This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31984D0358
84/358/EEC: Council Decision of 28 June 1984 concerning the conclusion of the Agreement for cooperation in dealing with pollution of the North Sea by oil and other harmful substances
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar l-Ilħuq tal-Ftehim għall-koperazzjoni dwar kif jiġi trattat it-tniġġiż tal-Baħar tat-Tramuntana bħala riżultat taż-żejt u ta' sustanzi oħra perikolużi
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar l-Ilħuq tal-Ftehim għall-koperazzjoni dwar kif jiġi trattat it-tniġġiż tal-Baħar tat-Tramuntana bħala riżultat taż-żejt u ta' sustanzi oħra perikolużi
ĠU L 188, 16.7.1984, p. 7–8
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1984/358/oj
Official Journal L 188 , 16/07/1984 P. 0007 - 0016
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0189
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0034
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0189
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0034
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar l-Ilħuq tal-Ftehim għall-koperazzjoni dwar kif jiġi trattat it-tniġġiż tal-Baħar tat-Tramuntana bħala riżultat taż-żejt u ta' sustanzi oħra perikolużi (84/358/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi l-ewwel żewġ programmi ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-Ambjent [3] jemfasizzaw l-importanza għall-Komunità li jiġi trattat it-tniġġiż ta' l-ibħra in ġenerali u jagħmlu disposizzjonijiet inter alia għall-miżuri tal-Komunità li jittrattaw it-tniġġiż kawżat mit-trasport u t-trasort bil-baħar; Billi huma jispeċifikaw illi l-funzjoni tal-ħarsien ta' l-ilma baħar jikkostitwixxi kwistjoni ta' prijorità bil-għan illi l-bilanċi vitali ekoloġiċi jiġu miżmuma; Billi t-tielet programma ta' azzjoni tal-Komunità dwar l-Ambjent [4], li l-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej u r-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, meta ltqagħu mal-Kunsill approvaw il-linji gwida ġenerali tiegħu fis-7 ta' Frar 1983, jirrikonoxxi partikolarment il-ħtieġa għall-politika aħjar fil-kordinament tal-problemi ta' l-ambjent fil-Baħar tat-Tramuntana; Billi bid-Deċiżjoni tad-19 ta' Mejju, 1981 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni illi jinnegozja l-adeżjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea għall-Ftehim tad-9 ta' Ġunju 1969 għall-koperazzjoni fil-mod kif jiġi trattat it-tniġġiż tal-Baħar tat-Tramuntana biż-żejt; Billi skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 1983 il-Ftehim għall-koperazzjoni fil-mod kif jiġi trattat it-tniġġiż tal-Baħar tat-Tramuntana biż-żejt u s-sustanzi l-oħra perikolużi ġie iffirmat fit-13 ta' Settembru 1983; Billi huwa meħtieġ għall-Komunità illi tapprova illi l-Ftehim sabiex tieħu sehem fl-iskambju ta' informazzjoni u r-riċerka komuni u għaldaqstant jinkisbu l-għanijiet imsemmija, flimkien ma' l-Istati Membru u mingħajr preġudizzju għar-rwol li s'issa kellhom fil-qafas tal-Ftehim tad-9 ta' Ġunju, 1969; Billi l-atti futuri tal-Komunità mhumiex qegħdin jiġu preġudikati b'dan; Billi l-Ftehim tat-13 ta' Settembru 1983 jipprevedi l-iskambju ta' l-informazzjoni, ir-riċerka komuni u l-koperazzjoni fuq il-baħar, li min-natura tagħhom ma jikkostitwixxux regoli komuni li jistgħu jiġu effettwati mill-ftehim li l-Istati Membru jkunu jixtiequ jikkonkludu f'dan il-qasam, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-ftehim għall-koperazzjoni fil-mod kif jiġi trattat it-tniġġiż fil-Baħar tat-Tramuntana biż-żejt u sustanżi oħra perikolużi qiegħed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-istrument kif previst fl-Artikolu 18 tal-Ftehim. Magħmul fil-Lussemburgu, 28 Ġunju 1984. F'isem il-Kunsill Il-President H. Bouchardeau [1] ĠU C 40, tal-15.2.1984, pġ. 5. [2] ĠU C 127, ta' l-14.5.1984, pġ. 120. [3] ĠU C 112, ta' l-20.12.1973, pġ. 1 and ĠU C 139, tat-13.6.1977, pġ. 1. [4] ĠU C 46, tas-17.2.1983, pġ. 1. --------------------------------------------------