Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2799

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro

    ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1306

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2799/oj

    31998R2799



    Official Journal L 349 , 24/12/1998 P. 0001 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98

    tal-15 ta’ Diċembru 1998

    li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Monetarju [4],

    (1) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro [5] jippreskrivi li mill-1 ta’ Jannar 1999 il-munita ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-unjoni ekonomika u monetarja għandha tkun l-euro; billi l-arranġamenti agromonetarji li hemm provvediment dwarhom fuq il-bażi ta':

    - ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità li għandha tintuża fil-kontijiet u r-rati tal-kambju li għandhom ikunu applikati għall-iskopijiet ta' l-istrateġija agrikola komuni [6];

    - ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1527/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 li jirregola l-kumpens għal tnaqqis fir-rati tal-kambju agrikoli ta’ ċerti muniti nazzjonali [7];

    - ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2990/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 li jirregola l-kumpens għal tnaqqis apprezzabbli fir-rati tal-kambju agrikoli qabel l-1 ta’ Jannar 1997 [8];

    - ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 724/97 tat-22 ta’ April 1997 li jistabbilixxi miżuri u kumpens li jirrigwardaw rivalutazzjonijiet apprezzabbli li jaffettwaw d-dħul finanzjarju ta’ l-irziezet [9]

    essenzjalment jikkonsistu f’sistema ta’ rati ta’ kambji agrikoli differenti mir-rati tal-kambju attwali tal-muniti; billi din is-sistema hija inkompatibbli ma’ l-introduzzjoni ta’ l-euro; billi għalhekk għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti agromonetarji adattati għas-sitwazzjoni l-ġdida u r-Regolamenti li jippreskrivu l-arranġamenti agromonetarji ta’ qabel għandhom jitħassru;

    (2) Billi fis-sitwazzjoni monetarja preżenti, meta d-distakki bejn ir-rati tal-kambju u r-rati ta’ konverżjoni agrikoli huma moderati, huwa possibbli li tkun stabbilita sistema agromonetarja aktar sempliċi u li toqrob iżjed lejn il-qagħda monetarja attwali; billi b'konsegwenza l-konverżjoni ta’ prezzijiet u ammonti ffissati f’euro fl-istrumenti legali għall-muniti nazzjonali ta’ l-Istati Membri li ma jipparteċipawx tista’ ssir bir-rata tal-kambju ta’ l-euro f’dawk il-muniti; billi disposizzjoni ta’ din ix-xorta għandha l-vantaġġ ulterjuri li tħaffef konsiderevolment l-amministrazzjoni ta' l-istrateġija agrikola komuni;

    (3) Billi r-rata tal-kambju ta’ l-euro f’muniti nazzjonali tista’ tvarja waqt il-medda tal-perjodu meta operazzjoni tkun qiegħda sseħħ; billi r-rata applikabbli għall-ammonti kkonċernati trid tkun iddeterminata; billi b’mod ġenerali għandu jittieħed akkont ta' l-avveniment li permezz tiegħu jintlaħaq l-oġġettiv ekonomiku ta’ l-operazzjoni; billi r-rata tal-kambju applikata għandha tkun dik tad-data ta’ meta jseħħ dan l-avveniment; billi jista’ jkun neċessarju li jiġi speċifikat dan l-avveniment operattiv jew li tiġi rinunzjata l-applikazzjoni tiegħu, waqt li jiġu osservati ċerti kriterji u b’mod partikolari l-ħeffa tal-moviment tal-muniti;

    (4) Billi, f’każi ta’ rivalutazzjonijiet sinifikanti ta’ muniti b’effetti potenzjali fuq prezzijiet u ammonti apparti minn għajnuna diretta, id-dħul fiskali ta’ l-irziezet jista’ f’ċerti kondizzjonijiet jonqos; billi bħala konsegwenza huwa ġġustifikat li tingħata għajnuna temporanja u digressiva li tpatti għall-effetti tar- rivalutazzjonijiet, u li tlaħħaq ma’ l-iżvilupp tal-prezzijiet agrikoli b’mod li huwa kumpatibbli mar-regoli ta’ l-ekonomija ġenerali;

    (5) Billi regoli speċifiċi addattati skond it-tip ta’ għajnuna huma meħtieġa sabiex ipattu għall-effetti ta’ rivalutazzjonijiet sinifikanti ta’ muniti fuq il-livell ta’ ċerta għajnuna diretta fil-muniti nazzjonali;

    (6) Billi l-arranġamenti dwar għajnuna finanzjarja ta’ kumpens għandha tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea u mill-Istat Membru;

    (7) Billi f'termini fit-tul is-settur agrikolu jrid jadatta, bħas-setturi ta’ l-ekonomija l-oħrajn, għar-realtà monetarja; billi b'konsegwenza għandha tkun iffissata data finali għall-arranġamenti ta’ kumpens; billi l-iffissar ta’ din id-data finali hija parti mid-dixxiplina tal-budget;

    (8) Billi r-raġuni tiddetta li jiġu stabbiliti regoli speċjali li jittrattaw sitwazzjonijiet eċċezjonali li jistgħu jqumu jew fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew inkella fis-suq dinji u li jirrikjedu azzjoni immedjata sabiex ikun assigurat li l-arranġamenti stabbiliti permezz ta' l-istrateġija agrikola komuni jaħdmu b’mod effettiv;

    (9) Billi Stat Membru li mhuwiex jipparteċipa fl-unjoni ekonomika u monetarja għandu jkollu l-għażla li jagħmel pagamenti għal spejjeż li jirriżultaw minn strumenti legali li jirrigwardaw l-istrateġija agrikola komuni bl-euro minflok bil-munita nazzjonali; billi għandhom jittieħdu passi sabiex ikun assigurat li din l-għażla ma twassal għall-ebda vantaġġ mhux iġġustifikat għal xi waħda mill-partijiet li tkun qiegħda tagħmel jew tirċievi l-pagament;

    (10) Billi għandu jkun hemm il-possibbiltà li jittieħdu miżuri temporanji li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ l-arranġamenti agromonetarji l-ġodda,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) "strumenti legali li jirrelataw ma’ l-istrateġija komuni agrikola" tfisser:

    - strumenti legali bbażati direttament jew indirettament fuq l-Artikolu 43 tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tat-Tariffa Komuni Doganali u strumenti legali oħrajn tal-leġislazzjoni tad-dwana applikabbli għall-prodotti kemm agrikoli kif ukoll industrijali,

    - strumenti legali applikabbli għall-oġġetti pproċessati minn prodotti agrikoli u soġġetti għall-arranġamenti tan-negozju speċifiċi;

    (b) "Stati Membri li jipparteċipaw" tfisser: l-Istati Membri li adottaw il-munita waħda bi qbil mat-Trattat;

    (ċ) "Stati Membri li ma jipparteċipawx" tfisser: l-Istati Membri li ma adottawx il-munita waħda;

    (d) "muniti nazzjonali" tfisser: il-muniti nazzjonali ta’ l-Istati Membri li ma jipparteċipawx u ta’ pajjiżi terzi;

    (e) "rata tal-kambju" tfisser: ir-rata tal-kambju tal-munita fuq is-suq bejn l-euro u l-munita nazzjonali;

    (f) "rivalutazzjoni apprezzabbli" tfisser: sitwazzjoni meta l-medja annwali tar-rata tal-kambju tinsab taħt livell li huwa definit bħala l-medja annwali tar-rata tal-kambju l-aktar baxxa applikata waqt it-tliet snin preċedenti u r-rata tal-kambju ta’ l-1 ta’ Jannar 1999;

    (g) "parti apprezzabbli ta’ rivalutazzjoni" tfisser: il-perċentwali li bih il-medja annwali tkun aktar baxxa mil-limitu tal-livell li hemm referenza dwaru fil-punt (f).

    Artikolu 2

    1. Il-prezzijiet u l-ammonti li jinsabu fi strumenti legali li jiirrelataw ma’ l-istrateġija agrikola komuni għandhom ikunu espressi bħala euro.

    2. Dawn għandhom jingħataw jew jinġabru bħala euro fl-Istati Membri li jipparteċipaw. Fl-Istati Membri l-oħra, għandhom ikunu kkonvertiti fil-munita nazzjonali tagħhom permezz tar-rata tal-kambju, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, għandhom jingħataw jew jinġabru fil-munita nazzjonali.

    3. B'danakollu, għall-ammonti li jirrigwardaw it-taxxi fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, li jkunu ffissati bħala euro minn strument legali li jirrigwarda l-istrateġija agrikola komuni li jkunu applikabbli fl-Istati Membri fil-munita nazzjonali, ir-rata tal-konverżjoni għandha tkun speċifikament egwali għar-rata applikabbli bi qbil ma’ l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [10].

    Artikolu 3

    1. L-avveniment operattiv li għandu jittieħed għar-rata tal-kambju għandu jkun:

    - it-tlestija tal-formalitajiet tad-dwana fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fil-każ ta’ ammonti miġbura jew maħruġa fin-negozju ma’ pajjiżi terzi,

    - l-avveniment li permezz tiegħu jintlaħaq l-oġġettiv ekonomiku fil-każi l-oħra kollha.

    2. Meta l-avveniment operattiv li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 irid ikun speċifikat jew ma jistax ikun meqjus għal raġunijiet li huma partikolari għall-organizzazzjoni tas-suq jew għall-ammont f'dak il-każ, avveniment operattiv speċifiku għandu jkun determinat bi qbil mal-proċedura li tinsab fl-Artikolu 9, li jieħu konsiderazzjoni tal-kriterji li ġejjin:

    (a) l-applikabbiltà attwali malajr kemm jista’ jkun possibbli ta’ l-aġġustamenti għar-rata tal-kambju;

    (b) similarità ta’ l-avvenimenti operattivi għal operazzjonijiet analogi mwettqin taħt organizzazzjonijiet differenti tas-suq;

    (ċ) koerenza bejn l-avvenimenti operattivi fir-rigward tal-varji prezzijiet u l-ammonti li għandhom x’jaqsmu mal-organizzazzjoni singola tas-suq;

    (d) il-prattikabbiltà u l-effettività ta’ kontrolli fuq l-applikazzjoni tar-rati tal-kambju xierqa.

    Artikolu 4

    1. Għall-prezzijiet u l-ammonti apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5, l-Istat Membru jista’ jagħti għajnuna ta’ kumpens lill-bdiewa f’każi ta’ rivalutazzjoni apprezzabbli. Il-ħlas għandu jsir fi tliet pagamenti suċċessivi li jdumu tnax-il xahar kull wieħed, li jibdew f’Marzu li jiġi wara x-xahar ta’ meta ssir ir-rivalwazzjoni apprezzabbli.

    Dawn il-ħlasijiet ta’ kumpens m’għandhomx ikunu fil-forma ta’ għajnuna relatata mal-produzzjoni, apparti milli għal produzzjoni waqt perjodu preċedenti u stipulat. M’għandhom jiffavorixxu l-ebda tip ta’ produzzjoni u l-anqas m’għandhom jiddependu fuq produzzjoni wara l-perjodu stipulat.

    2. L-ammont massimu ta’ l-ewwel pagament ta’ l-għajnuna kumpensatorja għandu jkun stabbilit, għall-Istat Membru kkonċernat kollu, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9, billi tkun immoltiplikata l-parti apprezzabbli tar-rivalutazzjoni bir-rata fissa ta’ telf fuq id-dħul iddeterminata bi qbil mal-punti 1 sa 3 ta’ l-Anness.

    3. L-ammont massimu ta’ l-ewwel pagament għandu jkun imnaqqas jew imħassar meta jkun xieraq, wara li jittieħed akkont tal-qagħda tas-suq osservata matul is-sena saż-żmien tar-rivalutazzjoni apprezzabbli.

    4. L-ebda għajnuna m’għandha tingħata għall-porzjon ta’ l-ammont ikkalkulat bi qbil mal-paragrafu 2 li ma jeċċedix ir-rivalutazzjoni apprezzabbli ta’ 2,6 %.

    5. L-ammonti mħallsa permezz tat-tieni u t-tielet pagament għandhom kull wieħed ikun imnaqqas, vis-à-vis il-livell tal-pagament preċedenti, b’mill-anqas terz ta’ l-ammont mħallas fl-ewwel pagament.

    L-ammonti li jitħallsu permezz tat-tieni u t-tielet pagamenti għandhom jitnaqqsu jew jitħassru minħabba l-effett fuq id-dħul ta’ l-iżvilupp tar-rati tal-kambju rreġistrati sal-bidu tax-xahar li jiġi qabel l-ewwel xahar tal-pagament relevanti, u wara li jittieħed akkont tal-qagħda tas-suq osservata waqt l-istess perjodu.

    6. Is-sitwazzjoni tas-suq għandha tkun meqjusa permezz tal-paragrafu 3 u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 skond il-kriterji li ġejjin:

    L-ammont ta’ pagament wieħed jew aktar f’settur wieħed jew iżjed jista’ jitnaqqas meta jkun osservat li:

    (a) waqt il-medda tas-sena meta sseħħ ir-rivalutazzjoni apprezzabbli jew waqt il-perjodu bejn il-bidu tal-pagament preċedenti u l-bidu tax-xahar li jiġi qabel l-ewwel xahar tal-pagament ikkonċernat, il-prezz fuq is-suq għall-Istat Membru kkonċernat kien il-medja egwali għal, jew aktar għoli mill-medja tal-prezzijiet tas-suq fl-Istati Membri li l-muniti tagħhom ma jkunux ġew apprezzabbilment rivalutati waqt l-istess perjodu. Il-prezzijiet tas-suq għandhom ikunu mqabbla bl-użu ta' l-indiċi ta’ bażi 100 għal prezzijiet fuq is-suq fil-munita nazzjonali jew fil-euro,

    jew

    (b) ir-relazzjoni bejn id-dati ta’ l-avvenimenti operattivi fis-settur ikkonċernat u d-data tar-rivalutazzjoni apprezzabli tkun tali li ma jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni li wieħed jikkonkludi li r-rivalutazzjoni kellha impatt waqt il-perjodu kkunsidrat.

    F’każi meta jkun applikat il-punt (b), it-tnaqqis ta’ mill-inqas terz li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 4(5) għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ammont ta’ l-ewwel pagament li kien jinħareġ li kieku l-punt (b) ma jkunx ġie applikat.

    Dawn il-kriterji jistgħu jiġu emendati, fid-dawl ta’ l-esperjenza, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9.

    Artikolu 5

    1. Fil-każi meta r-rata tal-kambju applikabbli fid-data ta’ l-avveniment operattiv għal:

    - ir-rata fissa ta’ l-għajnuna ikkalkolata għal kull ettaru jew għal kull unità ta’ bhejjem,

    jew

    - laġġju kumpensatorju għal kull nagħġa jew mogħża,

    jew

    - ammonti ta’ natura strutturali jew ambjentali

    tkun anqas minn dik li tkun applikabbli qabel, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħmel pagamenti kumpensatorji lill-bdiewa fi tliet pagamenti suċċessivi ta’ tnax-il xahar-il wieħed, li jibdew fid-data ta’ l-avveniment operattiv.

    L-għajnuna kumpensatorja għandha tingħata fil-forma ta’ żjieda ma’ l-għajnuna, il-laġġji jew l-ammonti li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu.

    2. L-ammont massimu ta’ l-ewwel pagament ta’ l-għajnuna kumpensatorja għandu jkun stabbilit, għall-Istat Membru kkonċernat kollu, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9, bi qbil mal-punt 4 ta’ l-Anness. B'danakollu, l-Istat Membru jista’ jirrinunzja l-għotja ta’ l-għajnuna kumpensatorja meta dan l-ammont jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ anqas minn 0,5 %.

    3. L-ammonti mħallsa permezz tat-tieni u tat-tielet pagament għandhom jitnaqqsu, vis-à-vis il-livell tal-pagament preċedenti, b’minimu ta’ terz ta’ l-ammont imħallas fl-ewwel pagament.

    4. L-ammonti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 għandhom jitnaqqsu jew jitħassru jekk dan ikun meħtieġ bħala ċaqliq minħabba l-effett fuq id-dħul ta’ l-iżvilupp tar-rati tal-kambju rreġistrati fl-ewwel jum tat-tieni u tat-tielet pagamenti.

    5. Dan l-Artikolu ma japplikax għal ammonti li fir-rigward tagħhom tapplika rata aktar baxxa mir-rata l-ġdida waqt l-erbgħa u għoxrin xahar immedjatament qabel ma ħadet effett ir-rata l-ġdida.

    Artikolu 6

    1. Il-kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-Komunità għandu jkun:

    - 50 % ta’ l-ammonti li jkunu attwalment ġew imħallsa għall-għajnuna kumpensatorja li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 4,

    - 50 % ta’ l-ammonti li jistgħu jkunu ngħataw għall-għajnuna kumpensatorja li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 5. B'danakollu, l-Istat Membru jista’ jirtira minn parteċipazzjoni nazzjonali fl-iffinanzjar ta' l-għajnuna.

    2. Għall-iskopijiet tal-finanzjament ta’ l-istrateġija komuni agrikola, din il-kontribuzzjoni għandha titqies li hija parti mill-intervent intenzjonat biex jistabbilizza s-swieq agrikoli.

    Artikolu 7

    1. Meta l-prattiċi monetarji eċċezzjonali li jirrigwardaw il-munita nazzjonali jkun possibbli li jxekklu l-applikazzjoni ta’ l-istrumenti legali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrateġija komuni agrikola, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, li jistgħu, fejn ikun meħtieġ, jidderogaw mill-istrumenti legali eżistenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrateġija agrikola komuni.

    Il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikunu nnotifikati minnufih dwar il-miżuri li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu.

    Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lejn il-Kunsill matul it-tlett ijiem ta’ xogħol li jsegwu lil dawk li fihom ikunu ġew notifikati bil-miżuri tal-prekawzjoni.

    Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar min-notifika tal-miżuri f'dak il-każ.

    2. Meta drawwiet monetarji eċċezzjonali li jirrigwardaw il-munita nazzjonali jistgħu jxekklu l-applikazzjoni ta’ l-istrumenti legali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrateġija komuni agrikola, il-Kummissjoni tista’, bis-saħħa tal-poteri mogħtija lilha minn dawn l-istrumenti f’kull każ individwali tidderoga minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari fil-każi li ġejjin:

    - meta pajjiż juża tekniċi tal-kambju mhux normali bħalma huma rati tal-kambju multipli jew li joperaw sistema ta’ ftehim bi tpartit,

    - meta pajjiżi jkollhom muniti li ma jkunux ikkwotati fuq swieq tal-kambju barranin uffiċjali jew meta t-tendenza f’dawn il-muniti tkun aktarx sejra toħloq tgħawwiġ fin-negozju.

    Artikolu 8

    1. Jekk Stat Membru li ma jipparteċipax jiddeċiedi li jħallas l-ispiża li tirriżulta minn strumenti legali li jirrigwardaw l-istrateġija agrikola komuni f’euro minflok fil-munita nazzjonali tiegħu l-Istat Membru għandu jieħu ċerti miżuri b’tali mod li l-użu ta’ l-euro ma jagħtix vantaġġ sistematiku meta mqabbel ma’ l-użu tal-munita nazzjonali.

    2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri ppjanati qabel ma’ jidħlu fis-seħħ. Il-miżuri ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma’ l-Kummissjoni tkun innotifikat li hija taqbel magħhom.

    Artikolu 9

    Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura li tinsab:

    (a) fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [11],

    jew

    (b) fl-Artikoli korrispondenti tar-regolamenti l-oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd,

    jew

    (ċ) fl-Artikoli korrispondenti tad-disposizzjonijiet Komunitarji oħrajn li jintroduċu proċedura simili.

    Artikolu 10

    1. Jekk jinstab li miżuri tranżitorji jkunu meħtieġa biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni inizjali ta’ dan ir-Regolament, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9 u għandhom jibqgħu applikabbli għall-perjodu li huwa strettament meħtieġ biex jiffaċilita l-introduzzjoni ta’ l-arranġamenti l-ġodda.

    2. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3813/92, (KE) Nru 1527/95, (KE) Nru 2990/95 u (KE) Nru 724/97 huma b'dan imħassra.

    3. Ir-referenzi għar-rata tal-konverżjoni agrikola fl-istrumenti legali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrateġija agrikola komuni għandhom sa mill-1 ta’ Jannar 1999 jiġu interpretati li qegħdin jirreferu għar-rata tal-konverżjoni ffissata irrevokabbilment mill-Kunsill bi qbil ma’ l-Artikolu 109l(4) tat-Trattat għall-unitajiet ta’ muniti nazzjonali, u r-rata li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 2(2) u, meta applikabbli, l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, għal muniti nazzjonali.

    Ir-referenzi għas-suq rappreżentattiv ta’ l-eku fi strumenti legali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrateġija agrikola komuni għandu jittieħdu li qegħdin jirreferu għar-rata tal-kambju ta’ l-euro sa mill-1 ta’ Jannar 1999.

    Ir-referenzi għall-għajnuna kumpensatorja li hemm referenza dwarha fir-Regolament (KEE) Nru 3813/92 u r-Regolament (KE) Nru 724/97 għandhom jittieħdu bħala referenzi għall-Artikoli 4, 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament.

    Ir-referenzi għall-avvenimenti operattivi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92 għandhom jittieħdu bħala referenzi għall-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-7 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 1999.

    L-Artikoli 4, 5 u 6 għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ rivalutazzjonijiet apprezzabbli li kienu seħħew qabel l-1 ta’ Jannar 2002.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Diċembru 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Molterer

    [1] ĠU C 224, tas-17.7.1998, p. 15.

    [2] ĠU C 328, tas-26.10.1998.

    [3] L-Opinjoni mogħtija fid- 9 ta’ Settembru 1998 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] L-Opinjoni mogħtija fit- 30 ta’ Settembru 1998 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [5] ĠU L 139, tal-11.5.1998, p. 1.

    [6] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 150/95 (ĠU L 22, tal-31.1.1995, p. 1).

    [7] ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 1.

    [8] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 7. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1451/96 (ĠU L 187, tas-26.7.1996, p. 1).

    [9] ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 9. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 942/98 (ĠU L 132, tas-6.5.1998, p. 1).

    [10] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1).

    [11] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 923/96 (ĠU L 126, ta' l-24.5.1996, p. 37).

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    1. Ir-rata fissa ta’ telf fuq id-dħul li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament għandha tkun ugwali għal:

    (a) is-somma ta’ 1 %:

    - tal-produzzjoni agrikola finali ta’ ċereali li jinkludu ross, il-pitravi taz-zokkor, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u ċanga u vitella, u

    - tal-valur tal-kwantitajiet ta’ prodotti fornuti permezz ta' kuntratt li jimponi, bi qbil mar-regoli tal-Komunità, prezz minimu għall-produttur, għall-prodotti li ma hemmx referenza dwarhom fl-ewwel inċiż, u

    - ta’ għajnuna jew laġġju mħallsa lill-bdiewa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5 tar-Regolament;

    (b) wara tnaqqis ta’:

    - 0,5 % tal-valur tal-konsum immedjat fil-forma ta’ għalf tal-bhejjem, u

    - l-impatt fuq it-taxxa tat-tnaqqis fil-valur gross miżjud bi prezzijiet tas-suq li jirriżulta mill-operazzjonijiet li jirrigwardaw il-punt (a) u l-inċiż preċedenti, u

    - tnaqqis li jikkorrispondi għal 1 % ta’ l-ispiża FAEGG prevista dwar l-ispiża fuq id-dettalji li ġejjin:

    - l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna għal kull ettaru bir-rata fissa,

    - nofs l-ammont ta’ l-għajnuna strutturali u ambjentali, u

    - 130 % tal-laġġju fuq laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

    2. L-ammonti li hemm referenza dwarhom fit-tieni u fit-tielet inċiżi tal-punt 1(a) m’għandhomx ikunu meqjusa meta t-total tagħhom ikun anqas minn 0,01 % tal-produzzjoni agrikola finali ta’ l-Istat Membru relevanti fis-settur tal-prodott ikkonċernat.

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, is-setturi tal-prodotti jikkorrispondu mat-totali statistiċi identifikati fil-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura, mħejjijin mill-Eurostat, jew ma’ gruppi ta’ dawk it-totali, kif elenkati hawn taħt:

    1) Ċereali u ross

    2) Pitravi taz-zokkor

    3) Ħalib u prodotti tal-ħalib

    4) Ċanga/vitella

    5) Żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt u żejt taż-żebbuġa

    6) Frott frisk u ħxejjex

    7) Patata

    8) Inbejjed u masti (għeneb magħsur qabel ma jiħmar)

    9) Fjuri u pjanti tal-mixtliet

    10) Majjal

    11) Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż

    12) Bajd u tjur

    13) Oħrajn.

    3. Ir-rata fissa ta’ telf fuq il-qligħ għandha tkun maħduma fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li għanda x’taqsam ma’:

    (a) il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura li jistgħu jinkisbu mingħand l-Eurostat għall-aħħar sena tal-kalendarju li jintemmu qabel id-data tar-rivalutazzjoni apprezzabbli, għall-ewwel inċiż tal-punt 1(a) u l-ewwel u t-tieni nċiżi tal-punt 1(b);

    (b) il-kwantità tal-produzzjoni tal-budget, jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-budget jew l-abbozz tal-budget jew l-abbozz preliminari tal-budget li għandu x’jaqsam ma’:

    - d-dħul għas-sena li hemm referenza dwareha f’(a), għat-tieni u għat-tielet inċiżi tal-punt 1(a),

    - is-sena tal-budget li tibda matul is-sena tas-suq għaċ-ċereali meta r-rivalutazzjoni apprezzabbli tkun seħħet, għat-tielet inċiż tal-punt 1(b).

    Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tal-punt 2 f’każi marġinali, waqt li l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-punt (a) t'hawn fuq għandha tieħu akkont tal-figuri relevanti għas-sentejn preċedenti ukoll.

    4. L-għajnuna li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament għandha tkun ikkalkolata bħala funzjoni ta’ l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel inċiż tal-punt 3(b) ta’ dan l-Anness.

    --------------------------------------------------

    Top