Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0083

    Id-Direttiva 96/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-1996 li temenda d-Direttiva 94/35/KE dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

    ĠU L 48, 19.2.1997, p. 16–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/83/oj

    31996L0083



    Official Journal L 048 , 19/02/1997 P. 0016 - 0019


    Id-Direttiva 96/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tad-19 ta’ Diċembru ta’ l-1996

    li temenda d-Direttiva 94/35/KE dwar sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru ta’ l-1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

    Billi mill-adozzjoni tad-Direttiva 94/35/KE [4] kien hemm żviluppi tekniċi fl-isfera tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa;

    Billi d-Direttiva għandha tkun addattata sabiex tieħu kunsiderazzjoni ta’ dawn l-iżviluppi;

    Billi l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/273/KE [5] kien ikkonsultat qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li setgħu jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 94/35/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud mal-Artikolu 1:

    "5. Din id-Direttiva għandha tapplika ukoll għall-oġġetti ta’ l-ikel korrispondenti intiżi għall-użu ta’ nutrizzjoni partikolari fid-definizzjoni tad-Direttiva 89/398/KEE.";

    2. L-Artikolu 2 għandu jkun emendat kif ġej:

    (a) il-paragrafu 3 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

    "3. Sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ma jistgħux jintużaw fl-ikel għat-trabi u tfal żgħar kif hemm referenza għalih fid-Direttiva 89/398/KEE, inkluż l-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar li mhumiex f’saħħithom, sakemm mhux stabbilit mod ieħor fid-dispożizzjonijiet speċifiċi.";

    (b) il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud:

    "5. Fl-Anness "quantum satis"; ifisser li l-ebda livell massimu ma hu speċifikat. Madankollu, sustanzi li jagħtu l-ħlewwa għandhom jintużataw in konformità mal-prattika tajba tal-manifattura, f’livell ta’ doża mhux aktar minn dak meħtieġ sabiex jikseb l-għan intiż u basta li l-konsumatur ma jkunx ingannat.";

    3. l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

    "L-Artikolu 2a

    Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità, il-preżenza tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fl-oġġetti ta’ l-ikel hija permissibbli:

    - fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti mingħajr zokkor miżjud jew bl-enerġija mnaqqsa, fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti djetetarji intiżi għal dieta b’kaloriji baxxi u fl-oġġetti ta’ l-ikel komposti li għandhom żmien twil għall-użu tagħhom, apparti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2(3), sakemm is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa huma permissibbli f’xi wieħed mill-ingredjenti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel kompost, jew

    - jekk l-oġġetti ta’ l-ikel huwa intiż sabiex ikun użat biss fil-preparazzjoni ta’ l-oġġett ta’ l-ikel kompost li huwa konformi ma’ din id-Direttiva.";

    4. il-kategorija ‘Vitamini u preparazzjonijiet djetatarji’ fl-Anness għandu jingħata isem ġdid "Supplimenti ta’ l-ikel/integraturi tad-dieta bbażati fuq il-vitamini u/jew elementi minerali, ta’ tip ta’ xiropp jew li tista’ tomgħod;"

    5. il-lista fl-Anness għandha tkun issupplimentata bit-tabella fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jemendaw l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom, sabiex:

    - jawtorizzaw il-kummerċ fi prodotti li jkunu konformi ma’ din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru ta’ l-1997

    - jipprojbixxu l-kummerċ fi prodotti li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva mid-19 ta’ Ġunju ta’ l-1998. B’dana kollu, l-prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel dik id-data li ma jkunux konformi ma’ din id-Direttiva jistgħu jkunu kkummerċjalizzati sakemm il-ħażniet ikunu eżawriti.

    Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta’ tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1996.

    Għall-Parlament Ewopew

    Il-President

    K. Hänsch

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. Barrett

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/34/KE (ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 1).

    [2] ĠU C 174, tas-17.6.1996, p. 1.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu ta’ l-1996 (ĠU C 96, ta’ l-1.4.1996, p.24). Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju ta’ l-1996 (ĠU C 315, ta’ l-24.10.1996, p.12) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru ta’ l-1996 (ĠU C 347, tat-18.11.1996). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru ta’ l-1996.

    [4] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 3.

    [5] ĠU L 167, tat-18.7.1995, p. 22.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Nota:

    1. Għas-sustanza E952, aċidu ċiklamiku u l-imluħ Na u Ca tiegħu, id-dożi massimi li jistgħu jintużaw huma mfissra f’aċidu liberu.

    2. Għas-sustanza E952, iz-zakkarina u l-imluħ Na, K u Ca tagħha, id-dożi massimi li jistgħu jintużaw huma mfissra f’imide libera.

    Nru-E | Isem | Oġġetti ta’ l-ikel | Doża massima li tista’ tkun użata |

    E950 | Acesulfame K | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom mill-anqas mill-anqas 20 % qxur, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 1200 mg/kg |

    | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 110 mg/l |

    | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 2500 mg/kg |

    | —birra b’enerġija mnaqqsa | 25 mg/l |

    | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 350 mg/l |

    | —spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 350 mg/kg |

    | —kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud | 2000 mg/kg |

    | —ħelu tad-dolċiera fil-għamla ta’ pilloli b’enerġija mnaqqsa | 500 mg/kg |

    | —Feinkostsalat | 350 mg/kg |

    | —Eßoblaten | 2000 mg/kg |

    E 951 | Aspartame | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 1000 mg/kg |

    | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 110 mg/l |

    | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 6000 mg/kg |

    | —mustardini għall-grieżem b’togħma qawwija mingħajr zokkor miżjud | 2000 mg/kg |

    | —birra b’enerġija mnaqqsa | 25 mg/l |

    | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 600 mg/l |

    | —spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 600 mg/kg |

    | —Feinkostsalat | 350 mg/kg |

    E 952 | Aċidu ċiklamiku u l-imluħ Na u Ca tiegħu | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 250 mg/l |

    | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 2500 mg/kg |

    | —supplimenti ta’ l-ikel/integrazzjonijiet tad-dieta bbażati fuq il-vitamini u/jew elementi minerali, tip-ta’-xiropp jew li jistaw jkunu mimgħuda | 1250 mg/kg |

    E954 | Zakkarina u l-imluħ Na, K u Ca tagħha | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 100 mg/kg |

    | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 110 mg/l |

    | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 3000 mg/kg |

    | —xorb li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 80 mg/l |

    | —spirti li jkun fih anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 80 mg/l |

    | —kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud | 800 mg/kg |

    | —Feinkostsalat | 160 mg/kg |

    E 957 | Thaumatin | —Gelati ta’ l-ikel, b’enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg |

    E 959 | Neohesperidine DC | —ċereali tal-kollazjoni b’kontenut ta’ fibra ta’ mhux aktar minn 15 %, u li jkun fihom qxur ta’ mill-anqas 20 %, b’enerġija mnaqqsa jew mingħjr zokkor miżjud | 50 mg/kg |

    | —sopop b’enerġija mnaqqsa | 50 mg/l |

    | —ħlewwiet żgħar ħafna għal nifs rifreskanti, mingħajr zokkor miżjud | 400 mg/kg |

    | —supplimenti ta’ l-ikel/integrazzjonijiet tad-dieta bbażati fuq il-vitamini u/jew elementi minerali, tip-ta’-xiropp jew li jistaw jkunu mimgħuda | 400 mg/kg |

    | —xorb li li jkun fih taħlita ta’ xorb mhux alkoħoliku u birra, cider, perry, spirti jew inbejjed | 30 mg/l |

    | —spirti li jkun fihom anqas minn 15 % ta’ alkoħol fil-volum | 30 mg/kg |

    | —kornetti u wejfers, għall-ġelati, mingħajr zokkor miżjud | 50 mg/kg |

    | —Feinkostsalat | 50 mg/kg |

    | —birra b’enerġija mnaqqsa | 10 mg/kg |

    | —formuli kompluti u supplimenti nutrittivi għall-użu taħt superviżjoni medika | 100 mg/kg |

    | —"snacks: ċerti togħmiet huma lesti għall-ikel, ippakkjati minn qabel, xotti, prodotti tal-lamtu b" togħma tajba u ġewż miksi | 50 mg/kg |

    --------------------------------------------------

    Top