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil mall-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar- Regolament (KEE) Nru 3600/92 hu emendat kif isegwi:

"L-Istat Membru rapporteur għandu jagħmel disponibbli fuq talba speċifika jew iżomm disponibbli għal konsultazzjoni minn partijiet interessati s-segwenti:

- l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-punt (d) tal-paragrafu 1, minbarra l-elementi tagħha li kienu ġew aċċettati bħala kunfidenzjali bi qbil ma’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva;

- l-isem tas-sustanza attiva;

- il-kontenut tas-sustanza attiva pura fil-materjal immanufatturat;

- il-lista ta’ kull data meħtieġa għal konsiderazzjoni tal-inklużjoni possibbli tas-sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva, l-ewwel kif imniżżla fir-rapport tar-rapporteur u t-tieni kif iffinalizzata wara l-konsultazzjoni mill-Kummissjoni tal-esperti li hemm riferenza għalihom fis-subparagrafu li jmiss."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Ottubru 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Settembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-9.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 21, tat-28.1.1999, p. 21.

[3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

[4] ĠU L 170, tat-28.6.1997, p. 19.

--------------------------------------------------

Top