EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0472

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Lulju 1999 dwar il-proċedura ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta' Artikolu 20(2) tad-Diretttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-pajpijiet, it-tankijiet, u oġġetti anċillari li mhumiex fkuntatt ma ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (notifikata taħt dokument numru K(1999) 1432) (Text b'relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 184, 17.7.1999, p. 42–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/08/2001

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/472/oj

31999D0472



Official Journal L 184 , 17/07/1999 P. 0042 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-1 ta' Lulju 1999

dwar il-proċedura ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta' Artikolu 20(2) tad-Diretttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-pajpijiet, it-tankijiet, u oġġetti anċillari li mhumiex fkuntatt ma ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

(notifikata taħt dokument numru K(1999) 1432)

(Text b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/472/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispozizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u partikolarment Artikolu 13(4) tagħha,

(1) Billi l-Kummissjoni hija mitluba li tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta' Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta' prodott, "l-anqas proċedura diffiċli possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li jeħtieġ li jkun deċiż jekk, għal xi prodott partikolari jew familja ta' prodotti, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hiex kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità tal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat tal-attestazzjoni ikunx meħtieġ;

(2) Billi Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun murija fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi; billi, għalhekk, tinħass ix-xewqa li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew familja ta' prodotti kif użat fil-mandati u fil-karatteristiċi tekniċi;

(3) Billi iż-żewġ proċeduri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk jeħtieġ li jiġu speċifikati sewwa l-metodi li bihom iż-żewg proċeduri għandhom jitwettqu, b'referenza għal Anness III, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, peress li Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

(4) Billi l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta' Anness III;

(5) Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'din id-Deċizjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u l-familji ta' prodotti stabbiliti f'Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha l-fabbrikant għandu taħt ir-responsabbiltà unika tiegħu sistema ta' kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott huwa konformi mal-karatteristiċi tekniċi relevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti stabbiliti f'Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li permezz tagħha, barra mis-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika mħaddma mill-fabbrikant, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott inniffsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita f'Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għas-standards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-1 Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Karel van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Settijiet ta' pajpijiet, tankjiet, sistemi ta' twissija ta' tqattir, mezzi għall-prevenzjoni tal-mili żejjed, tagħmir ta' konnessjoni, kolla, ġonot, siġillar tal-ġonot, siegli, kanali u ġifuni għal protezzjoni, sostenn tal-katusi/kanali, valvoli u viti, oġġetti anċillari għas-sigurtà.

Għal użu fl-istallazjonijiet għal transport/distribuzzjoni/ħażna tal-gass/karburanti maħsuba għall-forniment tas-sistemi tas-sħana/l-kesħa tal-bini, mill-ġiebja tal-ħażna esterna jew l-aħħar unità tat-tnaqqis ta' l-pressjoni għal ġewwa l-qafas tas-sistemi tas-sħana/tal-kesħa tal-bini, u fl-istallazzjonijiet għat-transport/rimi/ħażna ta' l-ilma li mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem, u għas-sistemi tas-sħana, apparti minn dawk speċifikati f'Anness II.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Tankijiet, kanali u ġifuni għall-protezzjoni

Għal użu fi nħawi soġġetti għar-regolamenti tar-reżistenza tan-nar, f'installazzjonijiet għat-trasport/id-distribuzzjoni/il-ħażna tal-gass/karburanti maħsuba għal forniment tas-sistemi tas-sħana/tal-kesħa tal-bini, mill-ġiebja tal-ħażna esterna jew l-aħħar unità tat-tnaqqis ta' l-pressjoni għal ġewwa l-qafas tas-sistemi tas-sħana/kesħa tal-bini.

Settijiet ta' pajpijiet, pajpijiet, tankjiet, sistemi ta' twissija ta' tqattir, mezzi għall-prevenzjoni tal-mili żejjed, tagħmir ta' konnessjoni, kolla, ġonot, siġillar tal-ġonot, siegli, kanali u ġifuni għal protezzjoni, sostenn tal-katusi/kanali, valvoli u vitien, oġġetti anċillari għas-sigurtà.

Għal użu f'żoni suġġetti għar-regolamenti tar-reazzjoni tan-nar, fl-istallazjonijiet għal transport/distribuzzjoni/ħażna tal-gass/karburanti maħsuba għall-forniment tas-sistemi tas-sħana/l-kesħa tal-bini, mill-ġiebja tal-ħażna esterna jew l-aħħar unità tat-tnaqqis tal-pressjoni għal ġewwa l-qafas tas-sistemi tas-sħana/tal-kesħa tal-bini, u fl-installazjonijiet għat-transport/rimi/ħażna ta' l-ilma li mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem għal prodotti li dwarhom ir-reazzjoni tan-nar hija l-klassi A [1], B [2] jew Ċ [3].

[1] il-materjali li għalihom ir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar hija suxxxettibli għal bidla waqt il-produzzjoni (Ġeneralment, dawk soġġetti għal modifika kimika, e.g dewwiema tan-nirien, jew meta bidliet tal-kompożizzjoni jistgħu iwasslu għal tibdil fir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar).

[2] il-materjali li għalihom ir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar hija suxxxettibli għal bidla waqt il-produzzjoni (Ġeneralment, dawk soġġetti għal modifika kimika, e.g dewwiema tan-nirien, jew meta bidliet tal-kompożizzjoni jistgħu iwasslu għal tibdil fir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar).

[3] il-materjali li għalihom ir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar hija suxxxettibli għal bidla waqt il-produzzjoni (Ġeneralment, dawk soġġetti għal modifika kimika, e.g dewwiema tan-nirien, jew meta bidliet tal-kompożizzjoni jistgħu iwasslu għal tibdil fir-reazzjoni għall-imġieba tan-nar).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Nota:

Għal prodotti li għandhom aktar minn wieħed mill-użu ntiżi speċifiċi f'dawn il-familji li ġejjin, id-doveri għal korp approvat, li joriġinaw mis-sistemi relevanti tal-attestazzjoni tal-konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA' PRODOTTI

KATUSI, TANKIJIET, U OĠĠETTI ANĊILLARI LI MHUMIEX F'KUNTATT MAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MIL-BNIEDEM (1/5)

Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejja tal-attestazzjoni tal-konformità fl-i standards armonizzati relevanti:

Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), it-tieni possibilità.

Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) tal-attestazzjoni tal-konformità |

Settijiet tal-pajpijietPajpijietTankijietSistemi ta' twissija ta' tqattir u apparat biex ma jħallix il-mili żejjedTagħmir ta' konessjoni, kolla, ġonot, siġġillar tal-ġonot u siegliKanali u ġifuni għall-ħarsienSostenn għall-pajpijiet u l-kanaliValvoli u vitienAnċillari tas-sigurtà | fl-istallazjonijiet għal transport/distribuzzjoni/ħażna tal-gass/karburanti maħsuba għall-forniment tas-sistemi tas-sħana/l-kesħa tal-bini, mill-ġiebja tal-ħażna esterna jew l-aħħar unità tat-tnaqqis tal-pressjoni għal ġewwa l-qafas tas-sistemi tas-sħana/tal-kesħa tal-bini | — | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tiġu ddeterminata għal ċerta karatteristika, għaliex mill-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karattersitika bħal din (Ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabli, il-klawsola 1.2.3 ta' Dokumenti Interprettativi). F'dawk il-każi il-verifika ta' karatteristiċi simili għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba ta' dak il-prodott f'dak l-aspett.

FAMILJA TA' PRODOTTI

KATUSI, TANKIJIET, U OĠĠETTI ANĊILLARI LI MHUMIEX F'KUNTATT MAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MIL-BNIEDEM (2/5)

Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fl-i standards armonizzati relevanti:

Sistema 4 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) tal-attestazzjoni tal-konformità |

Settijiet tal-pajpijietPajpijietTankijietSistemi ta' twissija ta' tqattir u apparat biex ma jħallix il-mili żejjedTagħmir ta' konessjoni, kolla, ġonot, siġġillar tal-ġonot u siegliKanali u ġifuni għall-ħarsienSostenn għall-pajpijiet u l-kanaliValvoli u vitienAnċillari tas-sigurtà | Fi stallazzjonijiet għat-trasport/rimi/ġażna ta' l-ilma mhux maħsub għall-konsum uman | — | 4 |

L-speċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tiġu ddeterminata għal ċerta karatteristika, għaliex mill-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karattersitika bħal din (Ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabli, il-klawsola 1.2.3 ta' Dokumenti Interprettativi). F'dawk il-każi il-verifika ta' karatteristiċi simili għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba ta' dak il-prodott f'dak l-aspett.

FAMILJA TA' PRODOTTI

KATUSI, TANKIJIET, U OĠĠETTI ANĊILLARI LI MHUMIEX F'KUNTATT MAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MIL-BNIEDEM (3/5)

Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fl-standards armonizzati relevanti:

Sistema 1 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), mingħajr l-awditjar tat-testijiet tal-kampjuni.

Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) tal-attestazzjoni tal-konformità |

TankijietKanali u ġifuni għall-ħarsien | fl-istallazjonijiet f'żoni suġġetti għar-regolament tar-reazzjoni tan-nar użati fit- transport/distribuzzjoni/ħażna tal-gass/karburanti maħsuba għall-forniment tas-sistemi tas-sħana/l-kesħa tal-bini, mill-ġiebja tal-ħażna esterna jew l-aħħar unità tat-tnaqqis tal-pressjoni għal ġewwa l-qafas tas-sistemi tas-sħana/tal-kesħa tal-bini | kwalunkwe | 1 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tiġu ddeterminata għal ċerta karatteristika, għaliex mill-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karattersitika bħal din (Ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 ta' Dokumenti Interprettativi). F'dawk il-każi il-verifika ta' karatteristiċi simili għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba ta' dak il-prodott f'dak l-aspett.

FAMILJA TA' PRODOTTI

KATUSI, TANKIJIET, U OĠĠETTI ANĊILLARI LI MHUMIEX F'KUNTATT MAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MIL-BNIEDEM (4/5)

Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fl-standards armonizzati relevanti:

Sistema 1 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness II (2)(i), mingħajr l-awditjar tat-testijiet tal-kampjuni.

Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) tal-attestazzjoni tal-konformità |

Settijiet tal-pajpietPajpijietTankijietSistemi ta' twissija ta' tqattir u apparat biex ma jħallix il-mili żejjedTagħmir ta' konessjoni, kola, ġonot, siġġillar tal-ġonot u siegliKanali u ġifuni għall-ħarsienSostenn għall-pajpijiet u l-kanaliValvoli u vitienAnċillari tas-sigurtà | fl-istallazjonijiet f'żoni suġġetti għar-regolament tar-reazzjoni tan-nar użati għat-transport/distribuzzjoni/ħażna tal-gass/karburanti maħsuba għall-forniment tas-sistemi tas-sħana/l-kesħa tal-bini, mill-ġiebja tal-ħażna esterna jew l-aħħar unità tat-tnaqqis tal-pressjoni għal ġewwa l-qafas tas-sistemi tas-sħana/tal-kesħa tal-bini | kwalunkwe | 1 |

fl-istallazjonijiet f'żoni suġġetti għar-regolament tar-reazzjoni tan-nar użati għat-transport/distribuzzjoni/ħażna ta' ilma mhux maħsub għall-konsum uman | A, B, Ċ | 1 |

A, B, Ċ | 3 |

A, D, E, F | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tiġu ddeterminata għal ċerta karatteristika, għaliex mill-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karattersitika bħal din (Ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabli, il-klawsola 1.2.3 ta' Dokumenti Interprettativi). F'dawk il-każi il-verifika ta' karatteristiċi simili għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba ta' dak il-prodott f'dak l-aspett.

FAMILJA TA' PRODOTTI

KATUSI, TANKIJIET, U AN¬ILLARI LI MHUMIEX F'KUNTATT MAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MIL-BNIEDEM (5/5)

Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fl-i standards armonizzati relevanti:

Sistema 3 : Ara d-Direttiva 89/106/KEE, Anness III (2)(ii), it-tieni possibiltà.

Prodott(i) | Użu(i) ntiż(i) | Livell(i) jew klassi(jiet) (reazzjoni għan-nar) | Sistema(i) tal-attestazzjoni tal-konformità |

Settijiet tal-pajpietPajpijietTankijietSistemi ta' twissija ta' tqattir u apparat biex ma jħallix il-mili żejjedTagħmir, kola, ġonot, siġġillar tal-ġonot u siegliKanali u ġifuni għall-ħarsienSostenn għall-pajpijiet u l-kanaliValvoli u vitienAnċillari tas-sigurtà | Fl-istallazzjonijiet suġġetti għar-regolamenti dwar il-konservazzjoni ta' l-enerġija, użati għat-transport /distribuzzjoni/ ħażna ta' ilma mhux maħsub għall-konsum uman, u għall-sistemi ta' sħana | — | 3 |

L-speċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata anke meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tiġu ddeterminata għal ċerta karatteristika, għaliex mill-anqas Stat Membru wieħed m'għandu l-ebda ħtieġa legali għal karattersitika bħal din (Ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabli, il-klawsola 1.2.3 ta' Dokumenti Interprettativi). F'dawk il-każi il-verifika ta' karatteristiċi simili għandhiex tkun imposta fuq il-fabbrikant jekk dan ma jkunx jixtieqx jiddikjara l-imġieba ta' dak il-prodott f'dak l-aspett.

--------------------------------------------------

Top