Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D1224(01)

    Rakkomandazzjoni Nru 1/2013 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk tas- 16 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)

    ĠU L 352, 24.12.2013, p. 78–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/1(3)/oj

    24.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 352/78


    RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2013 TAL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK

    tas-16 ta’ Diċembru 2013

    dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-istatus avvanzat (2013-2017)

    IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

    (2)

    Bis-saħħa tal-Artikolu 90 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jiżguraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jinkisbu.

    (3)

    Il-partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju approvaw it-test tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017).

    (4)

    Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju permezz tat-tfassil u l-adozzjoni, bi qbil bejn il-Partijiet, ta' miżuri konkreti li jipprovdu gwida prattika għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    (5)

    Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV għandu l-iskop doppju li jistabbilixxi miżuri konkreti għat-twettiq, mill-Partijiet, tal-obbligi stipulati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u li jipprovdi qafas aktar wiesa’ għat-tisħiħ ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk, sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ integrazzjoni ekonomika u biex japprofondixxi l-koperazzjoni politika, b’mod konformi mal-għanijiet ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju,

    ADOTTA R-RAKKOMANDAZZJONI LI ĠEJJA:

    Artikolu Uniku

    Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) (1), li jidher fl-Anness, sa fejn l-implimentazzjoni jkollha l-mira li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

    Il-President

    S. MEZOUAR


    (1)  Ara dokument ST 17584/13 fuq http:// register.consilium.europa.eu


    Top