This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22006A1230(06)
#Agreement between the European Community and the Government of Malaysia on certain aspects of air services
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
ĠU L 414, 30.12.2006, p. 85–94
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 730–739
(MT)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
Official Journal L 414 , 30/12/2006 P. 0085 - 0094
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0730 - 0739
20061219 Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru IL-KOMUNITÀ EWROPEA minnnaħa waħda, u IL-GVERN TAL-MALAŻJA (minn hawn ‘il quddiem Malażja) min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Partijiet") GĦARFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet għal servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Malażja, li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f'konformità sħiħa ma' din sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Malażja u biex tiġi ppreservata l-kontinwità ta' dawn is-servizzi ta' l-ajru, FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali ta' servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f'kumpaniji ta' l-ajru liċenzjati f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea, FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru ma jistgħux, fil-prinċipju, jikkonkludu ftehimiet li jkollhom imnejn jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li l-għan jew l-effett tagħhom ikun il-prevenzjoni, ir-restrizjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni, FILWAQT LI JAGĦRFU li, fid-dawl ta' dak li jidher hawn fuq, id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Malażja li (i) jeżiġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew prattiki konċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot relevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta' kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika konċertata bħal dawn; jew (iii) jiddelegaw lil trasportaturi bl-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta' miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot relevanti jistgħu jagħmlu ineffettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, INNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Malażja, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta' l-ajru tal-Malażja, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta' ftehimiet bilaterali għal servizzi ta' l-ajru dwar id-drittijiet tat-traffiku. FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dispożizzjonijiet Ġenerali 1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "Stati Membri" tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 2. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti tal-ftehim jinftiehmu li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 3. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti tal-ftehim jinftiehmu bħala li qed jirreferu għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru deżinjati minn dak l-Istat Membru. Artikolu 2 Id-Deżinjazzjoni minn Stat Membru 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mill-Malażja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportaturi ta' l-ajru, rispettivament. 2. Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, il-Malażja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, ipprovdut li: (i) it-trasportatur ta' l-ajru ikun stabbilit fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jiddeżinja taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea; (ii) kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru jkun imħaddem u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika relevanti tkun identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll (iii) il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpanija ta' l-ajru jkun fl-Istat Membru mingħand min tkun irċeviet il-Liċenzja Operattiva valida; kif ukoll (iv) it-trasportatur ta' l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra. 3. Il-Malażja tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kumpanija ta' l-ajru minn Stat Membru fejn: (i) it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun qed jiddeżinjah taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew (ii) ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew (iii) it-trasportatur ta' l-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta' Stati oħra bħal dawn; jew (iv) it-trasportatur ta’ l-ajru ikun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn il-Malażja u xi Stat membru ieħor u l-Malażja turi li, billi jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew (v) il-kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata jkollha Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkunx hemm ftehimiet bilaterali ta' servizzi ta' l-ajru bejn il-Malażja u dak l-Istat Membru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad id-drittijiet tat-traffiku lill-kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata mill-Malażja; Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Malażja m’għandhiex tiddiskrimina bejn it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji fuq il-bażi ta' nazzjonalità. Artikolu 3 Is-sikurezza 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c). 2. Fejn Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) iddeżinja trasportatur ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum mit-tieni Stat Membru, id-drittijiet tal-Malażja taħt id-dispożizzjonijiet ta' sikurezza tal-ftehim bejn l-ewwel Stat Membru li ddeżinja t-trasportatur ta' l-ajru u l-Malażja għandu japplika b'mod ugwali fir-rispett ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta' l-istandards tas-sikurezza minn dak it-tieni Stat Membru u b'rispett ta' l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' dak it-trasportatur ta' l-ajru. Artikolu 4 It-tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jikkomplimentaw il-provożjonijiet li jikkorrispondu fl-artikoli elenkati fl-Anness II(d). 2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness II(d) m'għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' trasportatur ta' l-ajru deżinjat mill-Malażja li jopera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Artikolu 5 Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jikkomplimentaw il-provożjonijiet li jikkorrispondu fl-artikoli elenkati fl-Anness II(e). 2. It-tariffi li jiġu imposti mill-kumpanija/i ta' l-ajru deżinjata/i permezz ta' ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea. Artikolu 6 Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni 1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I m’għandu (1) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki mifthema li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kull ftehim, deċiżjoni jew prattika miftehma bħal dawn; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni. 2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I li huma inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jiġu applikati. Artikolu 7 Annessi għal dan il-Ftehim L-Annessi għal dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu. Artikolu 8 Reviżjonijiet jew emendi Il-Partijiet jistgħu, f’kull waqt, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku. Artikolu 9 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja 1. Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ġew kompluti. 2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet qablu biex japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. 3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Malażja li, fid-data ta’ l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull Ftehim u arranġament ta' dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tiegħu. Artikolu 10 Tmiem 1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I konċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin. 2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi […] b'żewġ kopji, fi […] jum ta' […, …] fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u dik Bahasa Melayu. Għall-Komunità Ewropea Għall-Gvern tal-Malażja -------------------------------------------------- 20061219 ANNESS I Lista ta' ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim a) Ftehimiet tas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Malażja u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament - Ftehim bejn il-Gvern Federali Awstrijakk u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fit- 22 ta’ Novembru 1976, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Awstrija" fl-Anness II; Immodifikat minn Memorandum ta’ Ftehim iffirmat fi Vjenna fit- 23 ta’ Awwissu 1990; Immodifikat l-aħħar minn Nota Verbali magħmula f’Kuala Lumpur fl- 14 ta’ Settembru 1994; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fis- 26 ta’ Frar 1974, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Belġju" fl-Anness II; Immodifikat l-aħħar bil-Minuti Maqbula magħmula fi Brussell fil- 25 ta’ Lulju 1978; Immodifikat l-aħħar bil-Minuti Maqbula magħmula f’Kuala Lumpur fl- 14 ta’ Ottubru 1993; - Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekaslovakka u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat fi Praga fit- 2 ta’ Mejju 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Repubblika Ċeka" fl-Anness II; Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim li sar fi Praga fit- 2 ta’ Mejju 1973; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fid- 19 ta’ Ottubru 1967, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Danimarka" fl-Anness II; - Abbozz ta’ Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tal-Malażja, inizjalat fl-1997 u 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Abbozz ta’ Ftehim Malażja — Danimarka" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fis- 6 ta’ Novembru 1997, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Finlandja" fl-Anness II; Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim li sar f’Kuala Lumpur fil- 15 ta’ Settembru 1997; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tal-Malażja dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Kuala Lumpur fit- 22 ta’ Mejju 1967, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Franza" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fit- 23 ta’ Lulju 1968, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Ġermanja" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Ungerija u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fis- 19 ta’ Frar 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Ungerija" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Irlanda u l-Gvern tal-Malażja dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Shannon fis- 17 ta’ Frar 1992, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Irlanda" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tal-Malażja u l-Gvern ta' l-Italja dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Kuala Lumpur fit- 23 ta’ Marzu 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Italja" fl-Anness II; Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim Kunfidenzjali li sar f’Ruma fit- 30 ta’ Novembru 1994; Immodifikat mill-Memorandum ta’ Ftehim Kunfidenzjali magħmul f’Kuala Lumpur fit- 18 ta’ Lulju 1997; Immodifikat mill-Agreed Record ta’ diskussjonijiet bejn il-Malażja u l-Italja magħmul f’Ruma fit- 18 ta’ Mejju 2005; Immodifikat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Londra fit- 18 ta’ Lulju 2006; - Ftehim bejn il-Gvern tal-Malażja u l-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu dwar is-servizzi bl-ajru, inizjalat f’Kuala Lumpur fid- 19 ta’ Lulju 2002, bħala ż-Żjieda II tal-Memorandum ta' Ftehim Kunfidenzjali u kien iffirmat f'Kuala Lumpur fid- 19 ta’ Lulju 2002; minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Lussemburgu" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat fil-Malażja fit- 12 ta’ Ottubru 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Malta" fl-Anness II; Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim li sar f’Valletta fit- 28 ta’ Frar 1984; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fil- 15 ta’ Diċembru 1966, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Olanda" fl-Anness II; Immodifikat minn Skambju ta’ Noti fil- 25 ta’ Marzu 1988; Immodifikat mill-Memorandum Kunfidenzjali tat- 23 ta’ Ottubru 1991; Immodifikat minn Skambju ta’ Noti magħmul f’Kuala Lumpur fl- 10 ta’ Mejju 1993; Immodifikat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim Kunfidenzjali mehmuż bħala Appendiċi A għal Minuti Maqbula magħmula f’Kuala Lumpur fid- 19 ta’ Settembru 1995; Immodifikat l-aħħar minn Skambju ta’ Noti magħmul f’Kuala Lumpur fit- 23 ta’ Mejju 1996; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja u l-Gvern tal-Malażja dwar it-trasport ċivili bl-ajru, iffirmat f’Kuala Lumpur fl- 24 ta’ Marzu 1975, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Polonja" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tal-Malażja u r-Repubblika Portugiża dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, inizjalat u ġie mehmuż bħala Żjieda II għall-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Kuala Lumpur fid- 19 ta’ Mejju 1998, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Portugall" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Ljubljana fit- 28 ta’ Ottubru 1997, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Slovenja" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern ta’ Spanja u l-Gvern tal-Malażja dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Kuala Lumpur fit- 23 ta’ Marzu 1993, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Spanja" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Kuala Lumpur fid- 19 ta’ Ottubru 1967, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Żvezja" fl-Anness II; - Abbozz ta’ Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Gvern tal-Malażja, inizjalat fl-1997 u 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "Abbozz ta’ Ftehim Malażja — Żvezja" fl-Anness II; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tal-Malażja dwar is-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Londra fl- 24 ta’ Mejju 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Malażja — Renju Unit" fl-Anness II; Immodifikat minn Skambju ta’ Noti magħmul f’Kuala Lumpur fl- 14 ta’ Settembru 1993; Immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Londra fit- 18 ta’ Jannar 2006; b) Ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Malażja u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament - Abbozz ta’ Memorandum ta' Ftehim mehmuż bħala Appendiċi 1 fl-Agreed Record magħmul f’Kuala Lumpur fil- 15 ta’ Diċembru 2004, li jimmodifika l-Ftehim Malażja-Renju Unit. -------------------------------------------------- 20061219 ANNESS II Lista ta' artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 6 ta' dan il-Ftehim (a) Deżinjazzjoni minn Stat Membru: - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Awstrija; - L-Artikolu 2 tal-Ftehim Malażja — Belġju; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Repubblika Ċeka; - L-Artikolu II tal-Ftehim Malażja — Danimarka; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Franza; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Ġermanja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Malażja — Finlandja; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Ungerija; - L-Artikolu 3 (1-2) tal-Ftehim Malażja — Irlanda; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Italja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Malażja — Malta; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Olanda; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Malażja — Polonja; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Portugall; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Slovenja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Malażja — Spanja; - L-Artikolu II tal-Ftehim Malażja — Żvezja; - L-Artikolu 3 (1-3) tal-Ftehim Malażja — Renju Unit; (b) Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi: - L-Artikolu 3 (4-7) tal-Ftehim Malażja — Awstrija; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Malażja — Belġju; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Repubblika Ċeka; - L-Artikolu III tal-Ftehim Malażja — Danimarka; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Finlandja; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Franza; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Ġermanja; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Ungerija; - L-Artikolu 3 (3-6) tal-Ftehim Malażja — Irlanda; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Malażja — Italja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Malta; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Olanda; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Polonja; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Portugall; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Slovenja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Spanja; - L-Artikolu III tal-Ftehim Malażja — Żvezja; - L-Artikolu 3 (4-6) tal-Ftehim Malażja — Renju Unit; (c) Is-sikurezza: - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Belġju; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Malażja — Ungerija; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Malażja — Italja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Malażja — Lussemburgu; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Malażja — Portugall; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Malażja — Spanja; - L-Artikolu 9A tal-Ftehim Malażja — Renju Unit; (d) It-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni: - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Awstrija; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Belġju; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Repubblika Ċeka; - L-Artikolu IV tal-Ftehim Malażja — Danimarka; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Malażja — Finlandja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Franza; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Ġermanja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Ungerija; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Malażja — Irlanda; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Malażja — Italja; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Malażja — Lussemburgu; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Malażja — Malta; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Olanda; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Malażja — Polonja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Portugall; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Slovenja; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Malażja — Spanja; - L-Artikolu IV tal-Ftehim Malażja — Żvezja; - L-Artikolu 6 ta' l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja — Żvezja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Malażja — Renju Unit; (e) Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea: - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Awstrija; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Malażja — Belġju; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Repubblika Ċeka; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Malażja — Finlandja; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Franza; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Ġermanja; - L-Artikolu VII tal-Ftehim Malażja — Danimarka; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Spanja; - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Malażja — Ungerija; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Malażja — Irlanda; - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Malażja — Italja; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Malażja — Lussemburgu; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Malażja — Malta; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Olanda; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Malażja — Polonja; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Malażja — Portugall; - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Malażja — Slovenja; - L-Artikolu VII tal-Ftehim Malażja — Żvezja; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Malażja — Renju Unit. -------------------------------------------------- 20061219 ANNESS III Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim (a) Ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (b) Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skond il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (c) Ir-Renju tan-Norveġja (skond il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); (d) IIl-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera). --------------------------------------------------