Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0526

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 1999 li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Panama (notifikata skond dokument numru C(1999) 2058)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 203, 3.8.1999, p. 58–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/526/oj

31999D0526



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0058 - 0062


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-14 ta’ Lulju 1999

li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Panama

(notifikata skond dokument numru C(1999) 2058)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/526/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula kondizzjonijiet ta’ saħħa għal prodotti u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

(1) Billi tim ta’ esperti mill-Kummissjoni għamlu żjara ta’ spezzjoni fil-Panama biex jivverifikaw il-kondizzjonijiet li bihom prodotti ta’ ħut huma prodotti, maħżuna u kkunsinjati lill-Komunità;

(2) Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Panama dwar l-ispezzjoni ta’ saħħa u tħaris ta’ prodotti ta’ ħut jistgħu jkunu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE;

(3) Billi, fil-Panama id-Departemento de Protección de Alimentos (DPA) del Ministerio de Salud huwa kapaċi jivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

(4) Billi l-proċedura sabiex jinkiseb ċertifikat tas-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jagħti wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, ir-rekwiżiti minimi li jirrigwardaw lingwa/i li bihom għandu jkun abbozzat u l-grad tal-persuna li għandha d-dritt tiffirmah;

(5) Billi, skond l-artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandu jkun hemm marka fuq pakketti ta’ prodotti ta’ sajd li jagħti l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen kiesaħ jew bastiment friża ta’ oriġini;

(6) Billi, skond l-artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha ssir lista ta’ stabbilimenti approvati/reġistrati, bastimenti fabbrika, jew imħażen kiesħa; billi għandha ssir lista ta’ bastimenti tal-friża reġistrati fis-sens tad-Direttiva 92/48/EEC [3]; billi dawn il-listi għandhom isiru fuq bażi ta’ komunikazzjoni mid-DPA lill-Kummissjoni; billi għaldaqstant huwa l-obbligu tad-DPA li tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

(7) Billi d-DPA ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u li jirrigwardaw twettieq tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stipulati f’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti, bastimenti fabbrika, mħażen kiesħa jew bastimenti friża ta’ oriġini;

(8) Billi l-miżuri previsti f’din id-DEĊIŻJONI huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Departemento de Protección de Alimentos (DPA) tal-Ministerio de Salud għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Panama sabiex jivverifika u jiċċertifika konformità ta’ prodotti ta’ sajd u akwakultura mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fil-Panama għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet segwenti.

1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat oriġinali numerat, komplet kif xieraq, iffirmat, bid-data u li jkun jikkonsisti f’folja waħda skond il-mudell fl-Anness A.

2. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, mħażen kiesħa jew bastimenti friża rreġistrati elenkati fl-Anness B.

3. Salv fil-każ ta’ prodotti ta’ ħut iffriżati bil-qabda u intiżi għall-manifattura ta’ ikel ippriservat, il-pakketti kollha għandhom iġibu l-kelma "Panama" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen kiesaħ jew bastiment friża ta’ oriġini b’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom isiru mill-inqas b’lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istati Membri fejn isiru l-ispezzjonijiet.

2. Ċertifikati għandhom iġibu l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tad-DPA u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ firem oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

I. LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI

Nru | Isem | Indirizz |

59 P | Caribbean Sea Food Export | San Francisco |

66 P | Grupo Panalang Union | San Francisco |

77 P | Vigomar SA | Aguadulce |

60 P | Altrix de Panamá SA | Aguadulce |

52 P | Agromarina | Aguadulce |

73 P | Empacadora Alimenticas/Empak Food | Puerto Vacamont |

65 P | Mariscos Islas de la Perlas | Puerto Vacamont |

49 P | Productos Océanos SA | Ciudad de Panamá |

81 P | Oceanic Export Corp./Oceanic Products | Pueblo Nuevo |

75 P | Aquachame SA | Chame, El Líbano |

II. LISTA TA' BASTIMENTI FRIŻA REĠISTRATI

Nru | Isem | Port |

106 BC | M/V Amazonas | |

101 BC | Txori Aundi | Panamá |

105 BC | Juan María Soroa | Panamá |

126 BC | Nave The Fisher | Panamá |

129 BC | Nave The Fisher | Panamá |

125 BC | Nave Nao | |

109 BFRIG | M/V Montesol | |

108 BFRIG | M/V Montelaura | |

107 BFRIG | M/V Montecruz | |

127 BFRIG | Platte Reefer | |

130 BFRIG | Plaslin Reefer | |

III. LISTA TA' BASTIMENTI FABBRIKA APPROVATI

Nru | Isem | Port |

102 BF | Cheung Shing | |

--------------------------------------------------

Top