EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002A1221(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal dwar il-kummerċ fi prodotti tessili

ĠU L 348, 21.12.2002, p. 121–153 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

Related Council decision

22002A1221(01)



Official Journal L 348 , 21/12/2002 P. 0121 - 0153


Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Nepal dwar il-kummerċ fi prodotti tessili

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

IR-RENJU TAN-NEPAL,

min-naħa l-oħra,

JIXTIEQU jippromovu, bil-ħsieb ta' koperazzjoni permanenti u bil-kondizzjonijiet li jipprovdu kull sigurtà fil-kummerċ, l-iżvilupp dixxiplinat u ekwittabbli tal-kummerċ ta' prodotti tessili bejn il-Komunità Ewropea (hawnhekk iżjed 'il quddiem riferuta bħala "il-Komunità") u r-Renju tan-Nepal (hawnhekk iżjed 'il quddiem riferuta bħala "in-Nepal"),

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Dan il-Ftehim għandu japplika għall-kummerċ ta' prodotti tessili mniżżla fl-Anness I u li joriġinaw min-Nepal.

2. L-esportazzjonijiet min-Nepal fil-Komunità ta' prodotti mniżżla fl-Anness I u li joriġinaw min-Nepal għandhom, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ikunu ħielsa minn limiti kwantitattivi. Madankollu, sussegwentament jistgħu jiġu introdotti limiti kwantitattivi taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4.

3. Jekk jiġu introdotti limiti kwantitattivi, l-esportazzjonijiet tal-prodotti tessili li saru bla ħsara għal-limiti kwantitattivi għandhom ikunu bla ħsara għal sistema ta' iċċekkjar doppju kif speċifikat f'Protokoll A.

4. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-esportazzjonijiet tal-prodotti mniżżla fl-Anness II li mhumiex bla ħsara għal-limiti kwantitattivi għandhom ikunu bla ħsara għal sistema ta' iċċekkjar doppju msemmija fil-paragrafu 3.

5. Wara konsultazzjonijiet b'mod konformi mal-proċeduri mfassla fl-Artikolu 11, l-esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Anness I li mhumiex bla ħsara għal-limiti kwantitattivi barra dawk imniżżla fl-Anness II jistgħu jkunu bla ħsara, sussegwentament mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għas-sistema ta' iċċekkjar doppju riferuta fil-paragrafu 2 jew għal sistema ta' sorveljar minn qabel introdotta mill-Komunità.

6. Mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel it-tmiem ta' kull sena ta' Ftehim, il-Kummissjoni u n-Nepal se jagħmlu konsultazzjonijiet fuq il-ħtieġa li l-kategoriji mniżżla fl-Anness II jinżammu taħt iċċekkjar doppju, bil-ħsieb ta' sospenzjoni possibbli tal-kategoriji minn iċċekkjar doppju.

Artikolu 2

1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti tessili koperti b'dan il-Ftehim m'għandhomx ikunu bla ħsara għal-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Ftehim, basta dawn ikunu dikjarati li huma għal ri-esportazzjoni barra mill-Komunità fl-istess stat jew wara li dawn ġew proċessati, fil-kwadru tas-sistema amministrattiva ta' kontroll li teżisti fil-Komunità. Madankollu, ir-rilaxx għall-użu fid-dar ta' prodotti importati fil-Komunità taħt il-kondizzjonijiet riferuti hawn fuq għandhom ikunu bla ħsara għall-produzzjoni ta' liċenza għall-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tan-Nepal, u għall-prova ta' l-oriġini b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' Protokoll A.

2. Fejn l-awtoritajiet tal-Komunità ikxfu li xi importazzjonijiet ta' prodotti tessili ġew impaċija kontra xi limitu kwantitattiv stabbilit taħt dan il-Ftehim, imma li l-prodotti kienu sussegwentament esportati mill-ġdid barra mill-Komunità, l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tan-Nepal fi żmien erba' ġimgħat bil-kwantitajiet involuti u għandhom jawtorizzaw importazzjonijiet ta' kwantitajiet identiċi ta' l-istess prodotti, li mhux se jkunu impaċija kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit taħt dan il-Ftehim Protokoll għas-sena kurrenti jew għas-sena ta' wara, kif xieraq.

Artikolu 3

Jekk jiġu introdotti limiti kwantitattivi taħt l-Artikolu 4, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. F'kwalunkwe sena tal-Ftehim l-użu avvanzat ta' parti mil-limit kwantitattiv stabbilit għas-sena li ġejja tal-Ftehim hu awtorizzat għal kull kategorija ta' prodotti sa 5 % tal-limitu kwantitattiv għas-sena kurrenti tal-Ftehim.

L-ammonti mqassma minn qabel għandhom jiġu imnaqqsa mil-limiti kwantitattivi korrispondenti stabbiliti għas-sena li ġejja tal-Ftehim.

2. L-ammont trasferit għas-sena ta' wara tal-Ftehim mil-limitu kwantitattiv korrispondenti ta' l-ammonti mhux użati matul xi sena ta' xi Ftehim hu awtorizzat għal kull kategorija ta' prodotti sa 10 % tal-limitu kwantitattiv għas-sena kurrenti tal-Ftehim.

3. Trasferimenti b'rispett għall-kategoriji fi grupp I m'għandhomx isiru minn kwalunkwe kategorija ħlief kif ġej:

- trasferimenti bejn kategoriji 2 u 3 u mill-kategorija 1 għall-kategoriji 2 u 3 jistgħu jsiru sa 12 % tal-limiti kwantitattivi għall-kategorija li fih isir it-trasferiment,

- trasferimenti bejn kategoriji 4, 5, 6, 7 u 8 jistgħu jsiru sa 12 % tal-limiti kwantitattivi għall-kategorija li fih isir it-trasferiment.

Trasferimenti f'kwanunkwe kategorija fi gruppi II, III, IV u V jistgħu jsiru minn kwalunkwe kategorija jew kategoriji fi gruppi I, II, III, IV u V sa 12 % tal-limitu kwantitattiv għal kategorija li fiha jsir it-trasferiment.

4. Il-lista t'ekwivalanza applikabbli għat-trasferimenti riferuti iżjed 'il fuq hi mogħtija fl-Anness I.

5. Iż-żieda f'kwalunkwe kategorija ta' prodotti bħala riżultat ta' l-applikazzjoni kumulattiva tad-disposizzjonijiet fil-paragrafi 1, 2 u 3 hawn fuq matul xi sena ta' Ftehim ma tistax taqbeż il-limiti li ġejjin:

- 17 % għall-kategoriji ta' prodotti fi gruppi I, II, III, IV u V.

6. L-awtoritajiet tan-Nepal għandhom javżaw lill-Parti l-oħra fl-eventwalità ta' rikors tad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, għallinqas 15-il ġurnata minn qabel.

Artikolu 4

1. L-esportazzjonijiet ta' prodotti tessili mniżżla fl-Anness I jistgħu jsiru bla ħsara għal-limiti kwantitattivi fuq il-kondizzjonijiet imfassla fil-paragrafi li ġejjin.

2. Fejn il-Komunità issib, taħt it-tfassil tas-sistema ta' kontroll amministrattiv, li l-livell ta' importazzjonijiet ta' prodotti ta' ċerta kategorija imniżżla fl-Anness I li joriġinaw min-Nepal jaqbeż, meta mqabbel ma' l-importazzjonijiet totali tas-sena ta' qabel fil-Komunità mis-sorsi kollha ta' prodotti f'dik il-kategorija, ir-rati li ġejjin:

- 2 % għall-kategoriji ta' prodotti fi grupp I,

- 8 % għall-kategoriji ta' prodotti fi grupp II,

- 15 % għall-kategoriji ta' prodotti fi gruppi III, IV u V.

Hi tista' titlob il-bidu ta' konsultazzjonijiet b'mod konformi mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 11, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar livell xieraq ta' restrizzjoni għall-prodotti fit-tali kategorija.

3. Sakemm tinstab soluzzjoni sodisfaċenti reċiproka, in-Nepal taċċetta, mid-data ta' l-avviż tat-talba għall-konsultazzjonijiet, li tissospendi jew tillimita skond il-livell indikat mill-Komunità l-esportazzjonijiet tal-kategorija ta' prodotti in kwestjoni jew għar-reġjun jew reġjuni tas-suq tal-Komunità speċifikati mill-Komunità.

Il-Komunità għandha tawtorizza l-importazzjoni ta' prodotti tal-kategorija imsemmija li ġew mgħobbija min-Nepal qabel id-data li fiha ġiet sottomessa t-talba għall-konsultazzjonijiet.

4. Jekk il-Partijiet ma jirnexxielhomx matul il-konsultazzjonijiet jilħqu soluzzjoni soddisfaċenti fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 11, il-Komunità għandha jkollha d-dritt li tintroduċi limitu kwantitattiv definittiv fuq livell annwali ta' mhux inqas mil-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola mfassla fil-paragrafu 2, jew 106 % tal-livell ta' importazzjonijiet magħmula matul is-sena kalendarja qabel dik li fiha l-importazzjonijiet qabżu l-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola mfassla fil-paragrafu 2 u li tat bidu għat-talba ta' konsultazzjonijiet, skond liema hu l-għola.

Il-livell annwali ffissat hekk għandu jiġi revedut 'il fuq wara l-konsultazzjonijiet b'mod konformi mal-proċedura riferuta fil-paragrafu 11, bil-ħsieb li jintlaħqu l-kondizzjonijiet mfassla fil-paragrafu 2, jekk it-tendenza ta' l-importazzjonijiet totali fil-Komunità tal-prodott in kwestjoni jagħmlu dan neċessarju.

5. Ir-rata ta' tkabbir annwali għal-limiti kwantitattivi introdotti taħt dan l-Artikolu għandha tkun determinata b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' Protokoll B.

6. Dan l-Artikolu m'għandux japplika fejn ir-rati speċifikati fil-paragrafu 2 intlaħqu bħala riżultat ta' tnaqqis fl-importazzjonijiet totali fil-Komunità, u mhux bħala riżultat ta' żieda fl-esportazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw min-Nepal.

7. Fl-eventwalità li jiġu applikati paragrafi 2, 3, jew 4, in-Nepal jaċċetta li joħroġ liċenzi għall-esportazzjoni ta' prodotti koperti mill-kuntratti konklużi qabel l-introduzzjoni tal-limitu kwantitattiv, sal-volum tal-limitu kwantitattiv stabbilit.

8. Sad-data ta' komunikazzjoni ta' l-istatistiċi riferuti fl-Artikolu 9(6), paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika fuq il-bażi ta' l-istatistiċi annwali komunikati qabel mill-Komunità.

Artikolu 5

1. Bil-ħsieb li jassiguraw il-funzjoni effettiva ta' dan il-Ftehim, il-Komunità u n-Nepal jaqblu li jikkoperaw bi sħiħ sabiex ma jħallux, jinvestigaw u jieħdu kwalunkwe azzjoni legali u/jew amministrattiva neċessarja kontra ċ-ċirkumvenzjoni b'trasbord, b'direttorar mill-ġdid, b'dikjarazzjoni falza li għandha x'taqsam mal-pajjiż jew mal-post ta' l-oriġini, b'falsifikazzjoni ta' dokumenti, b'dikjarazzjoni falza li għandha x'taqsam mal-kontenut tal-fibra, b'deskrizzjoni tal-kwantitajiet jew klassifikazzjoni ta' merkanzija u b'kwalunkwe mezz ieħor. Għalhekk, in-Nepal u l-Komunità jaqblu li jistabbilixxu d-disposizzjonijiet legali u l-proċeduri amministrattivi neċessarji li jippermettu li tittieħed azzjoni effettiva kontra t-tali ċirkumvenzjoni, li għandhom jinkludu l-adozzjoni ta' miżuri korrettivi li jorbtu legalment kontra l-esportaturi u/jew l-importaturi involuti.

2. Jekk il-Komunità temmen, fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli, li dan il-Ftehim qed ikun ċirkumvenzjonat, il-Komunità għandha tikkonsulta lin-Nepal bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti reċiproka. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara d-data tat-talba.

3. Sakemm joħorġu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet riferuti fil-paragrafu 2, in-Nepal għandha, bħala miżura ta' prekawzjoni, jekk il-Komunità titlob hekk, tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tassigura li, fejn hemm provi biżżejjed ta' ċirkumvenzjoni, tibdil tal-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt l-Artikolu 4, li jiġu miftehma wara l-konsultazzjonijiet riferuti f`paragrafu 2, jistgħu jsiru għas-sena ta' kwota li fiha saret it-talba biex jinfetħu konsultazzjonijiet b'mod konformi mal-paragrafu 2, jew għas-sena ta' wara jekk il-kwota tas-sena kurrenti tkun inqabżet.

4. Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu, matul il-konsultazzjoni riferuta fil-paragrafu 2 jilħqu soluzzjoni reċiproka sodisfaċenti, il-Komunità għandha jkollha d-dritt:

(a) fejn hekk provi biżżejjed li prodotti li joriġinaw min-Nepal kienu importati b'ċirkumvenzjoni ta' dan il-Ftehim, li tpaċi l-kwantitajiet relevanti kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt l-Artikolu 4;

(b) fejn hemm provi biżżejjed li juru li saret dikjarazzjoni falza dwar il-kontenut tal-fibra, il-kwantitajiet, id-deskrizzjoni jew il-klassifika tal-prodotti li joriġinaw min-Nepal, li tirrifjuta li timporta l-prodotti in kwestjoni;

(ċ) jekk ikun jidher li t-territorju tan-Nepal hu involut fi trasbord jew b'direttorar mill-ġdid ta' prodotti li ma joriġinawx min-Nepal, li tintroduċi limiti kwantitattivi kontra l-istess prodotti li joriġinaw min-Nepal jekk huma mhumiex diġà bla ħsara għal-limiti kwantitattivi, jew li tieħu kwalunkwe miżura oħra xierqa.

5. Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu sistema ta' koperazzjoni amministrattiva biex ma jħallux u li jindirizzaw effettivament kull problema li tqum minn ċirkumvenzjoni b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-Protokoll A.

Artikolu 6

I n-Nepal għandha tissorvelja l-esportazzjonijiet tagħha ta' prodotti taħt ir-restrizzjoni jew is-sorveljanza fil-Komunità. Jekk isir xi bdil għall-għarrieda u li jagħmel il-ħsara lil kif isir il-kummerċ tradizzjonali, il-Komunità għandha tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet biex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għal dawk il-problemi. It-tali konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien ħmistax-il ġurnata ta' xogħol minn meta dawn jiġu mitluba mill-Komunità.

2. In-Nepal għandha tħabbrek biex tassigura li esportazzjonijiet ta' prodotti tessili bla ħsara għal-limiti kwantitattivi fil-Komunità huma mqassma kemm jista' jkun indaqs matul is-sena dovuta waqt li tingħata attenzjoni b'mod partikolari lill-fatturi ta' l-istaġun.

Artikolu 7

Fl-eventwalità ta' denunzja ta' dan il-Ftehim kif previst fl-Artikolu 14(3), il-limiti kwantitattivi stabbiliti skond dan il-Ftehim għandhom jiġu imnaqqsa fuq bażi a pro rata temporis sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor bi qbil komuni.

Artikolu 8

1. Il-klassifika tal-prodotti koperti b'dan il-Ftehim hi bbażata fuq it-tariffi u n-nomenklatura statistika tal-Komunità (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa n-"nomenklatura magħquda" jew, f'forma "NM").

Fejn kwalunkwe deċiżjoni dwar il-klassifika twassal għal bidla fil-prattika ta' klassifika jew għal bidla fil-kategorija ta' kwalunkwe prodott li hu bla ħsara għal dan il-Ftehim il-prodotti affetwati għandhom jimxu mar-reġim fil-kummerċ applikabbli għall-prattika jew għall-kategorija li huma jaqgħu taħtha wara t-tali bdil.

Kwalunkwe emenda fin-nomenklatura magħquda magħmula b'mod konformi mal-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mal-kategoriji ta' prodotti koperti b'dan il-Ftehim jew kwalunkwe deċiżjoni li għandha x'taqsam mal-klassifika tal-merkanzija m'għandiex ikollha l-effett li jitnaqqsu l-limiti kwantitattivi introdotti skond dan il-Ftehim.

2. L-oriġini tal-prodotti koperti b'dan il-Ftehim għandu jkun determinat b'mod konformi mar-regoli ta' l-oriġini fis-seħħ fil-Komunità.

Kwalunkwe emenda f'dawn ir-regoli ta' oriġini għandha tkun komunikata lin-Nepal u m'għandux ikollha l-effett li jitnaqqas kwalunkwe limitu kwantitattiv stabbilit skond dan il-Ftehim.

Il-proċeduri ta' kontroll ta' l-oriġini tal-prodotti riferuti hawn fuq huma imfassla f'Protokoll A.

Artikolu 9

1. In-Nepal għandha tforni lill-Kummissjoni b'informazzjoni preċisa ta' statistika dwar kull liċenza ta' esportazzjoni maħruġa għall-kategoriji ta' prodotti tessili li huma bla ħsara għal-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Ftehim, jew għal sistema ta' iċċekjar doppju espressa fi kwantitajiet u f'termini ta' valur u imqassma mill-Istati Membri tal-Komunità.

2. Il-Komunità għandha wkoll tibgħat lill-awtoritajiet tan-Nepal informazzjoni preċisa ta' statistika dwar awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-Komunità u statistika ta' importazzjonijiet ta' prodotti koperti bis-sistema riferuta fl-Artikolu 4(2).

3. Għall-kategoriji kollha ta' prodotti, l-informazzjoni riferuta hawn fuq għandha tiġi mibgħuta qabel l-aħħar tax-xahar wara x-xahar li għalih jirreferu l-istatistiċi.

4. Fuq talba mill-Komunità, in-Nepal għandha tforni statistika ta' importazzjoni għall-prodotti kollha koperti bl-Anness I.

5. Jekk jinstab wara l-analiżi ta' l-informazzjoni skambjata li hemm diskrepanzi sinjifikanti bejn id-dħul mill-esportazzjonijiet u dak mill-importazzjonijiet, jistgħu jinbdew konsultazzjonijet b'mod konformi mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 11.

6. Għall-iskop li jiġu applikati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4, il-Komunità taċċetta li tipprovdi lill-awtoritajiet tan-Nepal qabel il-15 ta' April ta' kull sena bl-istatistiċi tas-sena ta' qabel dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti kollha tessili koperti b'dan il-Ftehim, imqassma mill-pajjiż li jissupplixxi u mill-Istati Membri tal-Komunità.

Artikolu 10

Il-Partijiet jaqblu li kull sena jeżaminaw it-tendenza fil-kummerċ tal-prodotti tessili u ħwejjeġ, fil-parametri tal-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 11 u fuq il-bażi ta' l-istatistika riferuta fl-Artikolu 9.

Artikolu 11

1. Ħlief fejn hu previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, il-proċeduri tal-konsultazzjonijiet riferuti f'dan il-Ftehim għandhom jkunu immexxija mid-disposizzjonijiet li ġejjin:

- sa fejn ikun possibbli l-konsultazzjonijiet għandhom isiru perjodikament. Jistgħu jsiru wkoll konsultazzjonijiet żejda speċifiċi;

- kwalunkwe talba għall-konsultazzjonijiet għandha tiġi notifikata bil-miktub lill-Parti l-oħra;

- fejn ikun xieraq, it-talba għall-konsultazzjonijiet għandha tkun segwita f'perjodu raġonevoli, u f'kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara in-notifika b'rapport li jfassal iċ-ċirkostanzi li, fl-opinjoni tal-Parti li għamlet it-talba, jiġġustifika s-sottomessa għat-tali talba;

- il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet fi żmien massimu ta' xahar min-notifika tat-talba, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim jew konkluzzjoni aċċettabbli miż-żewġ partijiet fi żmien massimu ta' xahar ieħor;

- dawn il-perjodi jistgħu jiġu imtawla bi qbil komuni.

2. Il-Komunità tista' titlob konsultazzjonijiet b'mod konformi ma' paragrafu 1 meta hi tkun żgura li matul xi sena partikolari ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim qamu xi diffikultajiet fil-Komunità jew f'wieħed mir-reġjun tagħha minħabba żieda qawwija u sostanzjali, meta mqabbla mas-sena ta' qabel, fl-importazzjonijiet ta' xi kategorija mogħtija ta' Grupp I bla ħsara għal-limiti kwantitattivi stabbiliti skond dan il-Ftehim.

3. Fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet, għandhom isiru konsultazzjonijiet dwar kwalunkwe problema li tinqala' minħabba l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Kwalunkwe konsultazzjoni li issir taħt dan l-artikolu għandha issir bi spirtu ta' koperazzjoni u bix-xewqa li jitranġaw id-differenzi bejn il-Partijiet.

Artikolu 12

Fil-każ li jinqalgħu xi problemi minħabba l-protezzjoni ta' trade marks, disinni industrijali jew drittijiet oħra ta' proprjetà intelletwali, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe Parti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti.

Artikolu 13

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, fuq naħa waħda, għat-territorji li fihom hu applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet imfassla f'dak it-Trattat u, fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju tan-Nepal.

Artikolu 14

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara d-data li fiha il-Partijiet javżaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri neċessarji għal dak il-għan. Sa dan it-tant, dan għandu jkun applikabbli fuq bażi proviżorja, bla ħsara għar-reċiproċità.

2. Dan il-Ftehim għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2004.

Għandha issir reviżjoni ta' l-operazzjoni ta' dan il-Ftehim qabel l-adeżjoni tan-Nepal mal-WTO, sabiex jingħata kont tal-konsegwenzi tiegħu.

3. Kull Parti tista' f'kwalunkwe żmien tipproponi tibdiliet għal dan il-Ftehim jew tiddenunzjah, basta almenu jingħata avviż minn sitt xhur qabel. F'dak il-każ, dan il-Ftehim għandu jintemm meta jiskadi l-perjodu ta' l-avviż.

4. Il-Partijiet jaqblu li jidħlu f'konsultazzjonijiet mhux aktar tard minn sitt xhur qabel dan il-Ftehim jiskadi bil-ħsieb li possibilment jikkonkludu Ftehim ġdid.

5. L-Annessi, il-Protokolli, il-Minuti Miftehma, id-Dikjarazzjonijiet u l-ittri skambjati jew mehmuża ma' dan il-Ftehim, għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 15

Dan il-Ftehim għandu jkun imfassal f'żewġ kopji fil-lingwi tad-Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, Svediż u Nepaliż, kull test ikun awtentiku ndaqs.

Għall-Komunità Ewropea

Għar-Renju tan-Nepal

--------------------------------------------------

ANNESS I

PRODOTTI TESSILI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-merkanzija hu meqjus li hu biss ta' valur indikattiv, billi l-prodotti koperti f'kull kategorija huma determinati, f'dan l-Anness, bil-kodiċi NM. Fejn hemm is-simbolu "ex" qabel il-kodiċi NM, il-prodotti koperti f'kull kategorija huma determinati bl-iskop tal-kodiċi NM u b'dak tad-deskrizzjoni korrispondenti.

2. Meta l-materjal essenzjali tal-prodotti tal-kategoriji mill-1 sal-114 ma jkunx imsemmi speċifikament, dawn il-prodotti għandhom jitqiesu li huma magħmula esklussivament mis-suf jew minn xagħar fin ta' l-annimali, mill-qoton jew minn fibri mhux naturali.

3. Ħwejjeġ li mhumiex rikonoxxuti bħala ħwejjeġ għall-irġiel jew għas-subien jew bħala ħwejjeġ tan-nisa jew tal-bniet huma klassifikati ma' dawn ta' l-aħħar.

4. Fejn tintuża l-espressjoni

"ħwejjeġ tat-trabi"

, din għandha tkopri ħwejjeġ sa u tinkludi id-daqs kummerċjali 86.

Kategorija | Deskrizzjoni Kodiċi-NM 2002 | Tabella ta' ekwivalanza |

biċċiet/kg | g/biċċa |

(1) | (2) | (3) | (4) |

GRUPP I A

1 | Ħjut tal-qoton, mhux maħruġa għall-bejgħ bl-imnut 52041100, 52041900, 52051100, 52051200, 52051300, 52051400, 52051510, 52051590, 52052100, 52052200, 52052300, 52052400, 52052600, 52052700, 52052800, 52053100, 52053200, 52053300, 52053400, 52053500, 52054100, 52054200, 52054300, 52054400, 52054600, 52054700, 52054800, 52061100, 52061200, 52061300, 52061400, 52061510, 52061590, 52062100, 52062200, 52062300, 52062400, 52062510, 52062590, 52063100, 52063200, 52063300, 52063400, 52063500, 52064100, 52064200, 52064300, 52064400, 52064500, ex56049000 | | |

2 | Drapp minsuġ mill-qoton, barra mill-garża, drapp terri, drapp tal-pil, drapp tax-xinilja, tull u drapp ieħor tax-xibka: 52081110, 52081190, 52081216, 52081219, 52081296, 52081299, 52081300, 52081900, 52082110, 52082190, 52082216, 52082219, 52082296, 52082299, 52082300, 52082900, 52083100, 52083216, 52083219, 52083296, 52083299, 52083300, 52083900, 52084100, 52084200, 52084300, 52084900, 52085100, 52085210, 52085290, 52085300, 52085900, 52091100, 52091200, 52091900, 52092100, 52092200, 52092900, 52093100, 52093200, 52093900, 52094100, 52094200, 52094300, 52094910, 52094990, 52095100, 52095200, 52095900, 52101110, 52101190, 52101200, 52101900, 52102110, 52102190, 52102200, 52102900, 52103110, 52103190, 52103200, 52103900, 52104100, 52104200, 52104900, 52105100, 52105200, 52105900, 52111100, 52111200, 52111900, 52112100, 52112200, 52112900, 52113100, 52113200, 52113900, 52114100, 52114200, 52114300, 52114910, 52114990, 52115100, 52115200, 52115900, 52121110, 52121190, 52121210, 52121290, 52121310, 52121390, 52121410, 52121490, 52121510, 52121590, 52122110, 52122190, 52122210, 52122290, 52122310, 52122390, 52122410, 52122490, 52122510, 52122590, ex58110000, ex63080000 | | |

2 a) | Mil-liema: Barra minn dawk bliċjati jew le 52083100, 52083216, 52083219, 52083296, 52083299, 52083300, 52083900, 52084100, 52084200, 52084300, 52084900, 52085100, 52085210, 52085290, 52085300, 52085900, 52093100, 52093200, 52093900, 52094100, 52094200, 52094300, 52094910, 52094990, 52095100, 52095200, 52095900, 52103110, 52103190, 52103200, 52103900, 52104100, 52104200, 52104900, 52105100, 52105200, 52105900, 52113100, 52113200, 52113900, 52114100, 52114200, 52114300, 52114910, 52114990, 52115100, 52115200, 52115900, 52121310, 52121390, 52121410, 52121490, 52121510, 52121590, 52122310, 52122390, 52122410, 52122490, 52122510, 52122590, ex58110000, ex63080000 | | |

3 | Drapp minsuġ minn fibri sintetiki (maqtugħ jew żejjed) barra minn drapp dejjaq minsuġ, drapp tal-pil (inkluż drapp tat-terri) u drapp tax-xinilja 55121100, 55121910, 55121990, 55122100, 55122910, 55122990, 55129100, 55129910, 55129990, 55131120, 55131190, 55131200, 55131300, 55131900, 55132110, 55132130, 55132190, 55132200, 55132300, 55132900, 55133100, 55133200, 55133300, 55133900, 55134100, 55134200, 55134300, 55134900, 55141100, 55141200, 55141300, 55141900, 55142100, 55142200, 55142300, 55142900, 55143100, 55143200, 55143300, 55143900, 55144100, 55144200, 55144300, 55144900, 55151110, 55151130, 55151190, 55151210, 55151230, 55151290, 55151311, 55151319, 55151391, 55151399, 55151910, 55151930, 55151990, 55152110, 55152130, 55152190, 55152211, 55152219, 55152291, 55152299, 55152910, 55152930, 55152990, 55159110, 55159130, 55159190, 55159211, 55159219, 55159291, 55159299, 55159910, 55159930, 55159990, 58039030, ex59050070, ex63080000 | | |

3 a) | Mil-liema: Barra minn dawk bliċjati jew le 55121910, 55121990, 55122910, 55122990, 55129910, 55129990, 55132110, 55132130, 55132190, 55132200, 55132300, 55132900, 55133100, 55133200, 55133300, 55133900, 55134100, 55134200, 55134300, 55134900, 55142100, 55142200, 55142300, 55142900, 55143100, 55143200, 55143300, 55143900, 55144100, 55144200, 55144300, 55144900, 55151130, 55151190, 55151230, 55151290, 55151319, 55151399, 55151930, 55151990, 55152130, 55152190, 55152219, 55152299, 55152930, 55152990, 55159130, 55159190, 55159219, 55159299, 55159930, 55159990, ex58039030, ex59050070, ex63080000 | | |

GRUPP I B

4 | Qomos, T-shirts, roll ħafif meħjut fin, jumpers u pullovers b'għonq għoli magħluq ma' l-għonq jew powlonek (barra dawk magħmulin mis-suf jew mix-xagħar fin ta' l-annimali), flokkijiet ta' taħt u affarijiet simili, innitjati jew maħduma bil-kroxè 61051000, 61052010, 61052090, 61059010, 61091000, 61099010, 61099030, 61102010, 61103010 | 6,48 | 154 |

5 | Ġersijiet, pullovers, libsa li tinżel mir-ras, s dieri, twinsets, kardigans, ġgieget tas-sodda u ġampers (barra minn ġgieget u blazers), anoraks, ġakketta ħoxna biex tilqa' r-riħ, ġgieget sal-qadd u affarijiet simili, innitjati jew maħduma bil-kroxè 61011090, 61012090, 61013090, 61021090, 61022090, 61023090, 61101110, 61101130, 61101190, 61101210, 61101250, 61101910, 61101990, 61102091, 61102099, 61103091, 61103099 | 4,53 | 221 |

6 | Ċingi maħduma ta' l-irġiel jew tas-subien, xorts barra l-ilbies għall-għawm u qliezet (inkluż qlieżet dojoq); qliezet u qliezet dojoq maħduma tan-nisa jew bniet, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri mhux naturali; il-partijiet t'isfel ta' treksjuts bil-kisja, barra mill-kategoriji 16 jew 29, tal-qoton jew minn fibri mhux naturali 62034110, 62034190, 62034231, 62034233, 62034235, 62034290, 62034319, 62034390, 62034919, 62034950, 62046110, 62046231, 62046233, 62046239, 62046318, 62046918, 62113242, 62113342, 62114242, 62114342 | 1,76 | 568 |

7 | Blużi tan-nisa jew tal-bniet, qomos u qomos-blużi, kemm jekk innitjati jew maħduma bil-kroxè kif ukoll jekk le, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 61061000, 61062000, 61069010, 62062000, 62063000, 62064000 | 5,55 | 180 |

8 | Qomos ta' l-irġiel jew tas-subien, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 62051000, 62052000, 62053000 | 4,60 | 217 |

GRUPP II A

9 | Drapp tax-xugamani tat-terri u drapp simili tat-terri minsuġ tal-qoton; għażel tat-tojlit u tal-kċina, barra minn dak innitjat jew maħdum bil-kroxè, drapp tax-xugamani tat-terri u drapp minsuġ tat-terri, tal- 58021100, 58021900, ex63026000 | | |

20 | Għażel tas-sodda, barra dak innitjat jew maħdum bil-kroxè 63022100, 63022290, 63022990, 63023110, 63023190, 63023290, 63023990 | | |

22 | Ħjut tas-stejpil jew fibri sintetiċi żejda, mhux maħruġa għall-bejgħ bl-imnut 55081011, 55081019, 55091100, 55091200, 55092110, 55092190, 55092210, 55092290, 55093110, 55093190, 55093210, 55093290, 55094110, 55094190, 55094210, 55094290, 55095100, 55095210, 55095290, 55095300, 55095900, 55096110, 55096190, 55096200, 55096900, 55099110, 55099190, 55099200, 55099900 | | |

22 a) | Mil-liema akriliku ex55081019, 55093110, 55093190, 55093210, 55093290, 55096110, 55096190, 55096200, 55096900 | | |

23 | Ħjut tas-stejpil jew fibri artifiċjali żejda, mhux maħruġa għall-bejgħ bl-imnut 55082010, 55101100, 55101200, 55102000, 55103000, 55109000 | | |

32 | Drapp tal-pil u drapp tax-xinilja maħdum (barra minn drapp tax-xugamani tat-terri u drapp tat-terri minsuġ tal-qoton u drapp dejjaq maħdum) u uċuħ tessili li għandhom troffi, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 58011000, 58012100, 58012200, 58012300, 58012400, 58012500, 58012600, 58013100, 58013200, 58013300, 58013400, 58013500, 58013600, 58022000, 58023000 | | |

32 a) | Mil-liema :Qoton korduroy 58012200 | | |

39 | Għażel tal-mejda, għażel tat-tojlit u tal-kċina, barra minn dak innitjat jew maħdum bil-kroxè, barra minn dak tad-drapp tax-xugamani tat-terri jew drappijiet tat-terri simili tal-qoton 63025110, 63025190, 63025390, ex63025900, 63029110, 63029190, 63029390, ex63029900 | | |

GRUPP II B

12 | Tajts tan-nisa u tajts, k alzetti twal, understockings, kalzetti qosra, kalzetti sa l-għaksa, sockettes u affarijiet simili, innitjati jew maħduma bil-kroxè, barra minn dawk tat-trabi, inkluż il-kalzetti twal għall-vini varikożi, barra mill-prodotti tal-kategorija 70 61151200, 61151900, 61152011, 61152090, 61159100, 61159200, 61159310, 61159330, 61159399, 61159900 | 24,3 pari | 41 |

13 | Qliezet ta' taħt u qliezet ta' taħt imqaċtin ta' l-irġiel u tas-subien, qliezet ta' taħt u qliezet ta' taħt imqaċtin tan-nisa u tal-bniet, innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 61071100, 61071200, 61071900, 61082100, 61082200, 61082900, ex62121010 | 17 | 59 |

14 | Kowtijiet ta' barra minsuġa ta' l-irġiel jew tas-subien, inċirati u kowtijiet oħrajn, kapep, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri tessili mhux naturali (barra mill-parkas) (tal-kategorija 21) 62011100, ex62011210, ex62011290, ex62011310, ex62011390, 62102000 | 0,72 | 1389 |

15 | Kowtijiet ta' barra minsuġa tan-nisa jew tal-bniet, inċirati u kowtijiet oħrajn, kapep; ġgieget u blażers, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri tessili mhux naturali (barra mill-parkas) (tal-kategorija 21) 62021100, ex62021210, ex62021290, ex62021310, ex62021390, 62043100, 62043290, 62043390, 62043919, 62103000 | 0,84 | 1190 |

16 | Sjuts u tibdiliet li jikkonsistu f'iżjed minn biċċa waħda ta' l-irġiel jew subien, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal- qoton jew tal-fibri mhux naturali, barra mill-ilbies tax-xi; treksjuts ta' l-irġiel jew tas-subien bil-kisja, bil-parti ta' barra magħmula mill-istess materjal, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 62031100, 62031200, 62031910, 62031930, 62032100, 62032280, 62032380, 62032918, 62113231, 62113331 | 0,80 | 1250 |

17 | Ġgieget jew blażers ta' l-irġiel jew tas-subien, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 62033100, 62033290, 62033390, 62033919 | 1,43 | 700 |

18 | Ħwejjeġ magħmula minn parti waħda ta' l-irġiel jew tas-subien u flokkijiet ta' taħt oħra, qliezet ta' taħt, qliezet ta' taħt imqaċċta, qomos ta' bil-lejl, piġami, togi tal-banju, ilbiesi ta' ġewwa (dressing gowns) u artikoli simili, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè 62071100, 62071900, 62072100, 62072200, 62072900, 62079110, 62079190, 62079200, 62079900 Ħwejjeġ li jikkonsistu minn biċċa waħda tan-nisa jew tal-bniet u flokkijiet ta' taħt oħra, ilbiesi li jidħlu mir-ras, ilbiesi ta' taħt, qliezet ta' taħt u qliezet ta' taħt imqaċtin, ilbiesi ta' bil-lejl, piġami, négligees, togi tal-banju, ilbiesi ta' ġewwa (dressing gowns) u affarijiet simili, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè 62081100, 62081910, 62081990, 62082100, 62082200, 62082900, 62089111, 62089119, 62089190, 62089200, 62089900, ex62121010 | | |

19 | Imkatar, barra dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè 62132000, 62139000 | 59 | 17 |

21 | Parkas; anoraks, ġgieget ħoxnin biex jilqgħu r-riħ, ġgieget sal-qadd u affarijiet simili, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali; il-partijiet ta' fuq tat-treksjuts bil-kisja, barra minn dawk tal-kategoriji 16 jew 29, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali ex62011210, ex62011290, ex62011310, ex62011390, 62019100, 62019200, 62019300, ex62021210, ex62021290, ex62021310, ex62021390, 62029100, 62029200, 62029300, 62113241, 62113341, 62114241, 62114341 | 2,3 | 435 |

24 | Qomos ta' bil-lejl ta' l-irġiel jew tas-subien, piġami, togi tal-banju, ilbiesi ta' ġewwa (dressing gowns) u affarijiet simili, innitjati jew maħduma bil-kroxè 61072100, 61072200, 61072900, 61079110, 61079190, 61079200, ex61079900 Ilbiesi ta' bil-lejl tan-nisa jew tal-bniet, piġami, négligés, togi tal-banju, ilbiesi ta' ġewwa (dressing gowns) u affarijiet simili, innitjati jew maħduma bil-kroxè 61083110, 61083190, 61083211, 61083219, 61083290, 61083900, 61089110, 61089190, 61089200, 61089910 | 3,9 | 257 |

26 | Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 61044100, 61044200, 61044300, 61044400, 62044100, 62044200, 62044300, 62044400 | 3,1 | 323 |

27 | Dbielet tan-nisa jew tal-bniet, inklużi dbielet maqsumin 61045100, 61045200, 61045300, 61045900, 62045100, 62045200, 62045300, 62045910 | 2,6 | 385 |

28 | Qliezet, il-parti ta' fuq u ċ-ċineg tal-fradal, qliezet qosra li jaslu u jintrabtu taħt l-irkobba u xorts (barra mill-ilbies għall-għawm),innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 61034110, 61034190, 61034210, 61034290, 61034310, 61034390, 61034910, 61034991, 61046110, 61046190, 61046210, 61046290, 61046310, 61046390, 61046910, 61046991 | 1,61 | 620 |

29 | Sjuts u tibdiliet li jikkonsistu f'iżjed minn biċċa waħda tan-nisa jew tal-bniet, barra dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali, barra mill-ilbies tax-xi; treksjuts tan-nisa jew tal-bniet bil-kisja, bil-parti ta' barra magħmula minn materjal wieħed identiku, tal-qoton jew minn fibri mhux naturali 62041100, 62041200, 62041300, 62041910, 62042100, 62042280, 62042380, 62042918, 62114231, 62114331 | 1,37 | 730 |

31 | Reċipetti, minsuġa, innitjati jew maħduma bil-kroxè ex62121010, 62121090 | 18,2 | 55 |

68 | Ħwejjeġ tat-trabi u aċċessorji ta' l-ilbies, barra mill-ingwanti tat-trabi, ingwanti b'seba' wieħed u manikotti tal-kategoriji 10 u 87, u kalzetti twal, kalzetti qosra u sockettes tat-trabi, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tal-kategorija 88 61111090, 61112090, 61113090, ex61119000, ex62091000, ex62092000, ex62093000, ex62099000 | | |

73 | Treksjuts minn materjal innitjat jew maħdum bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri tessili mhux naturali 61121100, 61121200, 62121900 | 1,67 | 600 |

76 | Ħwejjeġ ta' l-industrija jew tax-xogħol ta' l-irġiel jew tas-subien, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè 62032210, 62032310, 62032911, 62033210, 62033310, 62033911, 62034211, 62034251, 62034311, 62034331, 62034911, 62034931, 62113210, 62113310 Ħwejjeġ ta' l-industrija jew tax-xogħol ta' l-irġiel jew tas-subien, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè 62042210, 62042310, 62042911, 62043210, 62043310, 62043911, 62046211, 62046251, 62046311, 62046331, 62046911, 62046931, 62114210, 62114310 | | |

77 | Ilbiesi tax-xi, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè ex62112020 | | |

78 | Ħwejjeġ, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, barra mill-ħwejjeġ tal-kategoriji 6, 7, 8, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 26, 27, 29, 68, 72, 76 u 77 62034130, 62034259, 62034339, 62034939, 62046180, 62046190, 62046259, 62046290, 62046339, 62046390, 62046939, 62046950, 62104000, 62105000, 62113100, 62113290, 62113390, 62114100, 62114290, 62114390 | | |

83 | Kowtijiet ta' barra, ġgieget, blażers u ħwejjeġ oħra, inkluż l-ilbies tax-xi, innitjat jew maħduma bil-kroxè, barra mill-ħwejjeġ tal-kategoriji 4, 5, 7, 13, 24, 26, 27, 28,68, 69, 72, 73, 74, 75 61011010, 61012010, 61013010, 61021010, 61022010, 61023010, 61033100, 61033200, 61033300, ex61033900, 61043100, 61043200, 61043300, ex61043900, 61122000, 61130090, 61141000, 61142000, 61143000 | | |

GRUPP III A

33 | Drapp minsuġ minn ħjut tas-suf ta' filament sintetiku miksub minn strippa jew xi ħaġa simili tal-polyethylene jew polypropylene, wiesa' inqas minn 3 m 54072011 Xkejjer u basktijiet, tat-tip li jintużaw biex jiġu ippakkjati l-affarijiet, mhux innitjati jew maħdum bil-kroxè, miksuba minn strippa jew xi ħaġa simili 63053281, 63053289, 63053391, 63053399 | | |

34 | Drapp minsuġ minn ħjut tas-suf ta' filament sintetiku miksuba minn strippa jew xi ħaġa simili tal-polyethylene jew polypropylene, wiesa' 3 m jew aktar 54072019 | | |

35 | Drappijiet minsuġa minn fibri sintetiċi (kontinwi), barra dawk tat-tajers tal-kategorija 114 54071000, 54072090, 54073000, 54074100, 54074200, 54074300, 54074400, 54075100, 54075200, 54075300, 54075400, 54076110, 54076130, 54076150, 54076190, 54076910, 54076990, 54077100, 54077200, 54077300, 54077400, 54078100, 54078200, 54078300, 54078400, 54079100, 54079200, 54079300, 54079400, ex58110000,, ex59050070 | | |

35a) | Mil-liema: Barra minn dawk bliċjati jew le ex54071000, ex54072090, ex54073000, 54074200, 54074300, 54074400, 54075200, 54075300, 54075400, 54076130, 54076150, 54076190, 54076990, 54077200, 54077300, 54077400, 54078200, 54078300, 54078400, 54079200, 54079300, 54079400, ex58110000, ex59050070 | | |

36 | Drappijiet minsuġa minn fibri artifiċjali kontinwi, barra dawk tat-tajers tal-kategorija 114 54081000, 54082100, 54082210, 54082290, 54082310, 54082390, 54082400, 54083100, 54083200, 54083300, 54083400, ex58110000, ex59050070 | | |

36 a) | Mil-liema: Barra minn dawk bliċjati jew le ex54081000, 54082210, 54082290, 54082310, 54082390, 54082400, 54083200, 54083300, 54083400, ex58110000, ex59050070 | | |

37 | Drappijiet minsuġa minn fibri artifiċjali ta' l-istejpil 55161100, 55161200, 55161300, 55161400, 55162100, 55162200, 55162310, 55162390, 55162400, 55163100, 55163200, 55163300, 55163400, 55164100, 55164200, 55164300, 55164400, 55169100, 55169200, 55169300, 55169400, 58039050, ex59050070 | | |

37 a) | Mil-liema: Barra minn dawk bliċjati jew le 55161200, 55161300, 55161400, 55162200, 55162310, 55162390, 55162400, 55163200, 55163300, 55163400, 55164200, 55164300, 55164400, 55169200, 55169300, 55169400, ex58039050, ex59050070 | | |

38 a) | Drapp tal-purtieri sintetiku innitjat jew maħdum bil-kroxè inkluż drapp tal-purtieri tax-xibka 60053110, 60053210, 60053310, 60053410, 60063110, 60063210, 60063310, 60063410 | | |

38 b) | Purtieri tax-xibka, barra dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè ex63039100, ex63039290, ex63039990 | | |

40 | Purtieri minsuġa (inkluż drapp tal-purtieri, interior blinds, kverti tal-purtieri jew tas-sodda u artikoli oħra ta' tiżjin), barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri mhux naturali ex63039100, ex63039290, ex63039990, 63041910, ex63041990, 63049200, ex63049300, ex63049900 | | |

41 | Ħjut tas-suf minn filamenti sintetiċi (kontinwi), mhux maħruġa għall-bejgħ bl-imnut, barra minn drapp singlu mhux minsuġ mhux mibrum jew b'barma ta' mhux iżjed minn 50 dawra kull metru 54011011, 54011019, 54021010, 54021090, 54022000, 54023100, 54023200, 54023300, 54023910, 54023990, 54024910, 54024991, 54024999, 54025100, 54025200, 54025910, 54025990, 54026100, 54026200, 54026910, 54026990, ex56042000, ex56049000 | | |

42 | Ħjut tas-suf tal-fibri kontinwi mhux naturali, mhux maħruġa għall-bejgħ bl-imnut 54012010 Ħjut tas-suf tal-fibri artifiċjali; ħjut tas-suf irqaq artifiċjali, mhux maħruġa għall-bejgħ bl-imnut, barra minn ħajt tas-suf singlu tal-viscose rayon mhux mibrum jew b'barma ta' mhux iżjed minn 250 dawra kull metru u ħajt tas-suf singlu mhux minsuġ magħmul minn cellulose acetate 54031000, 54032010, 54032090, ex54033200, 54033390, 54033900, 54034100, 54034200, 54034900, ex56042000 | | |

43 | Ħjut minn filamenti mhux naturali, ħjut minn fibri artifiċjali ta' l-istajpil, ħjut tal-qoton, mhux maħruġa għall-bejgħ bl-imnut 52042000, 52071000, 52079000, 54011090, 54012090, 54061000, 54062000, 55082090, 55113000 | | |

46 | Suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew xagħar ieħor fin ta' l-annimali mimxut jew imħallas bil-moxt 51051000, 51052100, 51052900, 51053100, 51053910, 51053990 | | |

47 | Ħjut minn suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief mimxut (drappijiet tas-suf) jew minn xagħar fin mimxut ta' l-annimali, mhux maħruġ għall-bejgħ bl-imnut 51061010, 51061090, 51062010, 51062091, 51062099, 51081010, 51081090 | | |

48 | Ħjut minn suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief imħallas bil-moxt (drappijiet tas-suf) jew minn xagħar fin imħallas bil-moxt ta' l-annimali, mhux maħruġ għall-bejgħ bl-imnut 51071010, 51071090, 51072010, 51072030, 51072051, 51072059, 51072091, 51072099, 51082010, 51082090 | | |

49 | Ħjut minn suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew minn xagħar fin imħallas bil-moxt ta' l-annimali, maħruġ għall-bejgħ bl-imnut 51091010, 51091090, 51099010, 51099090 | | |

50 | Drappijiet minsuġa mis-suf tan-nagħaġ jew ħrief jew minn xagħar fin ta' l-annimali 51111111, 51111119, 51111191, 51111199, 51111911, 51111919, 51111931, 51111939, 51111991, 51111999, 51112000, 51113010, 51113030, 51113090, 51119010, 51119091, 51119093, 51119099, 51121110, 51121190, 51121911, 51121919, 51121991, 51121999, 51122000, 51123010, 51123030, 51123090, 51129010, 51129091, 51129093, 51129099 | | |

51 | Tajjar, mimxut jew imħallas bil-moxt 52030000 | | |

53 | Garza tat-tajjar 58031000 | | |

54 | Fibri artifiċjali ta' l-istejpil, inkluż dak żejjed, mimxut, imħallas bil-moxt jew proċessat b'xi mod ieħor għall-insiġ 55070000 | | |

55 | Fibri artifiċjali ta' l-istejpil, inkluż dak żejjed, mimxut, imħallas bil-moxt jew proċessat b'xi mod ieħor għall-insiġ 55061000, 55062000, 55063000, 55069010, 55069090 | | |

56 | Ħjut tal-fibri sintetiċi ta' l-istejpil (inkluż dak żejjed), maħruġ għall-bejgħ bl-imnut 55081090, 55111000, 55112000 | | |

58 | Twapet, twapet ta' materjal irqiq u twapet ta' materjal oħxon, mgħaqqda (magħmula jew le) 57011010, 57011091, 57011093, 57011099, 57019010, 57019090 | | |

59 | Twapet u affarijiet oħra tessili li jgħattu l-art, barra mit-twapet tal-kategorija 58 57021000, 57023100, 57023200, 57023910, 57024100, 57024200, 57024910, 57025100, 57025200, ex57025900, 57029100, 57029200, ex57029900, 57031000, 57032011, 57032019, 57032091, 57032099, 57033011, 57033019, 57033051, 57033059, 57033091, 57033099, 57039000, 57041000, 57049000, 57050010, 57050030, ex57050090 | | |

60 | Tapezzeriji, magħmula bl-idejn, tat-tip Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvais u oħrajn simili, u tapezzeriji maħduma bil-labar (eż. petit point u cross stitch) magħmula f'panew u affarijiet simili bl-idejn 58050000 | | |

61 | Drappijiet dejqa minsuġa, u drappijiet dejqa (bolduc) li jikkonsistu f'medd mingħajr tgħama, assemblati b'mezz li jeħel, barra minn tikketti u affarijiet simili tal-kategorija 62 Drappijiet li jiġġebbdu u fdaljiet (mhux innitjati jew maħduma bil-kroxè), magħmula minn materjal tessili assemblati minn ħajt tal-lasktu ex58061000, 58062000, 58063100, 58063210, 58063290, 58063900, 58064000 | | |

62 | Ħajt tax-xinilja (inkluż taħlita ta' ħajt tax-xinilja), ħajt miksi (barra minn ħajt bil-metal u ħajt magħmul mix-xagħar taż-żiemel miksi) 56060091, 56060099 Tull u drapp ieħor tax-xibka imma ma jinkludiex drapp minsuġ, innitjat jew maħdum bil-kroxè, bizzilla magħmula bl-idejn jew bil-makni, bil-biċċa, bl-istrippi jew bil-mottivi 58041011, 58041019, 58041090, 58042110, 58042190, 58042910, 58042990, 58043000 Tikketti, għelmi u materjal tessili simili, mhux irrakmat, bil-biċċa, bl-istrippi jew maqtugħ skond il-forma jew daqs, minsuġ 58071010, 58071090 Malji u fdalijiet ta' tiżjin bil-biċċa; ġummiena, pompons u affarijiet simili 58081000, 58089000 Rakkmu, bil-biċċa, bl-istrippa jew bil-mottivi 58101010, 58101090, 58109110, 58109190, 58109210, 58109290, 58109910, 58109990 | | |

63 | Drapp innitjat jew maħdum mill-kroxè minn fibri sintetiċi li jkollu b'peżati 5 % jew iżjed ħajt tal-lasktu li jixbaħ lil gomma u drapp innitjat jew maħdum bil-kroxè li jkollu b'peżati 5% jew aktar ħajt tal-lasktu 59069100, ex60024000, 60029000, ex60041000, 60049000 Bizzilla Raschel u drapp ta' pil twil minn fibri sintetiċi ex60011000, 60033010, 60053150, 60053250, 60053350, 60053450 | | |

65 | Drapp innitjat jew maħdum bil-kroxè barra minn dak tal-kategoriji 38 A u 63, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri mhux naturali 56060010, ex60011000, 60012100, 60012200, 60012910, 60019110, 60019130, 60019150, 60019190, 60019210, 60019230, 60019250, 60019290, 60019910, ex60024000, 60031000, 60032000, 60033090, 60034000, ex60041000, 60051000, 60052100, 60052200, 60052300, 60052400, 60053190, 60053290, 60053390, 60053490, 60054100, 60054200, 60054300, 60054400, 60061000, 60062100, 60062200, 60062300, 60062400, 60063190, 60063290, 60063390, 60063490, 60064100, 60064200, 60064300, 60064400 | | |

66 | Twapet u kutri ta' l-ivjaġġar, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri mhux naturali 63011000, 63012091, 63012099, 63013090, ex63014090, ex63019090 | | |

GRUPP III B

10 | Ingwanti, ingwanti b'seba' wieħed u manikotti, innitjati jew maħduma bil-kroxè 61111010, 61112010, 61113010, ex61119000, 61161020, 61161080, 61169100, 61169200, 61169300, 61169900 | 17 pari | 59 |

67 | Aċċessorji tal-ħwejjeġ innitjati jew maħduma bil-kroxè barra dawk tat-trabi; għażel tad-dar ta' kull tip, innitjat jew maħdum bil-kroxè; purtieri (inkluż drapp tal-purtieri) u interior blinds, pavaljuni bil-frenza tal-purtieri jew tas-sodda u artikoli oħra tat-tiżjin innitjati jew maħduma bil-kroxè; kutri u twapet ta' l-ivvjaġġar innitjati jew maħduma bil-kroxè, artikoli oħra innitjati jew maħdum bil-kroxè inkluż partijiet ta' ħwejjeġ jew aċċessorji tal-ħwejjeġ 58079090, 61130010, 61171000, 61172000, 61178010, 61178090, 61179000, 63012010, 63013010, 63014010, 63019010, 63021010, 63021090, 63024000, ex63026000, 63031100, 63031200, 63031900, 63041100, 63049100, ex63052000, 63053211, ex63053290, 63053310, ex63053900, ex63059000, 63071010, 63079010 | | |

67 a) | Mil-liema: Xkejjer u basktijiet tat-tip użati għall- imballaġġ tal-merkanzija, magħmula minn strippi tal-polyethylene jew tal-polypropylene 63053211, 63053310 | | |

69 | Ilbies li jista' jintlibes u jitneħħa malajr u lbiesi ta' taħt tan-nisa u tal-bniet, innitjati jew maħduma bil-kroxè 61081100, 61081900 | 7,8 | 128 |

70 | Tajts tan-nisa u tajts minn fibri sintetiċi, li l-kejl ta' kull ħajta hu inqas minn 67 decitex (6,7 tex) 61151100, 61152019 Kalzetti twal sa fuq tan-nisa magħmula minn fibri sintetiċi 61159391 | 30,4pari | 33 |

72 | Ilbies għall-għawm, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri mhux naturali 61123110, 61123190, 61123910, 61123990, 61124110, 61124190, 61124910, 61124990, 62111100, 62111200 | 9,7 | 103 |

74 | Sjuts u tibdiliet li jikkonsistu f'iżjed minn biċċa waħda tan-nisa jew tal-bniet innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri mhux naturali, barra mill-ilbies tax-xi 61041100, 61041200, 61041300, ex61041900, 61042100, 61042200, 61042300, ex61042900 | 1,54 | 650 |

75 | Sjuts u tibdiliet li jikkonsistu f'iżjed minn biċċa waħda ta' l-irġiel jew tas-subien innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri mhux naturali, barra mill-ilbies tax-xi 61031100, 61031200, 61031900, 61032100, 61032200, 61032300, 61032900 | 0,80 | 1250 |

84 | Xalel; xarpi, mufflers, mantilji, veli u affarijiet simili barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri mhux naturali 62142000, 62143000, 62144000, 62149010 | | |

85 | Ingravati, ċfuf u mkatar ta' l-għonq barra dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri mhux naturali 62152000, 62159000 | 17,9 | 56 |

86 | Kriepet, ċinturini bil-kriepet, ċinturini għas-suspenders, ċineg, suspenders, takkalji u affarijiet simili, u partijiet minnhom, kemm jekk innitjati kif ukoll jekk le 62122000, 62123000, 62129000 | 8,8 | 114 |

87 | Ingwanti, ingwanti b'seba' wieħed u manikotti, mhux innitjati jew maħduma bil-kroxè ex62091000, ex62092000, ex62093000, ex62099000, 62160000 | | |

88 | Kalzetti twal, kalzetti u kalzetti qosra, mhux innitjati jew maħduma bil-kroxè; aċċessorji oħra tal-ħwejjeġ, partijiet minn ħwejjeġ jew minn aċċessorji tal-ħwejjeġ, barra minn dawk tat-trabi, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè ex62091000, ex62092000, ex62093000, ex62099000, 62171000, 62179000 | | |

90 | Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils tal-fibri sintetiċi, immaljati jew le 56074100, 56074911, 56074919, 56074990, 56075011, 56075019, 56075030, 56075090 | | |

91 | Tined 63062100, 63062200, 63062900 | | |

93 | Xkejjer u basktijiet, tat-tip użati għall- imballaġġ tal-merkanzija minn drapp minsuġ, barra minn dawk magħmula minn strippi tal-polyethylene jew tal-polypropylene ex63052000, ex63053290, ex63053900 | | |

94 | Materjal artab li bih jikkuttunaw l-materjali tessili u affarijiet li jmorru miegħu; fibri tessili, li ma jaqbżux il-5 mm fit-tul (flock), trab tessili u fdal tat-tħin 56011010, 56011090, 56012110, 56012190, 56012210, 56012291, 56012299, 56012900, 56013000 | | |

95 | Feltru u affarijiet magħmula minnu, kemm jekk mimlija jew miksija jew le, barra minn affarijiet li jgħattu l-art 56021019, 56021031, 56021039, 56021090, 56022100, 56022990, 56029000, ex58079010, ex59050070, 62101010, 63079091 | | |

96 | Drapp mhux minsuġ u affarijiet magħmula minn drapp bħal dan, kemm jekk mimli, miksi, mgħotti jew miksi b'fuljett tal-metall kif ukoll jekk le 56031110, 56031190, 56031210, 56031290, 56031310, 56031390, 56031410, 56031490, 56039110, 56039190, 56039210, 56039290, 56039310, 56039390, 56039410, 56039490, ex58079010, ex59050070, 62101091, 62101099, ex63014090, ex63019090, 63022210, 63023210, 63025310, 63029310, 63039210, 63039910, ex63041990, ex63049300, ex63049900, ex63053290, ex63053900, 63071030, ex63079099 | | |

97 | Xbieki u ħdiem tax-xbiek magħmul minn spag, ċwiemi jew ħbula u xbieki tas-sajd magħmula minn ħjut, spag, ċwiemi jew ħbula 56081111, 56081119, 56081191, 56081199, 56081911, 56081919, 56081930, 56081990, 56089000 | | |

98 | Affarijiet oħra magħmula minn ħjut, spag, ċwiemi, kejbils jew ħbula, barra minn drapp tessili, affarijiet magħmula minn drapp bħal dan u affarijiet tal-kategorija 97 56090000, 59050010 | | |

99 | Materjal tessili miksi bil-gomma jew sustanzi amilaċi, tat-tip użat għal qoxra ta' barra tal-kotba u affarijiet simili; drapp oljat; kanvas lest għat-tpinġija buckram u materjal iebes simili tat-tip użat għall-fondazzjoni tal-kpiepel 59011000, 59019000 Linoleum, kemm jekk maqtugħ f'xi forma jew le; affarijiet li jgħattu l-art li jikkonsistu f'għotja jew kisja applikata fuq xi riforz tessili, kemm jekk maqtugħ f'xi forma jew le 59041000, 59049000 Drapp tessili bil-gomma, mhux innitjat jew maħdum bil-kroxè, barra dak użat għat-tajers 59061000, 59069910, 59069990 Drapp tessili mimli jew miksi b'xi mod ieħor, kanvas mpinġi wżat bħala xenarju fit-teatru, fundal ta' l-istudjo, barra minn dawk tal-kategorija 100 59070010, 59070090 | | |

100 | Drappijiet tessili mimlija, miksija, mgħottija u miskija b'xi b'fuljett tal-metall bi preparament ta' l-affarijiet li jiġu magħmula minn ċellulosa jew minn materjali artifiċjali tal-plastik 59031010, 59031090, 59032010, 59032090, 59039010, 59039091, 59039099 | | |

101 | Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils, innitjati jew le, barra minn dawk magħmula minn fibri sintetiċi ex56079090 | | |

109 | Inċirati, qlugħ, tined tal-bastimenti, u lqugħ tad-dawl tax-xemx 63061100, 63061200, 63061900, 63063100, 63063900 | | |

110 | Imtieraħ pnewmatiċi minsuġa 63064100, 63064900 | | |

111 | Affarijiet tal-kamp, minsuġa, barra minn imtieraħ u tined pnewmatiċi 63069100, 63069900 | | |

112 | Affarijiet tessili oħra magħmula, minsuġa, barra dawk tal-kategoriji 113 u 114 63072000, 63079099 | | |

113 | Biċċa ta' l-art, paljezza u biċċiet tat-tfarfir, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè 63071090 | | |

114 | Materjal u affarijiet minsuġa wżati għal użu tekniku 59021010, 59021090, 59022010, 59022090, 59029010, 59029090, 59080000, 59090010, 59090090, 59100000, 59111000, ex59112000, 59113111, 59113119, 59113190, 59113210, 59113290, 59114000, 59119010, 59119090 | | |

GRUPP IV

115 | Ħjut tal-kittien jew rami 53061010, 53061030, 53061050, 53061090, 53062010, 53062090, 53089012, 53089019 | | |

117 | Materjal minsuġ tal- kittien jew tar-rami 53091110, 53091190, 53091900, 53092110, 53092190, 53092900, 53110010, 58039090, 59050030 | | |

118 | Għażel tal-mejda, għażel tat-tojlit u għażel tal-kċina magħmul mill- 63022910, 63023910, 63023930, 63025200, ex63025900, 63029200, ex63029900 | | |

120 | Purtieri (inkluż drapp tal-purtieri), interior blinds, pavaljuni bil-frenza tal-purtieri u tas-sodda u artikoli oħra tat-tiżjin, mhux innitjati jew maħduma bil-kroxè, tal-kittien jew tar-rami ex63039990, 63041930, ex63049900 | | |

121 | Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils, immaljati jew le, tal-kittien jew tar-rami ex56079090 | | |

122 | Xkejjer u boroż, tat-tip użat għall- imballaġġ tal-merkanzija, użat, tal-kittien, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè ex63059000 | | |

123 | Materjal minsuġ mill-pil u minn materjal tax-xinilja tal-kittien jew tar-rami, barra minn materjal dejjaq minsuġ 58019010, ex58019090 Xalel, xarpi, xalpi, mantilji, veli u affarijiet simili, tal-kittien jew tar-rami, barra minn dawk innitjati jew maħduma bil-kroxè 62149090 | | |

GRUPP V

124 | Fibri sintetiċi ta' l-istejpil 55011000, 55012000, 55013000, 55019010, 55019090, 55031011, 55031019, 55031090, 55032000, 55033000, 55034000, 55039010, 55039090, 55051010, 55051030, 55051050, 55051070, 55051090 | | |

125.A | Ħjut tas-suf ta' filament sintetiku (kontinwu) mhux maħruġ għall-bejgħ bl-imnut, barra minn ħajt tas-tal-kategorija 41 54024100, 54024200, 54024300 | | |

125.B | Filament wieħed, strippa (tiben artifiċjali u affarijiet simili) u imitazzjoni ta' watar ta' materjali sintetiċi 54041010, 54041090, 54049011, 54049019, 54049090, ex56042000, ex56049000 | | |

126 | Fibri artifiċjali ta' l-istejpil 55020010, 55020040, 55020080, 55041000, 55049000, 55052000 | | |

127.A | Ħjut tas-suf ta' filament artifiċjali (kontinwu) mhux maħruġ għall- bejgħ bl-imnut, barra minn ħajt tas-suf tal-kategorija 42 54033100, ex54033200, 54033310 | | |

127.B | Filament wieħed, strippa (tiben artifiċjali u affarijiet simili) u imitazzjoni ta' watar ta' materjali ta' tessuti artifiċjali 54050000, ex56049000 | | |

128 | Xagħar oħxon ta' l-annimali, mimxut jew imħallas bil-moxt 51054000 | | |

129 | Ħjut magħmula minn xagħar oħxon ta' l-annimali jew mix-xagħar taż-żiemel 51100000 | | |

130.A | Ħjut tal-ħarir barra minn ħjut minsuġa mir-rimi tal-ħarir 50040010, 50040090, 50060010 | | |

130.B | Ħjut tal-ħarir barra dak tal-kategorija 130 A; musrana tad-dudu tal-ħarir 50050010, 50050090, 50060090, ex56049000 | | |

131 | Ħjut minn fibri tessili ta' ħaxix ieħor 53089090 | | |

132 | Ħjut tal-karta 53089050 | | |

133 | Ħjut magħmula minn qanneb pur 53082010, 53082090 | | |

134 | Ħajt tas-suf bil-metall 56050000 | | |

135 | Drappijiet minsuġa minn xagħar oħxon ta' l-annimali jew mix-xagħar taż-żiemel 51130000 | | |

136 | Drappijiet minsuġa mill-ħarir jew mir-rimi tal-ħarir 50071000, 50072011, 50072019, 50072021, 50072031, 50072039, 50072041, 50072051, 50072059, 50072061, 50072069, 50072071, 50079010, 50079030, 50079050, 50079090, 58039010, ex59050090, ex59112000 | | |

137 | Drappijiet minsuġa mill-pil u mix-xinilja u drappijiet dejqa minsuġa mill-ħarir, jew mir-rimi tal-ħarir ex58019090, ex58061000 | | |

138 | Drappijiet minsuġa mill-ħjut tal-karti u minn fibri tessili oħra barra minn dak tar-rami 53110090, ex59050090 | | |

139 | Drappijiet minsuġa minn ħajt bil-metall jew minn ħajt tas-suf bil-metall 58090000 | | |

140 | Drapp innitjat jew maħdum bil-kroxè magħmul minn materjal tessili barra mis-suf jew mix-xagħar fin ta' l-annimali, mill- ex60011000, 60012990, 60019990, 60039000, 60059000, 60069000 | | |

141 | Twapet u kutri ta' l-ivjaġġar magħmula minn materjal tessili barra mis-suf jew mix-xagħar fin ta' l-annimali, mill-qoton jew mill-fibri mhux naturali ex63019090 | | |

142 | Twapet u affarijiet oħra tessili li jgħattu l-pavimenti tas-sisal, ta' fibri oħra tal-familja tas-sabbara jew tal-qanneb Manila ex57023990, ex57024990, ex57025900, ex57029900, ex57050090 | | |

144 | Feltru mix-xagħar oħxon ta' l-annimali 56021035, 56022910 | | |

145 | Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils immaljati jew le magħmula mill-abaca (qanneb Manilla) jew minn qanneb pur 56079010, ex56079000 | | |

146.A | Spag li jorbot jew jimballa użat għall-makni ta' l-ag rikoltura, tas-sisal jew fibri oħra tal-familja tas-sabbara ex56072100 | | |

146.B | Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils tas-sisal jew ta' fibri oħra tal-familja tas-sabbara, barra mill-prodotti tal-kategorija 146 A ex56072100, 56072910, 56072990 | | |

146.C | Spag, ċwiemi, ħbula u kejbils, kemm jekk immaljati kemm jekk le, tal-juta jew tal-fibri oħra tessili ta' l-intestatura Nru 5303 56071000 | | |

147 | Ir-rimi tal-ħarir (inkluż il-fsiedaq tad-dud tal-ħarir li mhumiex addattati biex jitkebbu fuq l-irkiekel), iż-żejjed tal-ħajt tas-suf uħażniet garnetted, barra dawk li mhumiex mimxuta jew imħallsa bil-moxt 50039000 | | |

148.A | Ħjut tas-suf tal-juta jew ta' fibri oħra tessili ta' l-i ntestatura Nru 5303 53071010, 53071090, 53072000 | | |

148.B | Ħjut tas-suf ta' l-indi 53081000 | | |

149 | Drappijiet minsuġa tal-juta jew minn fibri bast oħra tessili ta' wisa' iżjed minn 150 ċm 53101090, ex53109000 | | |

150 | Drappijiet minsuġa tal-juta jew minn fibri bast oħra tessili ta' wisa' ta' mhux iżjed minn 150 ċm juta jew minn fibri bast oħra tessili, barra minn dawk użati 53101010, ex53109000, 59050050, 63051090 | | |

151.A | Affarijiet li jgħattu l-paviment magħmula mill-fibri tal-ġewż ta' l-Indi (indi) 57022000 | | |

151.B | Twapet u affarijiet oħra tessili li jgħattu l-paviment, tal-juta jew minn fibri oħra tessili, barra minn dawk bit-trofof jew imfarrka ex57023990, ex57024990, ex57025900, ex57029900 | | |

152 | Feltru tal-labra tan-newl tal-juta jew minn fibri oħra tessili mhux mimlija jew miksija, barra minn affarijiet li jgħattu l-pavimenti 56021011 | | |

153 | Xkejjer u basktijiet użati, tat-tip użati għall- imballaġġ tal-merkanzija, tal-juta jew minn fibri bast oħra tessili ta' l-intestatura Nru 5303 63051010 | | |

154 | Fsiedaq tad-dud tal-ħarir li huma addattati biex jitkebbu ma' l-irkiekel 50010000 Ħarir mhux maħdum (mhux mitfugħ) 50020000 Ir-rimi tal-ħarir (inkluż il-fsiedaq tad-dud tal-ħarir li mhumiex addattati biex jitkebbu ma' l-irkiekel), ir-rimi tal-ħajt uħażniet garnetted, mhux mimxuta jew imħallsa bil-moxt 50031000 Suf mhux mimxut jew imħallas bil-moxt 51011100, 51011900, 51012100, 51012900, 51013000 Xagħar fin jew oħxon ta' l-annimali, mhux mimxut jew imħallas bil-moxt 51021100, 51021910, 51021930, 51021940, 51021990,51022000 Ir-rimi tas-suf jew tax-xagħar fin jew oħxon ta' l-annimali, inkluż ir-rimi ta' ħjut imma barra mill-ħażniet garnetted 51031010, 51031090, 51032010, 51032091, 51032099,51033000 Ħażniet garnetted tas-suf jew tax-xagħar fin jew oħxon ta' l-annimali 51040000 Kittien, proċessat jew le imma mhux mibrum: Il-frak u r-rimi tal-kittien (inkluż ir-rimi tal-ħajt u ħażniet garnetted) 53011000, 53012100, 53012900, 53013010, 53013090 Rami u fibri oħra tessili tal-ħaxix, proċessati jew le imma mhux mibruma: il-frak, i ż-żlielem u r-rimi, barra minn dawk ta' l-indi u ta' l-abaca ta' l-intestatura Nru 5304 53059000 Qoton, mhux mimxut jew imħallas bil-moxt 52010010, 52010090 Ir-rimi tal-qoton (inkluż ir-rimi tal-ħajt u ħażniet garnetted) 52021000, 52029100, 52029900 Qanneb pur (cannabis sativa L.), proċessat jew le imma mhux mibrum: il-frak u r-rimi tal-qanneb pur (inkluż ir-rimi tal-ħajt u ħażniet garnetted) 53021000, 53029000 Abaca (qanneb Manila jew Musa Textilis Nee), proċessat jew le imma mhux mibrum:il-frak u r-rimi tal-abaca (inkluż ir-rimi tal-ħajt u ħażniet garnetted) 53052100, 53052900 Juta u fibri oħra tessili (barra mill-k ittien, mill-qanneb pur u mir-rami), proċessat jew le imma mhux mibrum: il-frak u r-rimi tal-juta u fibri oħra tessili (inkluż ir-rimi tal-ħajt u ħażniet garnetted) 53031000, 53039000 Fibri oħra tessili tal-ħaxix, proċessati jew le imma mhux mibruma: il-frak u r-rimi tat-tali fibri (inkluż ir-rimi tal-ħajt uħażniet garnetted) 53041000, 53049000, 53051100, 53051900, 53059000 | | |

156 | Blużi u pullovers innitjati jew maħduma bil-kroxè tal-ħarir jew mir-rimi tal-ħarir tan-nisa jew tal-bniet 61069030, ex61109090 | | |

157 | Ħwejjeġ, innitjati jew maħduma bil-kroxè, barra dawk tal-kategoriji mill-1 sal-123 u tal-156 61019010, 61019090, 61029010, 61029090, ex61033900, 61034999, ex61041900, ex61042900, ex61043900, 61044900, 61046999, 61059090, 61069050, 61069090, ex61079900, 61089990, 61099090, 61109010, ex61109090, ex61119000, 61149000 | | |

159 | Ilbiesi, blużi u qomos-blużi, mhux innitjati jew maħduma bil-kroxè, tal-ħarir jew mir-rimi tal-ħarir 62044910, 62061000 Xalel, xarpi, xalpi, mantilji, veli u affarijiet simili, mhux innitjati jew maħduma bil-kroxè, tal-ħarir jew mir-rimi tal-ħarir 62141000 Ingravati, ċ fuf u mkatar ta' l-għonq tal-ħarir jew mir-rimi tal-ħarir 62151000 | | |

160 | Imkatar tal-ħarir jew mir-rimi tal-ħarir 62131000 | | |

161 | Ħwejjeġ, mhux innitjati jew maħduma bil-kroxè, barra dawk tal-kategoriji mill-1 sal-123 u tal-kategorija 159 62011900, 62019900, 62021900, 62029900, 62031990, 62032990, 62033990, 62034990, 62041990, 62042990, 62043990, 62044990, 62045990, 62046990, 62059010, 62059090, 62069010, 62069090, ex62112000, 62113900, 62114900 | | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Prodotti mingħajr limiti kwantitattivi bla ħsara għas-sistema ta' iċċekjar doppju riferuta fl-Artikolu 1(4) ta' dan il-Ftehim

(Id-deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti tal-kategoriji mniżżla f'dan l-Anness jistgħu jinstabu fl-Anness I ma' dan il-Ftehim)

Kategoriji:

4, 5, 6, 7, 26.

Jekk l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-kategorija 8 li joriġinaw min-Nepal jilħqu t-2 % ta' l-importazzjonijiet totali tas-snin preċedenti fil-Komunità mis-sorsi kollha ta' prodotti f'dik il-kategorija, dawn għandhom ikunu awtomatikament bla ħsara għas-sistema ta' iċċekkjar doppju.

--------------------------------------------------

PROTOKOLL A

TITOLU I

KLASSIFIKA

Artikolu 1

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jintrabtu li jinformaw lin-Nepal b'kwalunkwe tibdil fin-nomenklatura magħquda (NM) qabel id-data ta' dħul fis-seħħ tagħhom fil-Komunità.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jaċċettaw li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal b'kwalunkwe deċiżjoni li għandha x'taqsam mal-klassifika tal-prodotti bla ħsara għal dan il-Ftehim, mhux aktar tard minn xahar minn meta dawn ġew adottati. It-tali komunikazzjoni għandha tinkludi:

(a) deskrizzjoni tal-prodotti konċernati;

(b) il-kategorija relevanti u l-kodiċi relatati tan-NM;

(ċ) ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni.

3. Fejn deċiżjoni ta' klassifika twassal għal bidla fil-prattika ta' klassifika jew għal bidla fil-kategorija ta' kwalunkwe prodott li hu bla ħsara għal dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunià għandhom jipprovdu avviż ta' 30 ġurnata, mid-data tal-komunikazzjoni tal-Komunità, qabel ma' d-deċiżjoni tibda tgħodd. Prodotti mgħobbija qabel id-data ta' dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu bla ħsara għall-prattika ta' klassifika ta' qabel, basta li l-merkanzija in kwestjoni jkunu preżentati għall-importazzjoni fil-Komunità fi żmien 60 ġurnata minn dik id-data.

4. Fejn xi deċiżjoni tal-Komunità dwar il-klassifika li tirriżulta f'bidla fil-prattika ta' klassifika jew f'bidla fil-kategorija ta' kwalunkwe prodott bla ħsara għall-Ftehim taffettwa xi kategorija bla ħsara għal-limiti kwantitattivi, il-Partijiet jaqblu li jidħlu f'konsultazzjoni b'mod konformi mal-proċeduri deskritti fl-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim bil-ħsieb li jonoraw l-obbligazzjoni taħt it-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 8(1) ta' dan il-Ftehim.

5. F'każ ta' opinjonijiet differenti bejn in-Nepal u l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità fil-punt tad-dħul fil-Komunità dwar il-klassifika tal-prodotti koperti b'dan il-Ftehim, il-klassifika għandha tkun bażata proviżorjament fuq indikazzjonijiet previsti mill-Komunità, waqt li twaqqaf il-konsultazzonijiet li huma b'mod konformi ma' l-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar klassifika definittiva tal-prodott konċernat.

TITOLU II

L-ORIĠINI

Artikolu 2

1. Prodotti li joriġinaw min-Nepal li se jiġu esportati fil-Komunità b'mod konformi ma' l-arranġamenti stabbiliti b'dan il-Ftehim għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat ta' oriġini tan-Nepal li hu konform mal-mudell anness ma' dan il-Protokoll.

2. Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jkun iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-gvern tan-Nepal jekk il-prodotti in kwestjoni jistgħu jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw minn dak il-pajjiż fis-sens tar-regoli relevanti fis-seħħ fil-Komunità.

3. Madankollu, il-prodotti fi Gruppi III, IV u V jistgħu jiġu importati fil-Komunità b'mod konformi ma' l-arranġamenti stabbiliti b'dan il-Ftehim fuq produzzjoni ta' dikjarazzjoni mill-esportatur fuq il-fattura jew dokument kummerċjali ieħor, li jixhed li l-prodotti in kwestjoni joriġinaw min-Nepal fis-sens tar-regoli relevanti fis-seħħ fil-Komunità.

4. Iċ-ċertifikat ta' oriġini riferut fil-paragrafu 1 m'għandux ikun rikjest għall-importazzjoni ta' merkanzija koperta b'ċertifikat ta' l-oriġini Formula A kompluta b'mod konformi mar-regoli relevanti tal-Komunità sabiex jikwalifikaw għall-preferenzi ġenerali ta' tariffi.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jinħareġ biss wara li tkun saret applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbiltà ta' l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal għandhom jassiguraw li ċ-ċertifikat ta' l-oriġini hu mimli kif suppost u għal dan il-għan huma għandhom jitolbu kwalunkwe dokument neċessarju, kwalunkwe evidenza jew jiċċekkjaw dak kollu li huma jqisu xieraq.

Artikolu 4

Fejn hemm stabbiliti kriterji differenti biex jiddeterminaw l-oriġini ta' prodotti li jaqgħu fl-istess kategorija, iċ-ċertifikati jew dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata suffiċjenti tal-merkanzija, fuq il-bażi li bih inħareġ iċ-ċertifikat jew tfasslet id-dikjarazzjoni.

Artikolu 5

L-iskoperta ta' diskrepanzi żgħar bejn id-dettalji fuq iċ-ċertifikat ta' l-oriġini u dawk fuq id-dokumenti li ġew prodotti fl-uffiċċju doganali għall-għan li jitwettqu l-formalitajiet ta' l-importazzjoni ta' prodotti m'għandhiex ipso facto titfa' dubbju fuq il-prospetti fuq iċ-ċertifikat.

TITOLU III

SISTEMA TA' IĊĊEKKJAR DOPPJU

Taqsima I

Esportazzjoni

Artikolu 6

L-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal għandhom joħorġu liċenza ta' esportazzjoni b'rispett għal kull kunsinna min-Nepal ta' prodotti tessili bla ħsara għal kwalunkwe limitu kwantitattiv definittiv jew proviżorju stabbilit taħt l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim, sal-limiti kwantitattivi relevanti kif jistgħu jiġu modifikati bl-Artikoli 3, 5 u 7 ta' dan il-Ftehim, kif ukoll dawk ta' kull kunsinna ta' prodotti tessili bla ħsara għal sistema ta' iċċekjar doppju mingħajr limiti kwantitattivi kif previst fl-Artikolu 1(4) u (5) ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 7

1. Għall-prodotti bla ħsara għal-limiti kwantitattivi taħt dan il-Ftehim il-liċenza ta' l-esportazzjoni għandha tkun konforma mal-mudell 1 anness ma' dan il-Protokoll u għandha tkun valida għall-esportazzjonijiet mal-firxa tat-territorju doganali li għalih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

2. Fejn ġew introdotti limiti kwantitattivi skond dan il-Ftehim, kull liċenza ta' l-esportazzjoni għandha tiċċertifika inter alia li l-kwantità ta' prodott in kwestjoni kienet impaċija kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għall-kategorija tal-prodotti konċernati u għandha tkopri biss wieħed mill-kategoriji ta' prodotti bla ħsara għal-limiti kwantitattivi. Hi tista' tkun użata għal kunsinna waħda jew aktar tal-prodotti in kwestjoni.

3. Għall-prodotti bla ħsara għal sistema ta' iċċekkjar doppju mingħajr limiti kwantitattivi l-liċenza ta' l-esportazzjoni għandha tkun konforma mal-mudell 2 anness ma' dan il-Protokoll. Hu għandha tkopri biss kategorija waħda ta' prodotti u tista' tkun użata għal kunsinna waħda jew aktar tal-prodotti in kwestjoni. Hi għandha tkun valida għall-esportazzjonijiet mal-firxa tat-territorju doganali li għalih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Artikolu 8

L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandha tiġi infurmata mill-ewwel bit-tneħħija jew bil-modifikazzjoni ta' kwalunkwe liċenza ta' l-esportazzjoni li tkun diġà inħarġet.

Artikolu 9

1. L-esportazzjonijiet ta' prodotti tessili bla ħsara għal-limiti kwantitattivi skond dan il-Ftehim għandhom ikunu impaċija kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għas-sena li fiha saret it-tagħbija tal-merkanzija anke jekk il-liċenza ta' l-esportazzjoni inħarġet wara t-tali tagħbija.

2. Għall-iskop li jiġi applikat paragrafu 1, it-tagħbija tal-merkanzija hi kkonsidrata li seħħet fil-ġurnata li huma tgħabbew fuq l-ajruplan, vettura jew bastiment li jesporta.

Artikolu 10

Il-preżentazzjoni ta' liċenza ta' l-esportazzjoni, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12 hawnhekk iżjed 'il quddiem, għandha tiġi affetwata mhux iżjed tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara dik li fiha ġiet mgħobbija l-merkanzija koperti bil-liċenza.

Taqsima II

Importazzjoni

Artikolu 11

L-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tessili bla ħsara għal-limiti kwantitattivi jew għal sistema ta' iċċekkjar doppju skond dan il-Ftehim għandha tkun bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' importazzjoni.

Artikolu 12

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom joħorġu l-awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni riferuta fl-Artikolu 11, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mill-preżentazzjoni mill-importatur ta' l-oriġinali tal-liċenza korrispondenti ta' l-esportazzjoni.

2. L-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni ta' prodotti bla ħsara għal-limiti kwantitattivi taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu validi għal sitt xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom għall-importazzjonijiet mal-firxa tat-territorju doganali li fih japplika t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

3. L-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni ta' prodotti bla ħsara għal sistema ta' iċċekkjar doppju mingħajr limiti kwantitattivi għandhom ikunu validi għal sitt xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom għall-importazzjonijiet mal-firxa tat-territorju doganali li fih japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iħassru l-awtoritizzazzjoni ta' l-importazzjoni li tkun ġa nħarġet kull meta l-liċenza korrispondenti ta' l-esportazzjoni tkun ġiet irtirata.

Madankollu, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità ikunu avżati biss bl-irtirar jew il-kanċellatura tal-liċenza ta' l-esportazzjoni wara l-importazzjoni tal-prodotti fil-Komunità, il-kwantitajiet relevanti għandhom ikunu impaċija skond il-limiti kwantitattivi stabbiliti għall-kategorija u għas-sena ta' kwota konċernata.

Artikolu 13

1. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità isibu li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzi għall-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal għal kategorija partikolari f'kwalunkwe sena jaqbeż il-limitu kwantitattiv stabbilit b'mod konformi ma' l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim għal dik il-kategorija, kif jista' jkun modifikat bl-Artikoli 3, 5 jew 7 ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet imsemmija jistgħu jissospendu aktar ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għall-importazzjonijiet. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandha tinforma mill-ewwel lill-awtoritajiet tan-Nepal u għandha tinbeda l-proċedura ta' konsultazzjoni speċjali mfassla fl-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim.

2. L-esportazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini Nepaliża bla ħsara għal-limiti kwantitattivi jew għal sistema ta' iċċekkjar doppju u mhux koperti mil-liċenzi għall-esportazzjoni Nepaliża maħruġa b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jistgħu jiġu rifjutati awtorizzazzjoni għall-importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità.

Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim jekk titħalla l-importazzjoni tat-tali prodotti fil-Komunità mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità, il-kwantitajiet involuti m'għandhomx jiġu impaċija kontra l-limiti kwantitattivi xierqa stabbiliti skonda dan il-Ftehim, mingħajr il-ftehim espremit ta' l-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal.

TITOLU IV

FORMA U PRODUZZJONI TAL-LIĊENZI GĦALL-ESPORTAZZJONI U ĊERTIFIKATI TA' L-ORIĠINI, U DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' L-ESPORTAZZJONIJIET FIL-KOMUNITÀ

Artikolu 14

1. Il-liċenza għall-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jista' jkollha kopji miżjuda indikati bħal dawn. Huma għandhom ikunu bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Jekk isiru bl-idejn, il-kitba trid issir bil-linka u bi skritt stampat.

Dawn id-dokumenti għandhom ikunu ta' daqs 210 x 297 mm. Il-karta użata għandha tkun kara tal-kitba bajda, mdaqqsa, li ma jkunx fiha pulp mekkaniku, u tiżen mhux inqas minn 25 g/m2. Jekk id-dokumenti jkollhom ħafna kopji il-kopja ta' fuq net, li hi l-oriġinali, għandha tkun stampata bi sfond guilloche pattern. Din il-kopja għandha tkun immarkata ċara bħala "l-oriġinali" u l-kopji l-oħra bħala "kopji". L-oriġinali biss għandha tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità bħala valida għall-iskop ta' l-esportazzjoni fil-Komunità b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Kull dokument għandu jkollu numru wieħed wara l-ieħor li hu standard, kemm jekk stampat kif ukoll jekk le, li bih jista' jkun identifikat.

Dan in-numru għandu jkun kompost minn dawn l-elementi li ġejjin:

- żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż li qed jesporta kif ġej: NP

- żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru intenzjonat minn ħelsien mid-dwana kif ġej:

AT = l-Awstrija

BL = Benelux

DE = ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

DK = id-Danimarka

EL = il-Greċja

ES = Spanja

FI = il-Finlandja

FR = Franza

GB = ir-Renju Unit

IE = l-Irlanda

IT = il-Italja

PT = il-Portugall

SE = l-Isvezja

- numru b'diġital wieħed li jidentifika s-sena ta' kwota, kif ġej: 3 għas-sena 2003, 4 għas-sena 2004;

- numru b'żewġ diġitali minn 01 sad-99, li jidentifika l-uffiċċju partikolari tal-ħruġ konċernat fin-Nepal;

- numru b'ħames diġitali li jimxu wara xulxin minn 00001 sad-99999 allokati għall-Istat Membru intenzjonat ta' ħelsien mid-dwana.

Artikolu 15

Il-liċenza għall-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jistgħu jinħarġu wara t-tagħbija tal-prodotti li għalihom huma jirreferu. F'każijiet bħal dawn huma għandhom iġorru l-endorsjar "délivré a posteriori" jew l-endorsjar "maħruġa b'ħarsa lejn il-kondizzjonijiet ta' qabel".

Artikolu 16

1. Fil-każ ta' xi serq. telf jew distruzzjoni ta' xi liċenza għall-esportazzjoni jew ta' xi ċertifikat ta' l-oriġini, l-esportatur jista' japplika għand l-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal li ħarġu d-dokument għall-kopja duplikata li għandha tinħareġ fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni fil-pussess tiegħu. Id-duplikat maħruġ ta' kwalunkwe ċertifikat jew liċenza bħal dawn għandu jġorr il-kliem "duplicata" jew "duplikata".

2. Id-duplikat għandu jġorr id-data tal-liċenza oriġinali ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' l-oriġini.

TITOLU V

KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 17

Il-Komunità u n-Nepal għandhom jikkoperaw bi sħiħ fl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, il-kuntatti u l-iskambji tal-ħsibijiet, inkluż dawk fuq materji tekniċi, għandhom jiġu faċilitati miż-żewġ Partijiet.

Artikolu 18

Sabiex jassiguraw l-applikazzjoni korretta ta' dan il-Protokoll, il-Komunità u n-Nepal joffru għajnuna reċiproka għall-verifika ta' l-awtentiċità u l-preċiżjoni tal-liċenzi għall-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini maħruġa jew ta' kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula fit-termini ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 19

In-Nepal għandha tibgħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti biex toħroġ u tivverifika l-liċenzi għall-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini, flimkien mal-kampjuni tal-bolol użati minn dawn l-awtoritajiet u l-kampjuni ta' firem ta' l-uffiċjali responsabbli biex jiffirmaw il-liċenzi għall-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini. In-Nepal għandha tavża wkoll lill-Komunità b'kwalunkwe bdil f'din l-informazzjoni.

Artikolu 20

1. Verifika susseggwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini jew tal-liċenzi għall-esportazzjoni għandha issir mingħajr ħsieb, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jkollhom dubju raġonevoli rigward l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenza jew il-preċizzjoni ta' l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-oriġini vera tal-prodotti in kwestjoni.

2. Fit-tali każijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jibgħatu lura ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew l-liċenza għall-esportazzjoni jew kopja tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal, waqt li jagħtu, fejn ikun xieraq, ir-raġunijiet tal-forma jew sostanza li jiġġustifikaw l-inkjesta. Jekk il-fattura ġiet sottomessa, it-tali fattura jew kopja tagħha għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat jew mal-liċenza jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jgħaddu wkoll kwalunkwe informazzjoni li tkun inkisbet li tissuġġerixxi li d-dettalji mogħtija fuq iċ-ċertifikat jew il-liċenza imsemmija mhumiex preċiżi.

3. Paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini previsti fl-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll.

4. Ir-riżultati tal-verifiki sussegwenti riferuti f'paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu komunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità fi żmien massimu ta' tlett xhur. L-informazzjoni komunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, il-liċenza jew id-dikjarazzjoni f'kontroversja, tapplikax għall-merkanzija fil-fatt esportata u jekk din il-merkanzija hiex eleġibbli għall-esportazzjoni taħt l-arranġamenti stabbiliti b'dan il-Ftehim. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll, fuq talba tal-Komunità, kopji ta' kull dokumentazzjoni neċessarja biex tiddetermina bi sħiħ il-fatti, u b'mod partikolari l-vera oriġini tal-merkanzija.

Jekk verifiki bħal dawn juru irregolaritajiet sistematiċi fl-użu tad-dikjarazzjonijiet ta' l-oriġini, il-Komunità tista' tassoġġetta l-importazzjoni tal-prodotti in kwestjoni mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll.

5. Għall-iskop tal-verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini, kopji taċ-ċertifikati kif ukoll ta' kwalunkwe dokument ta' l-esportazzjoni li tirreferi għalihom għandhom jinżammu għall-inqas tliet snin mill-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal.

6. Rikorsa għall-proċedura ta' verifika bla ħsieb speċifikata f'dan l-Artikolu m'għandhiex tikkonsisti minn ostaklu għar-rilaxx ta' użu fid-dar tal-prodotti in kwestjoni.

Artikolu 21

1. Fejn il-proċedura ta' verifika riferuta fl-Artikolu 20 jew fejn l-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jew tan-Nepal tindika jew tidher li tindika li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim qed ikunu ċirkumvenzjonati jew miksura, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkoperaw spalla ma' spalla u bl-urġenza xierqa sabiex ma jħallux it-tali ċirkumvenzjoni u t-tali ksur.

2. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal għandhom, fuq l-inizjattiva tagħhom jew fuq talba tal-Komunità, iwettqu l-inkjesti xierqa, jew jirranġaw biex jitwettqu t-tali inkjesti, li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjonijiet li huma, jew għall-Komunità jidhru li huma, f'ċikumvenzjoni jew ksur ta' dan il-Protokoll. In-Nepal għandha tikkomunika r-riżultati ta' dawn l-inkjesti lill-Komunità, inkluż kwalunkwe informazzjoni oħra pertinenti li tippermetti l-kawża taċ-ċirkumvenzjoni jew ksur, inkluż l-oriġini vera tal-merkanzija li għandha tiġi determinata.

3. Bi ftehim bejn il-Komunità u n-Nepal, l-uffiċjali nominati mill-Komunità jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesti riferuti fil-paragrafu 2.

4. Skond il-koperazzjoni riferuta fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u tan-Nepal jistgħu jagħmlu skambju ta' kwalunkwe informazzjoni li hi konsidrata minn kwalunkwe Parti bħala ta' użu biex ma jitħallux isiru ċirkumvenzjonijiet jew ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Dawn l-iskambji jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-produzzjoni ta' prodotti tessili fin-Nepal u dwar il-kummerċ fit-tip ta' prodotti koperti b'dan il-Ftehim bejn in-Nepal u l-pajjiżi terzi, b'mod partikolari fejn il-Komunità għandha raġunijiet xierqa biex tqis li l-prodotti in kwestjoni jistgħu jkunu fi transitu madwar it-territorju tan-Nepal qabel l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità. Din l-informazzjoni tista' tinkludi fuq talba mill-Komunità kopji ta' kull dokumentazzjoni relevanti disponibbli.

5. Fejn hemm provi biżżejjed li juru li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll kienu mqarrqa b'ċirkumvenzjoni jew ksur, l-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal u tal-Komunità jistgħu jiftehmu biex jieħdu l-miżuri mfassla fl-Artikolu 5(4) tal-Ftehim, u kwalunkwe miżuri oħra skond il-ħtieġa sabiex ma jitħalliex li jerġa' jsiru t-tali ċirkumvenzjoni jew ksur.

--------------------------------------------------

PROTOKOLL B

Ir-rata ta' tkabbir annwali għal-limiti kwantitattivi li jistgħu jiġu introdotti taħt l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim għandha tiġi iffissata bi ftehim bejn il-Partiiet b'mod konformi mal-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11 ta' dan il-Ftehim. It-tali rata ta' tkabbir ma tista' qatt tkun għola mill-għola rata applikabbli għall-prodotti korrispondenti taħt ftehim bilaterali dwar kummerċ ta' tessuti konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi oħra li għandhom livell ta' kummerċ daqs jew komparabbli ma' dak tan-Nepal.

--------------------------------------------------

Minuta Miftehma

Aċċess għas-suq

Fil-kuntest tan-negozjati għal Ftehim dwar il-kummerċ ta' prodotti tessili bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal, il-Partijiet irreġistraw il-ftehim reċiproku tagħhom dwar il-materja li ġejja:

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan il-ftehim, kull Parti taqbel li ma tieħu l-ebda miżura, li tista' taffetwa ħażin lil mod kif isir il-kummerċ tessili u ta' prodotti ta' ħwejjeġ bejn il-Partijiet matul il-validità ta' dan il-Ftehim.

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI

Wara li kkunsidrat l-importanza eċċezzjonali ta' l-esportazzjonijiet ta' twapet għall-ekonomija Nepaliża, fit-termini ta' sors ta' munita barranija, ta' impjieg u sehem fil-kummerċ barrani totali, il-Komunità Ewropea iddikjarat l-intenzjoni tagħha li ma tapplikax l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim għall-prodotti tal-kategorija 58 li huma fabbrikati fin-Nepal.

--------------------------------------------------

Top