Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R0352

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 tal-20 ta’ Frar 1978 dwar l-akkreditazzjoni ta’ sigurtajiet, depożiti u garanziji mogħtija taħt il-politika agrikola komuni u sussegwentement sekwestrati

ĠU L 50, 22.2.1978, p. 1–2 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/352/oj

31978R0352



Official Journal L 050 , 22/02/1978 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0173
Greek special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0102
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0173
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0249
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0249


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78

tal-20 ta’ Frar 1978

dwar l-akkreditazzjoni ta’ sigurtajiet, depożiti u garanziji mogħtija taħt il-politika agrikola komuni u sussegwentement sekwestrati

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 miġjub fih,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2788/72 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(2) miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Billi taħt regolamenti tal-Komunità, sigurtajiet numerużi huma meħtieġa f’konnessjoni ma operati li għandhom x’jaqsmu ma prodotti agrikoli; billi disposizzjoni trid issir għall-akkreditazzjoni ta'sigurtajiet bħal dawn f'każijiet fejn ikunu sekwestrati;

Billi fil-maġġoranza tal-każijiet fejn siguratjiet huma sekwestrati, l-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) isofri telf finanzjarju jew għaliex iffinanzja miżura u l-operatur naqas li jilħaq l-obbligazzjonjiet tiegħu jew għaliex nuqqas bħal dan mill-operatur sussegwentement idaħħal il-FAEGG fi spiża; billi telf bħal dan għandu kosegwentement jiġi rimedjat permezz ta' l-użu ta' sigurtajiet sekwestrati biex inaqqsu l-ispiża tal-FAEGG;

Billi, madankollu, sigurtajiet li ma jkoprux riskju ta’ telf finanzjarju mill-FAEGG għandhom jinżammu mill-Istati Membri;

Billi sigurtajiet sekwestrati rigward operati ta’ għajnuna fl-ikel għandhom jintużaw biex titnaqqas l-ispiża konċernata;

Billi huwa tajjeb ukoll li sigurtajiet sekwestrati bħala parti minn operat speċifiku għandhom jintużaw biex inaqqsu l-ispiża li għandha x’taqsam ma dak it-tip ta’ operat;

Billi regoli simili diġa jeżistu f’ċerti setturi; billi għandhom jiġu mħassra,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu jgħodd għal kull sigurtà, depożitu jew garanzija fornita skond id-disposizzjonijiet adottati taħt il-politika agrikola komuni (minn issa l quddiem riferita bħala "sigurtà").

2. Madankollu, dan ir-Regolament m’għandux jgħodd għal kull sigurtà fornita

(a) f’ konnessjoni mal-ħruġ ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni jew importazzjoni ma’ jew mingħajr fissar bil-quddiem ta’ ammonti;

(b) taħt proċedura ta’ l-għoti ta’ l-offerti għall-uniku għan li jiżgura s-sottomissjoni permezz ta’ dawk li jagħmlu l-offerti ġenwini;

(ċ) sabiex jiġi garantit dazju li jikkostitwixxi parti mir-risorsi stess tal-Komunita kif definit fid-Deċiżjoni Nru 70/243/KEFA, KEE, Euratom [4], fejn l-ammont ta’ dazju bħal dan diġa’ ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2891/77 [5] u disponibbli lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

1. Kull sigurtà riferita fl-Artikolu 1 li hija sekwestrata għandha tintuża fl-intier tagħha mill-awtoritajiet jew il-korpi fl-Istati Membri biex tnaqqas l-ispiża tal-FAEGG.

2. Madankollu, kull sigurtà li hija sekwestrata rigward operati ta’ għajnuna fl-ikel għandha tintuża mill-awtoritajiet jew korpi li jħallsu fl-Istati Membri biex titnaqqas l-ispiża ta’ l-għajnuna fl-ikel konċernata.

Artikolu 3

1. Kull sigurtà riferita fl-Artikolu 2(1) għandha titnaqqas:

(a) mir-rifużjonijiet konċernati jekk l-operat kompletat jew propost rigward liema ġiet fornita s-sigurtà jikkonċerna kummerċ ma’ pajjiżi terzi;

(b) mill-ispiża ta’ l-intervent konċernata fil-każijiet l-oħra kollha.

2. Jekk l-ispiża li trid titħallas mill-FAEGG hija appoġġjata minn kontijiet, kontijiet bħal dawn għandhom jiġu akkreditati ma’ kull sigurtà riferita fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 4

L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2306/70 tal-10 ta’ Novembru 1970 dwar il-finanzjament ta’ l-ispiża ta’ l-intervent rigward is-suq intern f’ ħalib u prodotti tal-ħalib [6] u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 786/69 tat-22 ta’ April 1969 dwar il-finanzjament ta’ l-ispiża ta’ l-intervent rigward is-suq intern fi żjut u xaħmijiet [7] huma hawnhekk imħassra.

Artikolu 5

Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu adotti b’mod konformi mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika għal kull sigurtà sekwestrata mill-1 ta’ Jannar 1978.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Frar 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

Per Hækkerup

[1] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[2] ĠU L 295, tat-30.12.1972, p. 1.

[3] ĠU C 125, tat-8.6.1976, p. 34.

[4] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 19.

[5] ĠU L 336, tas-27.12.1977, p. 1.

[6] ĠU L 249, tas-17.11.1970, p. 4.

[7] ĠU L 105, tat-2.5.1969, p. 1.

--------------------------------------------------

Top