Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0097

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 291, 31.10.2013, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 291, 31.10.2013, p. 47–47 (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/97/oj

31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 97/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2013 tad- 29 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1051/2011 fir-rigward tal-fajls tal-mikrodejta għat-trażmissjoni tad-dejta (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 7ca (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1051/2011) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendant minn:

32013 R 0081: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 81/2013 tal-29 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 28, 30.1.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 81/2013 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE ikunu ġew magħmula (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 28, 30.1.2013, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top